Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002A0731(01)

    Protokoll ta' Cartagena dwar il-biosigurtà

    ĠU L 201, 31.7.2002, p. 50–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2002/628/oj

    Related Council decision

    22002A0731(01)



    Official Journal L 201 , 31/07/2002 P. 0050 - 0065


    ANNESS A

    Protokoll ta' Cartagena dwar il-biosigurtà

    lill-Konvenzjoni dwar id-diversità bioloġika

    Il-Partijiet fil-Protokoll,

    Li huma Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, minn hawn 'il quddiem referuta bħala "il-Konvenzjoni",

    Filwaqt li jiftakru fl-Artikolu 19, il-paragrafi 3 u 4, l-Artikolu 8(g) u l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni,

    Filwaqt li jiftakru wkoll fid-Deċiżjoni II/5 tas-17 ta' Novembru 1995 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni biex jiġi żviluppat protokoll fuq il-biosigurtà, li speċifikament jiffoka fuq il-moviment transbordali ta' kull organiżmu ħaj modifikat li huwa r-riżultat ta' bioteknoloġija moderna li jista' jkollu effett ħażin fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, tpoġġi għall-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari, proċeduri xierqa għal qbil ta' avvanz informat,

    Filwaqt li jirriaffermaw il-metodu kawt li jinsab fil-Prinċipju 15 tad-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp,

    Konxji mill-espansjoni rapida tal-bioteknoloġija moderna u l-ħsieb pubbliku dejjem jikber fuq l-effetti potenzjalment ħżiena fuq id-diversità bioloġika, u billi jinħasbu wkoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem,

    Jirrikonoxxu li l-bioteknoloġija moderna għandha potenzjal kbir ta' benefiċċju għall-bniedem jekk tiġi żviluppata u użata skond miżuri adegwati ta' sigurtà għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem,

    Jirrikonoxxu wkoll l-importanza ewlenija għall-umanità ta' ċentri ta' oriġini u ċentri ta' diversità ġenetika,

    Billi jikkunsidraw il-kapaċitajiet limitati ta' bosta pajjiżi, partikolarment dawk li għadhom qegħdin jiżviluppaw, li jilqgħu għan-natura u għad-daqs ta' riskji magħrufin u potenzjali assoċjati ma' organiżmi ħajjin modifikati,

    Jirrikonoxxu li ftehim tan-negozju u l-ambjent għandhom joffru support reċiproku biex jintlaħaq żvilupp sostenibbli,

    Jenfasizzaw li dan il-Protokoll ma għandux jiġi interpretat li jimplika tibdil fid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' Parti taħt xi ftehim internazzjonali eżistenti,

    Billi jifhmu li l-premessa ta' fuq mhijiex intiża biex jissubbordina dan il-Protokoll għal ftehim internazzjonali oħrajn,

    FTIEHMU kif ġej:

    Artikolu 1

    L-Għan

    Bi qbil mal-metodu prekawzjonarju li jinsab fil-Prinċipju 15 tad-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, l-għan ta' dan il-Protokoll huwa li jikkontribwixxi biex jassigura livell adegwat ta' protezzjoni fil-qasam tat-trasferiment żgur, immaniġġjar u l-użu ta' organiżmi ħajjin modifikati li huma r-riżultat tal-bioteknoloġija modena u li jista' jkollhom effett ħażin fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi tikkunsidra wkoll ir-riskji għal saħħet il-bniedem u speċifikament tiffoka fuq movimenti bejn il-fruntieri.

    Artikolu 2

    Id-Disposizzjonijiet ġenerali

    1. Kull Parti għandha tieħu l-passi legali, amministrattivi u oħrajn neċessarji u xierqa biex timplimenta l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn dan il-Protokoll.

    2. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li l-iżvilupp, l-immaniġġjar, it-trasport, l-użu, it-trasferiment u t-telqien ta' kwalunkwe organiżmi ħajjin modifikati jsiru b'mod li jipprevjieni jew inaqqas ir-riskji għad-diversità bioloġika, u billi jikkunsidra wkoll ir-riskji għal saħħet il-bniedem.

    3. Xejn f'dan il-Protokoll ma għandu jeffettwa b'xi mod is-sovranità ta' l-istati fuq l-ibħra territorjali tagħhom stabiliti skond il-liġi internazzjonali, u d-drittijiet sovrani u l-ġurisdizzjoni li għandhom l-Istati fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fl-ixkafef kontinentali skond il-liġi internazzjonali, u l-eżerċizzju b'biċċiet tal-baħar u ta' l-ajru ta' l-Istati kollha tad-drittijiet u l-libertajiet navigazzjonali kif ipprovduti fil-liġi internazzjonali u kif riflessi fl-istrumenti internazzjonali rilevanti.

    4. Xejn f'dan il-Protokoll ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi d-dritt ta' Parti li tieħu azzjoni li hija aktar protettiva tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika mnn dik mistħajla f'dan il-Protokoll, dejjem jekk din l-azzjoni hija konsistenti ma' l-għan u d-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u hija fi qbil ma' l-obbligazzjonijiet oħrajn tal-Parti skond il-liġi internazzjonali.

    5. Il-Partijiet huma mħeġġin li jikkunsidraw, kif inhuwa xieraq, l-esperti eżistenti, l-istrumenti u x-xogħol kompetenti li sar f'forums internazzjonali fl-għalqa tar-riskji għal saħħet il-bniedem.

    Artikolu 3

    L-Użu tat-termini

    Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll:

    (a) "Konferenza tal-Partijiet" tfisser il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni;

    (b) "Użu kkontrollat" tfisser kull operazzjoni, li ssir f'faċilità, installazzjoni jew struttura fiżika oħra, li tinvolvi organiżmi ħajjin modifikati li huma kkontrollati minn miżuri speċifiċi li effettivament jillimitaw il-kuntatt ma', jew l-impatt fuq, l-ambjent estern;

    (ċ) "Esportazzjoni" tfisser kull moviment intenzjonat bejn il-fruntieri minn Parti għal Parti oħra;

    (d) "Esportatur" tfisser kull persuna legali jew naturali, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Parti li tesporta, li jirranġa biex organiżmu ħaj modifikat ikun esportat;

    (e) "Importazzjoni" tfisser kull moviment intenzjonat bejn il-frunitieri minn Parti għal għand Parti oħra;

    (f) "Importatur" tfisser kull persuna legali jew naturali, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Parti li timporta, li tirranġa biex organiżmu ħaj modifikat jiġi importat;

    (g) "Organiżmu ħaj modifikat" tfisser kull organiżmu ħaj li jippossjedi kumbinazzjoni ġdida ta' materjal ġenetiku permezz ta' l-użu ta' bioteknoloġija moderna;

    (h) "Organiżmu ħaj" tfisser kwalunkwe entità bioloġika li kapaċi tittrasferixxi jew tirreplika materjal ġenetiku, inklużi organiżmi sterili, vajrusijiet u virojds;

    (i) "Bioteknoloġija moderna" tfisser l-applikazzjoni ta':

    - tekniċi ta' in vitro nucleic acid, inklużi recombinant deoxyribonucleic acid (DNA) u injezzjoni diretta ta' nucleic acid f'ċelloli jew organelli, jew

    - fużjoni ta' ċelloli lil hinn mill-familja tassonomika tagħhom,

    li jegħlbu barrieri naturali fiżjoloġiċi riproduttivi jew rikombinatorji u li ma humiex tekniċi użati fl-immultiplikar jew selezzjoni tradizzjonali;

    (j) "Organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali" tfisser organizzazzjoni kostitwita minn Stati sovrani ta' reġun partikolari, li l-Istati membri tagħha ttrasferewla kompetenza rigward temi maħkumin minn dan il-Protokoll u li kienet awtorizzata kif xieraq, skond il-proċeduri interni tagħha, biex tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova u taderixxi mal-Protokoll;

    (k) Moviment bejn il-fruntieri "jfisser il-moviment ta' organiżmu ħaj modifikat mingħand Parti waħda għal għand Parti oħra, ħlief li għall-għanijiet ta' l-Artikoli 17 u 24 moviment bejn il-fruntieri jestendi għal moviment bejn Partijiet u non-Partijiet."

    Artikolu 4

    Il-Għan

    Dan il-Protokoll għandu japplika għall-moviment bejn il-fruntieri, Iċ-ċaqliq, l-immaniġġjar u l-użu ta' l-organiżmi ħajjin modifikati kollha li jista' jkollhom effett ħażin fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll riskji għal saħħet il-bniedem.

    Artikolu 5

    Farmaċewtiċi

    Minkejja l-Artikolu 4 u mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt ta' Parti li tissuġġetta l-organiżmi ħajjin modifikati kollha biex tirriskja l-validità ta' dak li ngħad fuqhom qabel tiddeċiedi li timpurtahom, dan il-Protokoll ma għandux japplika għal movimenti bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati li huma farmaċewtiċi għall-bniedem li huma indirizzati bi qbil jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn rilevanti.

    Artikolu 6

    Iċ-Ċaqliq u l-użu kkontrollat

    1. Minkejja l-Artikolu 4 u mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe Parti fiċ-ċaqliq li tirregola t-trasport ta' organiżmi ħajjin modifikati fit-territorju tagħha u li tagħmel aċċessibbli lill-Aġenzija Informattiva għall-Biosigurtà, kwalunkwe deċiżjoni ta' dik il-Parti, skond l-Artikolu 2, paragrafu 3, rigward iċ-ċaqliq mit-territorju tagħha ta' organiżmu ħaj modifikat speċifiku, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll fejn tidħol il-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni ma għandhiex tapplika għal organiżmi ħajjin modifikati waqt ċaqliq.

    2. Minbarra l-Artikolu 4 u mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt ta' Parti li tissottometti l-organiżmi ħajjin modifikati kollha għal testijiet dwar riskju qabel id-deċiżjonijiet ta' importazzjoni u li twaqqaf livelli għal użu kkontrollat fil-ġurisdizzjoni tagħha, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll dwar il-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni ma japplikawx għall-moviment bejn pajjiżi bi fruntieri differenti ta' organiżmi ħajjin modifikati destinati għal użu kkontrollat meħud skond l-istandards tal-Parti li qiegħda timporta.

    Artikolu 7

    L-applikazzjoni tal-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni.

    1. Bla ħsara għall-Artikolu 5 u 6, il-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni fl-Artikoli 8 sa 10 u 12 għandha tapplika qabel l-ewwel moviment intenzjonat bejn il-fruntieri ta' organiżmi modifikati ħajjin għal introduzzjoni intenzjonata fl-ambjent tal-Parti li qiegħda timporta.

    2. "Introduzzjoni intenzjonata fl-ambjent" fil-paragrafu 1 fuq, ma tirreferix għal organiżmi ħajjin modifikati intenzjonati għal użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għal ipproċessar.

    3. L-Artikolu 11 għandu japplika qabel l-ewwel moviment bejn pajjiżi bi fruntieri differenti ta' organiżmi ħajjin modifikati intenzjonati għal użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għal ipproċessar.

    4. Il-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni ma tapplikax għall-moviment intenzjonat bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati identifikati f'deċiżjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li taqdi l-funzjoni tal-laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll li probabbilment ma jkollhomx effetti ħżiena fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi tikkonsidra wkoll ir-riskji għal saħħet il-bniedem.

    Artikolu 8

    In-Notifika

    1. Il-Parti li tesporta għandha tinnotifika, jew titlob li l-esportatur jaċċerta n-notifika, bil-miktub, lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Parti li timporta qabel il-moviment intenzjonat bejn il-fruntieri ta' organiżmu ħaj modifikat li jaqa' taħt l-iskop ta' l-Artikolu 7, il-paragrafu 1. In-notifika għandha tinkludi, ta' l-inqas, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I.

    2. Il-Parti li tesporta għandha tiżgura li hemm ħtieġa legali dwar l-eżattezza fl-informazzjoni pprovduta lill-esportatur.

    Artikolu 9

    Ir-rikonoxximent ta' l-irċevuta tan-notifika.

    1. Il-Parti li timporta għandha tirrikonoxxi li rċeviet in-notifika, bil-miktub, lin-notifikatur fi żmien 90 ġurnata minn meta rċevietha.

    2. L-irċevuta għandha tgħid:

    (a) id-data ta' meta rċeviet in-notifika;

    (b) jekk in-notifika, prima facie, tinkludix l-informazzjoni riferuta għaliha fl-Artikolu 8;

    (ċ) jekk għandhux jitkompla l-proċess skond l-istruttura regolatorja domestika tal-Parti li qiegħda timporta jew skond il-proċedura kif speċifikata fl-Artikolu 10.

    3. L-istruttura regolatorja domestika li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2(c) fuq, għandha tkun konsistenti ma' dan il-Protokoll.

    4. Nuqqas mill-Parti li timporta li tirrikonoxxi li rċeviet notifika ma jimplikax il-kunsens tagħha għal moviment intenzjonat bejn il-fruntieri.

    Artikolu 10

    Il-proċedura tad-deċiżjoni.

    1. Deċiżjonijiet meħudin mill-Parti li timporta għandhom ikunu skond l-Artikolu 15.

    2. Il-Parti li timport għandha, fil-perjodu taż-żmien riferut għalih fl-Artikolu 9, tinforma lin-notifikatur, bil-kitba, jekk il-moviment intenzjonat bejn il-fruntieri għandux jipproċedi:

    (a) biss wara li l-Parti li qiegħda timporta tkun tat il-kunsens bil-miktub tagħha; jew

    (b) mhux inqas minn 90 ġurnata wara mingħajr il-kunsens bil-miktub li jsegwi.

    3. Fil-perjodu ta' 270 ġurnata wara d-data ta' l-irċevuta tan-notifika, il-Parti li timporta għandha tikkomunika, bil-miktub, lin-notifikatur u lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà d-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2(a) fuq:

    (a) fejn tapprova l-importazzjoni, bil-jew mingħajr kondizzjonijiet, inklużi kif tapplika d-deċiżjoni għal importazzjonijiet sussegwenti ta' l-istess organiżmi ħajjin modifikati;

    (b) fejn tipprojbixxi l-importazzjoni;

    (ċ) jew titlob informazzjoni azzizjonali rilevanti skond l-istruttura regolatorja domestika tagħha jew l-Anness I; fil-kalkolazzjoni tal-ħin li fih il-Parti li timporta għandha tirrispondi, in-numru tal-ġranet li hi għandha tistenna għal informazzjoni addizzjonali rilevanti biex din tittieħed konsiderazzjoni tagħha; jew

    (d) billi tinforma n-notifikatur li l-perjodu speċifikat f'dan il-paragrafu hu estiż b'perjodu definit ta' żmien.

    4. Ħlief f'każ fejn il-kunsens huwa bla kondizzjonijiet, deċiżjoni skond paragrafu 3 fuq, għandha tagħti r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.

    5. Nuqqas mill-Parti li timporta li tikkomunika d-deċiżjoni tagħha fi żmien 270 ġurnata mid-data ta' l-irċevuta tan-notifikazzjoni għandu jimplika l-kunsens tagħha għal moviment intenzjonat bejn il-fruntieri.

    6. Nuqqas ta' ċertezza xjentifika dovuta għal insuffiċjenza ta' informazzjoni xjentifika rilevanti u tagħrif dwar il-kobor ta' l-effetti ħżiena potenzjali ta' organiżmu ħaj modifikat fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika fil-Parti li timporta, billi jiġu kkonsidrati wkoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, ma għandhomx iżommu lil dik il-Parti li tieħu deċiżjoni, kif inhu xieraq, rigward l-importazzjoni ta' l-organiżmu modifikat ħaj diskuss kif inhu riferit fil-paragrafu 3 fuq, sabiex jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ħżiena potenzjali.

    7. Il-Konferenza tal-Partijiet li taqdi l-funzjoni ta' laqgħa tal-Partijiet għandha, fl-ewwel laqgħa tagħha, tiddeċiedi dwar proċeduri u mekkaniżmi xierqa biex tiffaċilita l-għamil tad-deċiżjonijiet fil-Partijiet li jimportaw.

    Artikolu 11

    Il-proċedura dwar organiżmi ħajjin modifikati intenzjonati għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar.

    1. Il-Parti li tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-użu domestiku, inkluż it-tpoġġija fis-suq, ta' organiżmu ħaj modifikat li jista' jkun soġġett għal moviment bejn il-fruntieri għall-użu dirett bħala ikel jew bħala għalf, jew għall-ipproċessar għandha, fi żmien 15-il ġurnata mill-għamil tad-deċiżjoni, tinforma lill-Partijiet permezz ta' l-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II. Il-Parti għandha tipprovdi kopja ta' l-informazzjoni, bil-miktub, lill-punt informattiv ċentrali nazzjonali ta' kull Parti li tinforma lis-Segretarjat bil-quddiem li ma għandhiex aċċess għall-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika għal deċiżjonijiet dwar provi fuq il-post.

    2. Il-Parti li tieħu deċiżjoni skond paragrafu 1 fuq, għandha tiżgura li hemm ħtieġa legali għall-eżattezza fl-informazzjoni pprovduta lill-applikant.

    3. Kull Parti tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-awtorità identifikata fil-paragrafu (b) ta' l-Anness II.

    4. Parti tista' tiddeċiedi dwar l-importazzjoni ta' organiżmi ħajjin modifikati intenzjonati għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar, skond l-istruttura regolatorja domestika tagħha li hija konsistenti ma' l-għan ta' dan il-Protokoll.

    5. Kull Parti għandha tagħmel aċċessibbli lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà kopji ta' kwalunkwe liġijiet nazzjonali, regolazzjonijiet u linji gwida applikabbli għall-importazzjoni ta' organiżmi ħajjin modifikati intenzjonati għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar, jekk huma eżistenti.

    6. Parti li hija pajjiż li qiegħed jiżviluppa jew Parti b'ekonomija fi transizzjoni tista', fl-assenza ta' struttura regolatorja domestika referuta għaliha fil-paragrafu 4 fuq, u fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni domestika tagħha, tiddikjara permezz ta' l-Aġenzija Informattika dwar il-Biosigurtà li d-deċiżjonijiet tagħha qabel l-ewwel importazzjoni ta' organiżmu ħaj modifikat intenzjonat għall-użu bħala ikel jew għalf, jew għall-ipporċessar, li fuqu ġiet ipprovduta informazzjoni taħt paragrafu 1 fuq, se tittieħed skond dawn li ġejjin:

    (a) assessjar tar-riskju magħmul skond l-Artikolu 15; u

    (b) deċiżjoni magħmula fi ħdan żmien limitat, li ma jaqbiżx il-270 ġurnata.

    7. In-nuqqas minn Parti li tikkomunika d-deċiżjoni tagħha skond il-paragrafu 6 fuq, ma jimplikax il-kunsens jew ir-rifjut tagħha għall-importazzjoni ta' organiżmu ħaj modifikat intenzjonat għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Parti.

    8. In-nuqqas ta' ċertezza xjentifika dovuta għall-insuffiċjenza ta' informazzjoni xjentifika rilevanti u ta' tagħrif dwar il-kobor ta' l-effetti ħżiena potenzjali ta' l-organiżmu ħaj modifikat fuq il-konservazzjoni jew l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika fil-Parti li timporta, billi tikkonsidra wkoll ir-riskji għal saħħet il-bniedem, għandha żżomm lil dik il-Parti milli tieħu deċiżjoni, kif inhu xieraq, rigward l-importazzjoni ta' dak l-organiżmu ħaj modifikat intenzjonat għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar, biex jiġu evitati jew minimizzati dawn l-effetti potenzjali ħżiena.

    9. Parti tista' tindika l-bżonn tagħha għal assistenza finanzjarja u teknika u fil-bini tal-ħila rigward organiżmi ħajjin modifikati intenzjonati għall-użu bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar Il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jaqdu dawn il-bżonnijiet skond l-Artikoli 22 u 28.

    Artikolu 12

    Ir-reviżjoni tad-deċiżjonijiet

    1. Parti li timporta tista', fi kwalunkwe ħin, fid-dawl ta' informazzjoni xjentifika ġdida dwar effetti potenzjali ħżiena fuq il-konservazzjoni u lużu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi tikkonsidra wkoll ir-riskji fuq saħħet il-bniedem, tirrevedi jew tbiddel deċiżjoni li tirrigwarda moviment intenzjonat bejn il-fruntieri. F'dawn il-każi il-Parti għandha, fi żmien 30 ġurnata, tinforma kwalunkwe notifikatur li kien innotifika movimenti qabel ta' organiżmi ħajjin modifikati li hemm referenza għalihom f'din id-deċiżjoni, kif ukoll lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà, u għandha tinkludi r-raġunijiet tagħha għal din id-deċiżjoni.

    2. Parti li tesporta jew notifikatur tista' titlob lill-Parti li timporta li tirrevedi deċiżjoni li għamlet dwarha skond l-Artikolu 10 fejn il-Parti li tesporta jew in-notifikatur jikkonsidra li:

    (a) saret bidla fiċ-ċirkostanzi li tista' tinfluwenza r-riżultat ta' l-eżami tar-riskju li fuqu kienet ibbażata d-deċiżjoni

    (b) instabet informazzjoni addizzjonali rilevanti xjentifika jew teknika.

    3. Il-Parti li timporta għandha tirrispondi għal talba bħal din fi żmien 90 ġurnata u tagħti r-raġunijiet tagħha għad-deċiżjoni.

    4. Il-Parti li timporta tista', fid-diskrezzjoni tagħha, titlob eżami tar-riskju ta' l-importazzjonijiet ta' wara.

    Artikolu 13

    Il-proċedura simplifikata.

    1. Parti li timporta tista', dejjem jekk jittieħdu l-miżuri adegwati biex tiġi assigurata s-sigurtà fil-moviment ta' organiżmi ħajjin modifikati skond l-għan ta' dan il-Protokoll, tispeċifika minn quddiem lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà:

    (a) każi fejn moviment intenzjonat bejn il-fruntieri lejha jistgħu jsiru fl-istess ħin tal-moviment notifikat lill-Parti li timporta; u

    (b) importazzjonijiet ta' organiżmi ħajjin modifikati lejha jkunu eżentati mill-proċedura ta' qbil dwar informazzjoni mogħtija minn qabel.

    In-notifikazzjonijiet li jaqgħu taħt is-subparagrafu (a) fuq jistgħu japplikaw għal movimenti simili li jiġu wara lill-istess Parti.

    2. L-informazzjoni marbuta ma' moviment intenzjonat bejn il-fruntieri li għandha tiġi pprovduta fin-notifikazzjonijiet referuti għalihom fil-paragrafu 1(a) fuq għandha tkun l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I.

    Artikolu 14

    Qbil u arranġamenti bilaterali, reġjonali u multilaterali.

    1. Il-Partijiet jistgħu jidħlu fi qbil u arranġamenti bilaterali, reġjonali jew multilaterali dwar movimenti intenzjonati bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati, li jkunu konsistenti ma' l-għan ta' dan il-Protokoll u dejjem jekk dawn il-qbil u l-arranġamenti ma jirriżultawx f'livell aktar baxx ta' protezzjoni minn dak ipprovdut f'dan il-Protokoll.

    2. Il-Partijiet għandhom jinformaw lil xulxin, permezz ta' l-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà, dwar kwalunkwe qbil jew arranġamenti bilaterali, reġjonali jew multilaterali li daħlu għalihom qabel jew wara d-data li fiha daħal fis-seħħ dan il-Protokoll.

    3. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll ma għandhomx jaffettwaw il-movimenti intenzjonati bejn il-fruntieri li jsiru f'konformità ma' dawn il-qbil u arranġamenti bejn il-partijiet f'dawk il-qbil jew arranġamenti.

    4. Kull Parti tista' tiddetermina li r-regolamenti domestiċi tagħha għandhom japplikaw fejn jidħlu importazzjonijiet speċifiċi lejha u għandha tinnotifika lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà bid-deċiżjoni tagħha.

    Artikolu 15

    Stima tar-riskju

    1. Stimi tar-riskju magħmulin skond dan il-Protokoll għandhom isiru b'mod xjentifiku, skond l-Anness III u billi jikkonsidraw tekniċi ta' stima ta' riskju rikonoxxuti. Dawn l-istimi tar-riskju għandhom ikunu bbażati, ta' l-inqas, fuq l-informazzjoni pprovduta bi qbil ma' l-Artikolu 8 u ma' evidenza xjentifika aċċessibbli biex jidentifikaw u jevalwaw l-effetti ħżiena possibbli ta' organiżmi ħajjin modifikati fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, u billi jikkonsidraw ukoll ir-riskji fuq saħħet il-bniedem.

    2. Il-Parti li timporta għandha tassigura li jsiru stimi tar-riskju għal deċiżjonijiet meħudin skond l-Artikolu 10. Tista' titlob lill-esportatur biex jagħmel dawn l-istimi ta' riskju.

    3. L-ispejjeż ta' l-istima tar-riskju għandhom jinġarru min-notifikatur jekk hekk titlob il-Parti li timporta.

    Artikolu 16

    L-immaniġġjar tar-riskju

    1. Il-Partijiet għandhom, b'konsiderazzjoni ta' l-Artikolu 8(g) tal-Konvenzjoni, jistabbilixxu u jżommu mekkaniżmi xierqa, miżuri u strateġiji biex jirregolaw, jimmaniġġjaw u jikkontrollaw ir-riskji identifikati fid-disposizzjonijiet dwar l-istimar tar-riskju ta' dan il-Protokoll assoċjati ma' l-użu, l-immaniġġjar u l-moviment bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati.

    2. Miżuri bbażati fuq stima ta' riskju għandhom jiġu imposti sakemm ikun neċessarju biex jiġu evitati effetti ħżiena minn organiżmi ħajjin modfikati fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi tiġi kkunsidrata saħħet il-bniedem, fi ħdan it-territorju tal-Parti li timporta.

    3. Kull Parti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tipprevjieni l-movimenti mhux intenzjonati bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati, inklużi miżuri li jinkludu stima tar-riskju li għandhom isiru qabel l-ewwel introduzzjoni ta' l-organiżmu ħaj modifikat.

    4. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2 fuq, kull Parti għandha tisforza biex tassigura li kwalunkwe organiżmu ħaj modfiikat, kemm jekk importat kif ukoll jekk żviluppat lokalment, għadda minn perjodu xieraq ta' osservazzjoni li huwa biżżejjed għaċ-ċiklu ta' ħajja tiegħu jew għaż-żmien li jieħu biex jirripproduċi qabel ma jitpoġġa għall-użu li għalih huwa intenzjonat.

    5. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li:

    (a) jidentifikaw organiżmi ħajjin modifikati jew tendenzi speċifiċi ta' organiżmi ħajjin modifikati li jista' jkollhom effetti ħżiena fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta' l-użu tad-diversità bioloġika, billi jikkunsidraw ukoll ir-riskji fuq saħħet il-bniedem; u

    (b) jieħdu miżuri xierqa dwar it-trattament ta' dan l-organiżmi ħajjin modifikati jew tendenzi speċifiċi tagħhom.

    Artikolu 17

    Ċaqliq mhux intenzjonat bejn il-fruntieri u miżuri ta' emerġenza.

    1. Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tinnotifika Stati affettwati jew potenzjlament affettwati, lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà u, fejn huwa xieraq, lil organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, meta tkun taf b'okkorrenza taħt il-ġurisdizzjoni tagħha ta' telqien li wassal, jew jista' jwassal, għal moviment mhux intenzjonat bejn il-fruntieri ta' organiżmu ħaj modifikat li jista' jkollu effetti sinifikattivament ħżiena fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-riskji għal saħħet il-bniedem f'dawn l-Istati. In-notifika għandha tkun ipprovduta kif il-Parti tkun taf bis-sitwazzjoni ta' hawn fuq.

    2. Kull parti għandha, mhux aktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għaliha, tagħmel disponibbli għall-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà d-dettalji rilevanti tal-pnut tal-kuntatt tagħha għall-għanijiet li tirċievi n-notifiki li jaqgħu taħt dan l-Artikolu.

    3. Kull notifika mogħtija skond il-paragrafu 1 fuq, għandha tinkludi:

    (a) informazzjoni rilevanti li aċċessibbli fuq il-kwantitajiet stimati u l-karatteristiċi rilevanti u/jew it-tendenzi ta' l-organiżmu ħaj modifikat;

    (b) informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u d-data stmata tat-telqien, u dwar l-użu ta' organiżmu ħaj modifikat fil-Parti li minnha joriġina;

    (ċ) kull informazzjoni aċessibbli dwar l-effetti ħżiena possibbli fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-riskji fuq saħħet il-bniedem, kif ukoll dwar l-informazzjoni aċċessibbli dwar il-miżuri ta' immaniġġjar tar-riskju possibbli;

    (d) kull informazzjoni oħra rilevanti; u

    (e) punt tal-kuntatt għal aktar informazzjoni.

    4. Sabiex jiġu minimizzati l-effetti ħżiena sinifikattivi fuq il-konservazzjoni u lużu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-riskji fuq saħħet il-bniedem, kull Parti, li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha jsir it-telqien ta' organiżmu ħaj modifikat li hemm referenza għalih f'paragrafu 1 fuq, għandha immedjatament tikkonsulta lill-Istati affettwati jew potenzalment affettwati biex huma jkunu jistgħu jiddeterminaw risposti adegwati u jibdew l-azzjoni neċessarja, inklużu miżuri ta' emerġenza.

    Artikolu 18

    L-immaniġġjar, it-trasport, l-ippakkeġġjar u l-identifikazzjoni.

    1. Sabiex jiġu evitati effetti ħżiena fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-riskji fuq saħħet il-bniedem, kull Parti għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex titlob li l-organiżmi ħajjin modifikati li huma suġġett għal moviment intenzjonat bejn il-fruntieri fi ħdan l-iskop ta' dan il-Protokoll ikunu mmaniġġjati, ippakkjati u ttrasportati f'ċirkustanzi żguri, billi jiġu kkunsidrati r-regoli internazzjonali u l-istandards rilevanti.

    2. Kull Parti għandha tieħu miżuri li jitolbu li d-dokumentazzjoni li takkompanja:

    (a) organiżmi ħajjin modifikati li huma intenzjonati għall-ikel jew għall-għalf, jew għall-ipproċessar, tidentifika b'mod ċar li "jista' jkollhom" organiżmi ħajjin modifikati u ma humiex intenzjonati għal introduzzjoni intenzjonata fl-ambjent, kif ukoll punt tal-kuntatt għal aktar informazzjoni. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tieħu deċiżjoni dwar id-dettalji rekwiżiti għal dan il-għan, inkluża l-ispeċifiċità ta' l-identità tagħhom u kull identifikazzjoni unika, mhux aktar tard minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll;

    (b) organiżmi ħajjin modifikati li huma ddestinati għal użu kkontrollat huma identifikati b'mod ċar bħala organiżmi ħajjin modifikati; u tispeċifika r-rekwiżiti kollha għall-immaniġġjar, il-ħażna, it-trasport u l-użu żguri, il-punt tal-kuntatt għal aktar informazzjoni, inlużi l-isem u l-indirizz ta' l-individwu u l-istituzzjoni li l-organiżmu ħaj modifikat huwa kkonsenjat lilhom; u

    (ċ) organiżmi ħajjin modifikati li huma intenzjonati għal introduzzjoni intenzjonata fl-ambjent tal-Parti li timporta jew xi organiżmi ħajjin modifikati fi ħdan l-iskop ta' dan il-Protokoll, ikunu kjarament identifikati bħala organiżmi ħajjin modifikati; tispeċifika l-identità u t-tendenzi speċifiċi u/jew il-karatteristiċi, u l-bżonnijiet għal immaniġġjar, ħażna, trasport u użu żguri, il-punt tal-kuntatt għal aktar informazzjoni u, fejn huwa meħtieġ, l-isem u l-indirizz ta' l-importatur u l-esportatur; u tinkludi dikjarazzjoni li l-moviment huwa f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Protokoll applikabbli għall-esportatur.

    3. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tikkonsidra l-bżonn għal u l-modalitajiet ta' l-istandards li qegħdin fi żvilupp rigward il-prattiċi ta' l-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, l-ippakkettjar u t-trasport, f'konsultazzjoni ma' korpi oħra internazzjonali rilevanti.

    Artikolu 19

    Awtoritajiet nazzjonali kompetenti u punti ta' riferiment nazzjonali

    1. Kull Parti għandha tinnomina punt wieħed ta' riferiment nazzjonali li jkun responsabbli f'isimha għar-relazzjonijiet pubbliċi mas-Segretarjat. Kull Parti għandha wkoll tinnomina awtorità jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom ikunu responsabbli li jwettqu l-funzjonijiet amministrattivi rikjesti minn dan il-Protokoll u li jkunu awtorizzati li jaġixxu f'isimha fejn jidħlu dawk il-funzjonijiet. Parti tista' tinnomina entità waħda biex taqdi l-funzjonijiet kemm ta' punt ta' riferiment u kemm bħala l-awtorità nazzjonali kompetenti.

    2. Kull Parti għandha, mhux aktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-protokoll għaliha, tinnotifika lis-Segretarjat bl-ismijiet u l-indirizzi tal-punt ta' riferiment tagħha u ta' l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Fejn Parti tinnomina aktar minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda, hija għandha tagħti lis-Segretarjat, man-notifika tagħha, informazzjoni rilevanti fuq ir-responsabbiltajiet rispettivi ta' dawn l-awtoritajiet. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha, ta' l-inqas, tispeċifika liema awtorità kompetenti hija responsabbli għal liema tip ta' organiżmu ħaj modifikat. Kull Parti għandha wara dan tinnotifika lis-Segretarjat b'kull tibdil fl-innominar tal-punt ta' riferiment nazzjonali tagħha jew fl-isem u fl-indirizz jew fir-responsabbiltajiet ta' l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħha.

    3. Is-Segretarjat għandu wara dan jinforma lill-Partijiet bin-notifiki li jirċievi skond paragrafu 2 fuq, u għandu jagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli permezz ta' l-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà.

    Artikolu 20

    Is-sħubija fl-informazzjoni u l-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà

    1. Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà hija hawnhekk stabbilita bħala parti minn mekkaniżmu ta' aġenziji informattivi skond l-Artikolu 18, paragrafu 3, tal-Konvenzjoni, sabiex:

    (a) tiffaċilita t-tibdil ta' informazzjoni xjentifika, teknika, ambjentali u legali dwar, u l-esperjenza ma', l-organiżmi ħajjin modifikati; u

    (b) tassisti l-partijiet biex jimplimentaw il-Protokoll, billi tikkonsidra wkoll il-bżonnijiet speċjali ta' Partijiet li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, partikolarment dawk l-inqas żviluppati u l-Istati fi żvilupp li huma gżejjer żgħar fosthom, u pajjiżi b'ekonomiji fi transizzjoni kif ukoll pajjiżi li huma ċentri ta' oriġini u ċentri ta' diversità ġenetika.

    2. L-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà għandha sservi bħala mezz li permezz tiegħu l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-għanijiet ta' paragrafu 1 fuq. Hija għandha tipprovdi aċċess għall-informazzjoni li l-Partijiet jgħaddulha li tkun rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll. Fejn huwa possibbli għandha tipprovdi aċċess lil mekkaniżmi internazzjonali ta' bdil ta' informazzjoni dwar il-biosigurtà.

    3. Mingħajr ħsara għall-protezzjoni ta' l-informazzjoni konfidenzali, kull Parti għandha tagħmel aċċessibbli lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà kwalunkwe informazzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà taħt dan il-Protokoll:

    (a) kwalunkwe liġijiet eżistenti, regolamenti u linji gwida għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, kif ukoll informazzjoni mitluba mill-Partijiet għall-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni;

    (b) kull qbil jew arranġamenti bilaterali, reġjonali jew multilaterali;

    (ċ) taqsiriet ta' stimi ta' riskju jew eżamijiet ambjentali ta' organiżmi ħajjin modifikati ġenerati mill-proċess regolatorju tagħha, u magħmulin skond l-Artikolu 15, li jinkludu, fejn meħtieġ, informazzjoni rilevanti dwar il-prodotti, jiġifieri, il-materjali proċessati li joriġinaw minn organiżmi ħajjin modifikati, li jinkludu kumbinazzjonijiet ġodda li jistgħu jingħarfu ta' materjal ġenetiku replikabbli akkwistat bl-użu ta' bioteknoloġija moderna:

    (d) id-deċiżjoni finali tagħha dwar l-importazzjoni jew it-tluq ta' organiżmi ħajjin modifikati; u

    (e) rapporti mgħoddijin lilha skond l-Artikolu 33, inklużi dawk dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni.

    4. Il-modalitajiet ta' l-operat ta' l-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà, inklużi r-rapporti fuq l-attivitajiet tagħha, għandhom jiġu kkunsidrati u jsiru deċiżjonijiet fuqhom fil-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll fl-ewwel laqgħa tagħha, u wara jsiru reviżjonijiet tiegħu.

    Artikolu 21

    L-informazzjoni konfidenzjali

    1. Il-Parti li timporta għandha tippermetti lin-notifikatur li jidentifika informazzjoni mogħtija skond il-proċeduri ta' dan il-Protokoll jew rikjesta mill-Parti li timporta bħala parti mill-proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni tal-Protokoll li għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali. Għandha tingħata ġustifikazzjoni f'dawn il-każi jekk issir talba għaliha.

    2. Il-Parti li timporta għandha tikkonsulta lin-notifikatur jekk hija tiddeċiedi li informazzjoni identifikati min-notifikatur bħala kunfidenzjali ma tikkwalifikax għal dan it-trattament u għandha, qabel ma titlaqqha, tinforma lin-notifikatur bid-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet jekk tiġi mitluba, kif ukoll l-opportunità għal konsultazzjoni u għal eżami intern tad-deċiżjoni qabel it-telqien.

    3. Kull Parti għandha tipproteġi informazzjoni kunfidenzjali li rċeviet taħt dan il-Protokoll, inkluża kull informazzjoni kunfidenzjali li rċeviet f'kuntest ta' proċedura maqbula ta' mogħdija ta' informazzjoni ta' dan il-Protokoll. Kull Parti għandha tiżgura li għandha proċeduri li jipproteġu din l-informazzjoni u għandha tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni b'manjiera mhux inqas favoribbli mit-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali konnessa ma' organiżmi ħajjin modifikati prodotti domestikament.

    4. Il-Parti li timporta ma għandhiex tuża din l-informazzjoni għal skopijiet kummerċjali, ħlief jekk mhux bil-permess miktub tan-notifikatur.

    5. Jekk notifikatur jirtira jew irtira notifika, il-Parti li timporta għandha tirrispetta l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni kummerċjali u industrijali, inkluża informazzjoni dwar riċerka u żvilupp kif ukoll informazzjoni li fuqha l-Parti u n-notifikatur ma jaqblux dwar il-kunfidenzjalità tagħha.

    6. Mingħajr ħsara għal paragrafu 5 fuq, din l-informazzjoni ma għandhiex titqies kunfidenzjali:

    (a) l-isem u l-indiriizz tan-notifikatur;

    (b) deskrizzjoni ġenerali ta' l-organiżmu jew organiżmi ħajjin modifikati;

    (ċ) taqsira ta' l-istima tar-riskju dwar l-effetti fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-riskji fuq saħħet il-bniedem; u

    (d) il-metodi u l-pjani kollha dwar reazzjoni f'emerġenza.

    Artikolu 22

    Il-bini tal-kapaċità

    1. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-Iżvilupp u/jew tisħiħ ta' risorsi umani u kapaċitajiet istituzzjonali fil-biosigurtà, inkluża l-bioteknoloġija sakemm din hija rikjesta għall-biosigurtà, bl-iskop li sseħħ implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Protokoll, f'partijiet li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, partikolarment dawk l-inqas żviluppati minnhom u fl-Istati li qegħdin jiżviluppaw li huma gżejjer żgħar fosthom, u fil-Partijiet li għandhom ekonomiji fi transizzjoni, inkluż permezz ta' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet eżistenti globali, reġjonali, subreġjonali u nazzjonali u, fejn meħtieġ, billi jiffaċilitaw l-involviment tas-settur privat.

    2. Għall-iskop li jiġi implimentat il-paragrafu 1 fuq, fejn tidħol il-koperazzjoni, il-bżonnijiet ta' Partijiet li qegħdin jiżviluppaw, partikolarment dawk l-inqas żviluppati minnhom u fl-Istati li qegħdin jiżviluppaw li huma gżejjer żgħar fosthom, għal risorsi finanzjarji u aċċess għal u t-trasferiment ta' teknoloġija u modi ta' għarfien skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni, għandu jittieħed kont tagħhom fejn tidħol il-bini tal-kapaċità fil-biosigurtà. Il-koperazzjoni fil-bini tal-kapaċità għandha, suġġetta għal sitwazzjoni, kapaċitajiet u bżonnijiet differenti ta' kull Parti, tinkludi taħriġ xjentifiku u tekniku fl-immaniġġjar xieraq u żgur tal-bioteknoloġija, u fl-użu ta' stima ta' riskju u l-immaniġġjar tar-riskju fil-biosigurtà, u l-imġieba l-quddiem ta' kapaċitajiet teknoloġiċi u istituzzjonali fil-biosigurtà. Il-bżonnijiet ta' partijiet b'ekonomiji fi transizzjoni għandha wkoll tittieħed konsiderazzjoni ampja tagħhom fil-bini tal-kapaċità fil-biosigurtà.

    Artikolu 23

    Il-kuxjenza u l-parteċipazzjoni pubblika

    1. Il-Partijiet għandhom:

    (a) jippromwovu u jiffaċilitaw il-kuxjenza pubblika, l-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni dwar it-trasferiment żgur, l-immaniġġjar u l-użu ta' organiżmi ħajjin modifikati f'relazzjoni mal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-riskji għal saħħet il-bniedem. F'dan il-Partijiet għandhom jikkoperaw, kif meħtieġ, ma' Stati u korpi internazzjonali oħra;

    (b) jippruvaw jiżguraw li l-kuxjenza pubblika u l-edukazzjoni jinkludu aċċess għal informazzjoni dwar organiżmi ħajjin modifikati identifikati skond dan il-Protokoll bħala li jistgħu jiġu importati.

    2. Il-Partijiet għandhom, bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, jikkonsultaw lill-pubbliku fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fejn jidħlu organiżmi ħajjin modifikati u għandhom jagħmlu dawn ir-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li jirrispettaw informazzjoni kunfidenzjali skond l-Artikolu 21.

    3. Kull Parti għandha tipprova li tinforma lill-pubbliku tagħha dwar il-mezzi ta' aċċess pubbliku għall-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà.

    Artikolu 24

    Non-Partijiet

    1. Movimenti bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati bejn Partijiet u non-Partijiet għandhom ikunu konsistenti ma' l-oġġettivi ta' dan il-Protokoll. Il-Partijiet jistgħu jidħlu fi qbil u arranġamenti bilaterali, reġjonali u multilaterali ma' non-Partijiet dwar dawn il-movimenti bejn il-fruntieri.

    2. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu lil non-Partijiet biex jaderixxu ma' dan il-Protokoll u biex jikkontribwixxu informazzjoni meħtieġa lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà dwar organiżmi ħajjin modifikati mitluqin fi, jew imċaqilqin fi jew 'il barra minn, naħat li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom.

    Artikolu 25

    Movimenti illegali bejn il-fruntieri

    1. Kull Parti għandha tadotta miżuri domestiċi xierqa immirati biex tipprevjeni u, fejn meħtieġ, tippenalizza movimenti bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati magħmulin f'kontravenzjoni tal-miżuri domestiċi tagħha li timplimenta dan il-Protokoll. Dawn il-movimenti għandhom jitqiesu bħala movimenti bejn il-fruntieri illegali.

    2. Fil-każ ta' moviment bejn il-fruntieri illegali, il-Parti affettwata tista' titlob lill-Parti ta' l-oriġini biex tiddisponi, a spejjeż tagħha, mill-organiżmu ħaj modifikat diskuss b'ripatrijazzjoni jew distruzzjoni, kif meħtieġ.

    3. Kull Parti għandha tagħmel aċċessibbli lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà informazzjoni li tikkonċerna każi ta' movimenti bejn il-fruntieri illegali li fihom hija kellha x'taqsam.

    Artikolu 26

    Konsiderazzjonijiet soċjo-ekonomiċi

    1. Il-Partijiet, meta jilħqu deċiżjoni dwar import skond dan il-Protokoll jew skond il-miżuri domestiċi tagħha li jimplimentaw dan il-Protokoll, jistgħu jikkunsidraw, f'konsistenza ma' l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħhom, konsiderazzjonijiet soċjo-ekonomiċi li jiġu mill-impatt ta' l-organiżmi ħajjin modifikati fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, speċjalment fejn jidħol il-valur tad-diversità bioloġika lil komunitajiet indiġeni u lokali.

    2. Il-Partijiet huma inkoraġġiti li jikkoperaw dwar riċerka u bdil ta' informazzjoni dwar l-impatti kollha soċjo-ekonomiċi ta' l-organiżmi ħajjin modifikati, speċjalment fuq komunitajiet indiġeni u lokali.

    Artikolu 27

    Ir-responsabbiltà u l-irrimedjar

    Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll għandha, fl-ewwel laqgħa tagħha, tadotta proċess rigward l-elaborazzjoni xierqa ta' regoli u proċeduri internazzjonali fil-qasam ta' l-obbligu u l-indirizz ta' ħsara li tirriżulta minn movimenti bejn il-fruntieri ta' organiżmi ħajjin modifikati, li fih tanalizza u tikkonsidra l-proċeessi kurrenti fil-liġi internazzjonali f'dan il-qasam, u li bih tipprova tkompli dan il-proċess fi żmien erba' snin.

    Artikolu 28

    Il-mekkaniżmi u r-risorsi finanzjarji.

    1. Waqt li jikkunsidraw ir-risorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni.

    2. Il-mekkaniżmu finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni għandu, permezz ta' l-istruttura istituzzjonali li hi fdata bl-operat tiegħu, ikun il-mekkaniżmu finanzjarju għal dan il-Protokoll.

    3. Rigward il-bini tal-kapaċità li hemm referenza għalih fl-Artikolu 22 ta' dan il-Protokoll, il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll, billi tipprovdi gwida rigwrad il-mekkaniżmu finanzjarju li hemm refernza għalih fil-paragrafu 2 fuq, għall-konsiderazzjoni tal-Konferenza tal-Partijiet, għandha tikkonsidra l-ħtieġa ta' risorsi finanzjarji ta' Partijiet li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, partikolarment dawk l-inqas żviluppati u l-Istati li huma gżejjer żgħar fosthom.

    4. Fil-kontest tal-paragrafu 1 fuq, Il-Partijiet għandhom ukoll jikkonsidraw il-ħtiġiet ta' Partijiet li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, partikolarment dawk l-inqas żviluppati u l-Istati li huma gżejjer żgħar fosthom, u tal-Partijiet b'ekonomiji fi transizzjoni, fl-isforzi tagħhom biex jidentifikaw u jimplimentaw il-bżonnijiet fil-bini tal-kapaċità tagħhom għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll.

    5. Il-gwida lill-mekkaniżmu fianzjarju tal-Konvenzjoni f'deċiżjonijiet rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet, inklużi dawk li sar qbil fuqhom qabel l-adozzjoni ta' dan il-Protokoll, għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    6. Il-Partijiet li huma pajjiżi żviluppati jistgħu wkoll jipprovdu, u l-Partijiet li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-Partijiet li għandhom ekonomiji fi transizzjoni jistgħu jibbenefikaw minn risorsi finanzjarji u teknoloġiċi għall-implimentazzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll permezz ta' mezzi bilaterali, reġjonali u multilaterali.

    Artikolu 29

    Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll.

    1. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll.

    2. Il-Partijiet fil-Konvenzjoni li ma humiex Partijiet f'dan il-Protokoll jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-proċeduri ta' kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll. Meta l-Konferenza tal-Partijiet isservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll, id-deċiżjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Protokoll għandhom jittieħdu biss minn dawk li huma Partijiet fih.

    3. Meta l-Konferenza tal-Partijiet isservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll, kwalunkwe membru tal-bureau tal-Konferenza tal-Partijiet li jirrappreżenta Parti fil-Konvenzjoni imma li, għal dak il-ħin, ma tkunx parti f'dan il-Protokoll, għandha tkun mibdula b'membru li jkun elett minn u minn fost il-Partijiet ta' dan il-Protokoll.

    4. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll għandha kontinwament tħares lejn l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u għandha tagħmel, fi ħdan il-mandat tagħha, id-deċiżjonijiet neċessarji biex tippromovi l-implimentazzjoni effettiva tiegħu. Hi għandha taqdi l-funzjonijiet mogħtijin lilha minn dan il-Protokoll:

    (a) tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe materji neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll;

    (b) tistabbilixxi l-korpi sussidjarji li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll;

    (ċ) tfittex u tutilizza, fejn huwa xieraq, is-servizzi u l-koperazzjoni ta', u l-informazzjoni pprovduta minn, organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi intergovernattivi u non-governattivi kompetenti;

    (d) tistabbilixxi l-forma u l-intervalli għat-trasmissjoni ta' informazzjoni li għandha tingħata skond l-Artikolu 33 ta' dan il-Protokoll u tikkonsidra din l-informazzjoni kif ukoll ir-rapporti sottomessi minn kwalunkwe korp sussidjarju;

    (e) tikkonsidra u tadotta, kif meħtieġ, ammendi għal dan il-Protokoll u għall-annessi tiegħi, kif ukoll kwalunkwe annessi addizzjonali għal dan il-Protokoll, li huma kkunsidrati meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll; u

    (f) teżerċita funzjonijiet oħrajn bħal dawn li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll.

    5. Ir-regoli tal-proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet u regoli finanzjarji tal-Konvenzjoni għandhom ikunu applikati, mutatis mutandis, taħt dan il-Protokoll, ħlief fejn ikun deċiż mod ieħor b'konsensus mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll.

    6. L-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll għandha tissejjaħ mis-Segretarjat flimkien ma' l-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li hija skedata wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll. Laqgħat ordinarji li jsegwu tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll għandhom isiru f'għaqda ma' laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Partijet, jekk ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll.

    7. Laqgħat straordinarji tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll għandhom isiru fi żminijiet oħrajn li jidhru neċessarji għall-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll, jew fuq talba bil-miktub ta' kwalunkwe Parti, dejjem jekk, fi żmien sitt xhur minn meta t-talba tkun ikkomunikata lill-Partijiet mis-Segretarjat, hija jkollha l-appoġġ ta' ta' l-inqas terz tal-Partijiet.

    8. In-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji speċjalizzati tagħha u l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika, kif ukoll kull Stat membru tagħhom jew osservaturi fihom li ma humiex Parti fil-Konvenzjoni, jistgħu jkunu rrappreżentati bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll. Kwalunkwe korp jew aġenzija, kemm jekk nazzjonali kif ukoll jekk internazzjonali, governattiva jew non-governattiva, li huma kwalifikati f'oqsma koperti minn dan il-Protokoll u li informaw lis-Segretarjat bix-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll bħala osservaturi, jistgħu jkunu aċċettati, sakemm ma jkunx hemm l-oġġezzjoni ta', ta' l-inqas terz tal-Partijiet preżenti. Ħlief għal fejn huwa pprovdut mod ieħor minn dan l-Artikolu, id-dħul u l-parteċipazzjoni ta' osservaturi għandu jkun suġġett għar-regoli ta' proċedura, kif inhu rreferut fil-paragrafu 5 fuq.

    Artikolu 30

    Il-korpi sussidjarji

    1. Kull korp sussidjarju stabbilit minn jew taħt din il-Konvenzjoni jista', b'deċiżjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll, iservi lill-Protokoll, f'liema każ il-laqgħa tal-Partijiet għandha tispeċifika liema funzjonijiet għandu jaqdi l-korp.

    2. Partijiet fil-Konvenzjoni li ma humiex Partijiet fil-Protokoll jistgħu josservaw bħala osservaturi fil-proċeduri ta' kwalunkwe laqgħa ta' kwalunkwe korp sussidjarju. Meta korp sussidjarju tal-Konvenzjoni jservi bħala korp sussidjarju ta' dan il-Protokoll, deċiżjoni taħt il-Protokoll għandhom jittieħdu biss mill-Partijiet fil-Protokoll.

    3. Meta korp sussidjarju tal-Konvenzjoni jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu rigward materji li jikkonċernaw lil dan il-Protokoll, kwalunkwe membru tal-bureau ta' dak il-korp sussidjarju li jirrappreżenta Parti fil-Konvenzjoni imma, li sa dak iż-żmien, ma tkunx Parti fil-Protokoll, għandu jkun sostitut minn membru elett minn u minn fost il-Partijiet fil-Protokoll.

    Artikolu 31

    Is-Segretarjat

    1. Is-Segretarjat stabbilit bl-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni għandu jservi bħala s-segretarjat għal dan il-Protokoll.

    2. L-Artikolu 24, il-paragrafu 1, tal-Konvenzjoni fuq il-funzjonijiet tas-Segretarjat għandu japplika, mutatis mutandis, għal dan il-Protokoll.

    3. Għaliex huma distinti, l-ispejjeż tas-servizzi tas-segretarjat għal dan il-Protokoll għandhom jitħallsu mill-Partijiet fih. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll għandha, fl-ewwel laqgħa tagħha, tiddeċiedi fuq l-arranġamenti ta' budget neċessarji għal dan il-għan.

    Artikolu 32

    Ir-relazzjoni mal-Konvenzjoni

    Ħlief fejn huwa previst mod ieħor f'dan il-Protokoll, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni relatati mal-protokolli tagħha għandhom japplikaw għal dan il-Protokoll.

    Artikolu 33

    Il-monitoraġġ u l-irrappurtar

    Kull Parti għandha tagħmel monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet tagħha taħt dan il-Protokoll, u għandha, f'intervalli li għandhom jiġu determinati mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll, tirrapporta lill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll dwar miżuri li ttieħdu għall-implimentazzjoni tal-Protokoll.

    Artikolu 34

    L-osservanza

    Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll għandha, fl-ewwel laqgħa tagħha, tikkonsidra u tapprova proċeduri koperattivi u mekkaniżmi istituzzjonali li jippromovu l-osservanza tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u tindirizza każi fejn ma kienx hemm osservanza. Dawn il-proċeduri u mekkaniżmi għandhom jinkludu disposizzjonijiet li joffru pariri u assistenza, fejn huwa xieraq. Għandhom ikunu separati minn, u mingħajr ħsara għal, proċeduri u mekkaniżmi li jissetiljaw disputi stabbiliti fl-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni.

    Artikolu 35

    L-istima u r-reviżjoni.

    Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet ta' dan il-Protokoll għandha, fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll u ta' l-inqas kull ħames snin oħra wara, evalwazzjoni ta' l-effettività tal-Protokoll, inkluż eżami tal-proċeduri u l-annessi tiegħu.

    Artikolu 36

    Il-firma

    Dan il-Protokoll se jkun miftuħ għall-iffirmar fl-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti f'Najrobi minn Stati u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali mill-15 sas-26 ta' Mejju, 2000, u fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York mill-5 ta' Ġunju 2000 sa l-4 ta' Ġunju 2001.

    Artikolu 37

    Id-dħul fis-seħħ

    1. Dan il-protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il ġurnata wara d-data tad-depositu tal-ħamsin strument ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew adeżjoni minn Stati jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li huma Partijiet fil-Konvenzjoni.

    2. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li tirratifika, taċċetta jew tapprova dan il-Protokoll jew taċċedi għalih wara li jkun daħal fis-seħħ skond il-paragrafu 1 fuq, fid-dsatax-il ġurnata wara d-data li fiha dak l-Istat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali tiddepożita l-istrumenti tar-ratifikazzjoni tagħha, jew aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, jew fid-data meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għal dak l-Istat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali, liema waħda minnhom tkun l-aktar tard.

    3. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2 fuq, kull strument depożitat minn organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali għandu jitqies bħala addizzjonali ma' dawk depożitati minn Stati membri ta' din l-organizzazzjoni.

    Artikolu 38

    Ir-riservi

    Ma jistgħux isiru riservi lil dan il-Protokoll.

    Artikolu 39

    L-irtirar

    1. Fi kwalunkwe ħin wara sentejn mid-data li fiha dan il-Protokoll ikun daħal fis-seħħ għal Parti, dik il-Parti tista' tirtira mill-Protokoll billi tagħti notifika bil-miktub lid-Depożitarju.

    2. Kull irirar bħal dan għandu jsir wara li tgħaddi sena mid-data ta' l-irċevuta tiegħu mid-Depożitarju, jew xi data oħra aktar tard kif speċifikat fin-notifika ta' l-irtirar.

    Artikolu 40

    It-testi awtentiċi

    L-oriġinal ta' dan il-Protokoll, li tiegħu t-testi bl-Għarbi, biċ-Ċiniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol huma ugwalment awtentiċi, għandhom ikunu depożitati għand is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonaijiet Uniti.

    B'XHUD TA' DAN l-hawn taħt iffirmati, għaliex huma awtorizzati jagħmlu hekk, iffirmaw dan il-Protokoll.

    Magħmul f'Montreal fid-disgħa u għoxrin ġurnata ta' Jannar tas-sena elfejn.

    Anness I għall-Anness A

    INFORMAZZJONI RIKJESTA F'NOTIFIKI SKOND L-ARTIKOLI 8, 10 U 13.

    (a) L-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt ta' l-esportatur.

    (b) L-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt ta' l-importatur.

    (ċ) L-isem u l-identità ta' l-organiżmu ħaj modifikat, kif ukoll il-klassifikazzjoni domestika tiegħu, jekk hemm, tal-livell ta' biosigurtà ta' l-organiżmu ħaj modifikat fl-Istat li jesporta.

    (d) Id-data jew dati maħsubin għall-moviment bejn il-fruntieri, jekk magħrufa/in.

    (e) L-istatus tassonomiku, l-isem komuni, il-punt tal-ġabra jew akwisizzjoni, u l-karatteristiċi ta' l-organiżmu reċipjent jew organiżmi parentali relatati mal-biosigurtà.

    (f) Iċ-ċentri ta' l-oriġini u ċ-ċentri tad-diversità ġenetika, jekk magħrufa/in, ta' l-organiżmu reċipjent u/jew l-organiżmi parentali u deskrizzjoni ta' l-abitati fejn l-organiżmi jistgħu jippersistu jew jiżdiedu.

    (g) L-istatus tassonomiku, l-isem komuni, il-punt tal-ġabra jew akwisizzjoni, u l-karatteristiċi ta' l-organiżmu jew organiżmi donatur/i relatati mal-biosigurtà.

    (h) Id-deskrizzjoni ta' l-aċidu nukleiku jew il-modifikazzjonmi introdotta, it-teknika użata, u l-karatteristiċi riżultanti ta' l-organiżmu ħaj modifikat.

    (i) L-użu li huwa maħsub li jsir mill-organiżmu ħaj modifikat jew mill-prodotti tiegħu, jiġifieri, il-materjali proċessati li joriġnaw mill-organiżmu ħaj modifikat, li fihom kombinazzjonijiet ġodda notabbli ta' materjal ġenetiku replikabbli ottenut permezz ta' l-użu tal-bioteknoloġija moderna.

    (j) Il-kwanitità jew volum ta' l-organiżmu ħaj modifikat li se jkunu trasferiti.

    (k) Rapport dwar ir-riskju involut ta' qabel jew eżistenti, konsistenti ma' l-Anness III.

    (l) Metodi suġġeriti għal immaniġġjar żgur, għall-ħażna, trasport u użu, inkluż l-ippakkettjar, it-tikkettjar, id-dokumentazzjoni, il-proċeduri għar-rimi u l-kontinġenza, fejn huwa meħtieġ.

    (m) L-istatus regolatorju ta' l-organiżmu ħaj modifikat fl-Istat li jesporta (bħala eżempju, jekk huwiex projbit fl-Istat li jesporta, jekk hemmx restrizzjonijiet oħrajn, jew jekk kienx approvat għall-użu ġenerali) u, jekk l-organiżmu ħaj modifikat huwa ipprojbit fl-Istat li jesporta, ir-raġuni jew raġunijiet għall-projbizzjoni.

    (n) Ir-riżultat u l-għan ta' kull notifika mill-esportatur lil Stati oħrajn dwar l-organiżmu ħaj modifikat li se jiġi ttrasportat.

    (o) Dikjarazzjoni li l-informazzjoni mogħtija fuq hija korretta.

    Anness II għall-Anness A

    INFORMAZZJONI RIKJESTA DWAR ORGANIŻMI ĦAJJIN MODIFIKATI INTENZJONATI GĦAL UŻU DIRETT BĦALA IKEL JEW GĦALF, JEW GĦALL-IPPROĊESSAR SKOND L-ARTIKOLU 11.

    (a) L-isem u d-dettalji għall-kuntatt ta' l-applikant għal deċiżjoni ta' użu domestiku.

    (b) L-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta' awtorità responsabbli mid-deċiżjoni.

    (ċ) L-isem u l-identità ta' l-organiżmu ħaj modifikat.

    (d) Id-deskrizzjoni tal-modifikazzjoni ġenetika, it-teknika użata, u l-karatteristiċi riżultanti ta' l-organiżmu ħaj modifikat.

    (e) Kull identifikazzjoni unika ta' l-organiżmu ħaj modifikat.

    (f) L-istatus tassonomiku, l-isem komuni, il-punt tal-ġabra jew akwisizzjoni, u karatteristiċi ta' l-organiżmu reċipjent jew organiżmi parentali relatati mal-biosigurtà.

    (g) Iċ-ċentri ta' l-oriġini u ċ-ċentri tad-diversità ġenetika, jekk magħrufin, ta' l-organiżmu reċipjent u/jew l-oraniżmi parentali u deskrizzjoni ta' l-abitat fejn l-organiżmi jistgħu jippersistu jew jiżdiedu.

    (h) L-istatus tassonomiku, l-isem komuni, il-punt tal-ġabra jew akwisizzjoni, u karatteristiċi ta' l-organiżmu jew organiżmi donatur/i relatati mal-biosigurtà.

    (i) L-użijiet approvati ta' l-organiżmu ħaj modifikat.

    (j) Rapport dwar stima tar-riskju konsistenti ma' l-Anness III.

    (k) Metodi suġġeriti għall-immaniġġjar żgur, għall-ħażna, it-trasport u l-użu, inkluż l-ippakkettjar, it-tikkettjar, id-dokumentazzjoni, ir-rimi u l-proċeduri ta' kontinġenza, fejn huwa meħtieġ.

    Anness III għall-Anness A

    STIMA TAR-RISKJU

    L-Għan

    1. L-għan ta' l-istima ta' riskju, skond dan il-Protokoll, hija li tidentifika u tevalwa l-effetti ħżiena possibbli ta' l-organiżmi ħajjin modifikati fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika fl-ambjent li potenzalment jista' jirċevihom, billi jiġu kkunsidrati wkoll ir-riskji għal saħħet il-bniedem.

    L-użu ta' l-istima ta' riskju

    2. L-istimar tar-riskju hu, inter alia, użat mill-awtoritajiet kompetenti biex jaslu għal deċiżjonijiet informati dwar l-organiżmi ħajjin modifikati.

    Prinċipji ġenerali

    3. L-istimar tar-riskju għandu jsir b'manjiera xjentifikament sana u trasparenti, u jista' jikkunsidra l-parir ta' esperti ta', u l-linji gwida żviluppati minn, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

    4. In-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku jew konsensus xjentifiku ma għandux neċessarjament jiġi interpretat bħala indikazzjoni li hemm livell partikolari ta' riskju, in-nuqqas ta' riskju, jew riskju aċċettabbli.

    5. Ir-riskji assoċjati ma' organiżmi ħajin modifikati jew il-prodotti tagħhom, jiġifieri, materjali proċessati li ġejjin minn organiżmi ħajjin modifikati, li għandhom fihom kumbinazzjonijiet ġodda markabbli ta' materjal ġenetiku replikabbli ottenut permezz tal-bioteknoloġija moderna, għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tar-riskji li jqajmu r-reċipjenti non-modifikati jew l-organiżmi parentali fl-ambjent li potenzalment probabbilment jirċevihom.

    6. L-istimar tar-riskju għandu jsir kull każ għalih. L-informazzjoni rikjesta tista' tvarja minn każ għal ieħor fin-natura u fil-livell ta' dettall, dejjem skond l-organiżmu ħaj modifikat konċernat, l-użu intenzjonat tiegħu u l-ambjent li potenzalment jista' jirċevih.

    Il-metodoloġija.

    7. Il-proċess ta' l-istimar tar-riskju jista' fuq banda jwassal għall-bżonn ta' aktar informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi, li tista' tiġi identifikata u mitluba waqt il-proċess ta' l-eżaminar, waqt li mill-banda l-oħra informazzjoni fuq suġġetti oħrajn tista' ma tkunx rilevanti f'ċerti każi.

    8. Biex iwettaq l-għanijiet tiegħu, l-istimar tar-riskju jinvolvi, kif inhu xieraq, dawn il-passi li ġejjin:

    (a) l-identifikazzjoni ta' karatteristiċi ġenotipiċi jew fenotipiċi ġodda assoċjati ma' l-organiżmu ħaj modifikat li jista' jkollhom effett ħażin fuq id-diversità bioloġika fl-ambjent li jista' jirċevihom, billi tiġi kkunsidrata wkoll saħaet il-bniedem;

    (b) evalwazzjoni tal-probabbiltà u l-possibbiltà li dawn l-effetti ħżiena jkunu realizzati, billi jiġu kkunsidrati wkoll il-livell u t-tip ta' kuntatt li l-ambjent li x'aktarx jirċevih jista' jkollu ma' l-organiżmu ħaj modifikat;

    (c) evalwazzjoni tal-konsegwenzi jekk dawn l-effetti ħżiena jkunu realizzati;

    (d) stima tar-riskju ġenerali li organiżmu ħaj modifikat jimponi, ibbażata fuq evalwazzjoni tal-possibbiltà u l-probabbiltà u l-konsegwenzi li l-effetti ħżiena identifikati jkollhom jekk jirrealizzaw;

    (e) rakkomandazzjoni jekk ir-riskji humiex aċċettabbli u maniġġabbli, inklużi, fejn huwa neċessarju, l-identifikazzjoni ta' strateġiji biex jiġu mmaniġġjati r-riskji

    (f) fejn hemm inċertezza dwar il-livell ta' riskju, din tista' tiġi indirizzata billi tintalab aktar informazzjoni fuq it-temi speċifiċi li qegħdin iqajmuha jew billi jiġu implimentati starteġiji xierqa ta' immaniġġjar ta' riskju u/jew monitoraġġ ta' l-organiżmu ħaj modifikat fl-ambjent li qiegħed jirċevih.

    Il-punti li jridu jiġu kkunsidrati.

    9. Skond il-każ, l-istimar tar-riskju għandu jikkunsidra d-dettalji tekniċi u xjentifiċi rilevanti li jirrigwardaw il-karatteristiċi tas-suġġetti li ġejjin:

    (a) L-organiżmu li jilqa' jew l-organiżmi parentali. Il-karatteristiċi bioloġiċi ta' l-organiżmu li jilqa' jew l-organiżmi parentali, inkluża informazzjoni dwar l-istatus tassonomiku, l-isem komuni, l-oriġini, Iċ-ċentri ta' l-oriġini u ċ-ċentri tad-diversità ġenetika, jekk magħrufin, u d-deskrizzjoni ta' l-abitat fejn l-organiżmi jistgħu jippersistu jew jiżdiedu:

    (b) L-organiżmu jew organiżmi donaturi. L-istatus tassonomiku u l-isem komuni, is-sors, u l-karatteristiċi bioloġiċi rilevanti ta' l-organiżmi donaturi;

    (ċ) Il-vector. Il-karatteristiċi tal-vector, inkluż l-identità tiegħu, jekk għandu, u s-sors jew l-oriġini tiegħu, u l-firxa tal-laqgħa tiegħu.

    (d) Id-daħla jew id-dħul u/jew il-karatteristiċi tal-modifikazzjoni. Il-karatterisitiċi ta' l-aċidu nuklejiku inserit u l-funzjoni li jispeċifika, u/jew il-karatteristiċi tal-modifikazzjoni introdotta;

    (e) L-organiżmu ħaj modifikat. L-identità ta' organiżmu ħaj modifikat, u d-differenzi bejn il-karatteristiċi bioloġiċi ta' l-organiżmu ħaj modifikat u dawk ta' l-organiżmu li jilqa' jew l-organiżmi parentali;

    (f) Is-sejba u l-identifikazzjoni ta' l-organiżmu ħaj modifikat. Metodi suġġeriti ta' sejba u identifikazzjoni u l-ispeċifiċità tagħhom, is-sensittività tagħhom u kemm tista' torbot fuqhom;

    (g) Informazzjoni relatata ma' l-użu intenzjonat. Informazzjoni relatata ma' l-użu intenzjonat ta' l-organiżmu ħaj modifikat, inkluż użi ġodda jew mibdulin ikkomparati ma' l-organiżmu li jilqa' jew l-organiżmi parentali; u

    (h) l-ambjent riċevitur. Informazzjoni dwar il-lokazzjoni, il-karatteristiċi ġografiċi, klimatċi u ekoloġiċi, inkluża informazzjoni rilevanti dwar id-diversità bioloġika u ċentri ta' l-oriġini ta' l-ambjent li potenzalment jista' jkun riċevitur.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ EWROPEA SKOND L-ARTIKOLU 34(3) TAL-KONVENZJONI DWAR ID-DIVERSITÀ BIOLOĠIKA.

    Il-Komunità Ewropea tiddikjara li, bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu, hija kompetenti li tidħol fi qbil internazzjonali, u li timplimenta l-obbligazzjonijiet li joħorġu minnhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:

    - l-ippreservar, il-protezzjoni u t-titjib fil-kwalità ta' l-ambjent,

    - il-protezzjoni ta' saħħet il-bniedem,

    - l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali,

    - il-promozzjoni ta' miżuri fuq livell internazzjonali biex jittieħdu ħsieb problemi ambjentali fuq livell reġjonali u globali.

    Barra minhekk, il-Komunità Ewropea tiddikjara li diġà adottata strumenti legali, li jorbtu lill-Istati Membri tagħha, li jkopru temi mmexxijin minn dan il-Protokoll, u sa tissottometti u taġġorna, kif inhuwa xieraq, lista ta' dawk l-istrumenti legali lill-Aġenzija Informattiva dwar il-Biosigurtà skond l-Artikolu 20(3)(a) tal-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Biosigurtà.

    Il-Komunità Ewropea hija responsabbli għall-qadi ta' dawk l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Biosigurtà li huma koperti mil-liġi Komunitarja fis-seħħ.

    L-eżerċizzju tal-kompetenza Komunitarja huwa, min-natura tiegħu, suġġett għal żvilupp kontinwu.

    --------------------------------------------------

    Top