Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21996D0523(02)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/96 ta' l-1 ta' Marzu 1996 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 124, 23.5.1996, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/12(2)/oj

    21996D0523(02)



    Official Journal L 124 , 23/05/1996 P. 0013 - 0014


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 12/96

    ta' l-1 ta' Marzu 1996

    li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness XIV għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li jemenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE [1];

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 870/95 ta' l-20 ta' April 1995 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftehma bejn kumpanniji ta' ġarr ta' tagħbija b'liners (konsorzju) bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92 [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 11b. (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1617/93) ta' l-Anness XIV għall-Ftehim:

    "11ċ. 395 R 0870: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 870/95 ta' l-20 ta' April 1995 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftehma bejn kumpaniji ta' ġarr ta' tagħbija b'liners (konsorzju) bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92 (ĠU L 89, tal-21.4.1995, p. 7).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

    (a) Fl-Artikolu 2 il-kliem "portijiet tal-Komunità" għandu jinqara "portijiet fit-territorju koperti bil-Ftehim għaż-ŻEE";

    (b) Fl-Artikolu 7(1) il-fażi "fuq il-kondizzjoni li l-ftehim imsemmi jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4260/88 u li l-Kummissjoni ma topponix" għandu jinqara "fuq il-kondizzjoni li l-ftehim imsemmi jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni tal-KE jew lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4260/88, u d-dispożizzjonijiet li jikkorrespondu fil-Protokoll 21 għall-Ftehim taż-ŻEE, u dik li l-awtorità ta' sorveljanza ta' l-EFTA ma topponix";

    (ċ) Fl-Artikolu 7(2) it-terminu "il-Kummissjoni" għandha taqra "il-Kummissjoni tal-KE jew l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA";

    (d) Fl-Artikolu 7(5) it-tieni sentenza għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:"Għandha topponi l-eżenzjoni jekk hija tirċievi talba sabiex tagħmel dan minn Stat li jaqa' fi ħdan il-kompetenza tagħha fi żmien tlett xhur mit-trasmissjoni lil dawk l-Istati, in-notifika li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1";

    (e) Fl-Artikolu 7(6) it-tieni sentenza għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:"Iżda, fejn l-oppożizzjoni tqajjmet fuq talba ta' Stat li jaqa' taħt il-kompetenza tagħha u din it-talba tkun ġiet miżmuma, tista' tiġi rtirata biss wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Ristrettivi u Pożizzjonijiet Dominanti fit-Trasport Marittimu";

    (f) Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar ta' l-Artikolu 7(9):", jew id-dispożizzjoni li tikkorrespondi fil-Protokoll 21 għall-Ftehim taż-ŻEE";

    (g) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu introduttorju, il-frażi "bi qbil ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 479/92" għandu jaqra "jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' l-awtorità ta' sorveljanza l-oħra jew Stat li jaqa' fi ħdan il-kompetenza jew ta' persuni naturali jew legali li jippretendu interess leġittimu"."

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 870/95 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 1996.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Benavides

    [1] ĠU L 160, tal-28.6.1994, p. 1.

    [2] ĠU L 89, tal-21.4.1995, p. 7.

    --------------------------------------------------

    Top