EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21996A1030(01)

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mill-1 ta’ Jannar 1994 l-ammont addizzjonali li għandu jitnaqqas mit-taxxa jew mid-dazji doganali fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità taż-żejt taż-żebbuġa mhux ittrattat li joriġina mill-Marokk

ĠU L 277, 30.10.1996, p. 36–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/02/2000; Impliċitament imħassar minn 22000A0318(01)

Related Council decision

21996A1030(01)



Official Journal L 277 , 30/10/1996 P. 0036 - 0037


Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri

bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mill-1 ta’ Jannar 1994 l-ammont addizzjonali li għandu jitnaqqas mit-taxxa jew mid-dazji doganali fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità taż-żejt taż-żebbuġa mhux ittrattat li joriġina mill-Marokk

Ittra Nru 1

Brussel, il-21 t’Ottubru 1996

Sinjur,

L-Anness B tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk jistipula li għaż-żejt taż-żebbuġa mhux ittrattat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 15091010, 15091090 u 15100010, l-ammont li għandu jitnaqqas mill-ammont tat-taxxa skond l-Artikolu 17(1)(b) tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni għandu jiżdied b’ammont addizzjonali taħt l-istess kondizzjonijiet u arranġamenti kif stabbilit għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, biex jittieħed kont ta’ ċerti fatturi u l-qagħda tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa.

Għandi l-unur ninfurmak li, wara li ġew ikkunsidrati l-kriterji speċifikati fl-Anness imsemmi hawn fuq, il-Komunità se tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-ammont addizzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1994 sal-31 ta’ Jannar 1995 ikun ta’ 12,09 ECU għal kull 100 kilogramma u 14,60 ECU għal kull 100 kilogramma għall-perjodu li jibda fl-1 ta’ Frar 1995.

Inkunlek rikonoxxenti jekk tgħarrafni meta tirċievi din l-ittra u tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek mal-kontenut tagħha.

Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-garanzija ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

Ittra Nru 2

Brussel, il-21 t’Ottubru 1996

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċievejt l-ittra tiegħek bid-data tal-llum, li taqra hekk:

"L-Anness B tal-Ftehim ta’-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk jistipula li għaż-żejt taż-żebbuġa mhux ittrattat li jaqa’ taħt il-kodiċi tal-NM 15091010, 15091090 u 15100010, l-ammont li għandu jitnaqqas mill-amont tat-taxxa skond l-Artikolu 17(1)(b) tal-Ftehim ta’Kooperazzjoni għandu jiżdied b’ammont addizzjonali taħt l-istess kondizzjonijiet u arranġamenti kif stabbilit fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija qabel, biex jittieħed kont ta’ ċerti fatturi u l-qagħda tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa.

Għandi l-unur navżak li, wara li ġew ikkunsidrati l-kriterji speċifikati fl-Anness imsemmi qabel, il-Komunità se tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-ammont addizzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1994 sal-31 ta’ Jannar 1995 ikun ta’ 12,09 ECU għal kull 100 kilogramma u 14,60 ECU għal kull 100 kilogramma għall-perjodu li jibda fl-1 ta’ Frar 1995.

Inkunlek rikonoxxenti jekk jogħġbok tgħarrafni meta tirċievi din l-ittra u tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek mal-kontenut tagħha."

Nista’ nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ dan li għadu kif intqal.

Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-garanzija ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tar-Renju tal-Marokk

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top