This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015D1111-20170202
Commission Implementing Decision (EU) 2015/1111 of 7 July 2015 on the compliance of the joint proposal submitted by the Member States concerned for the extension of the North Sea-Baltic rail freight corridor with Article 5 of Regulation (EU) No 913/2010 of the European Parliament and of the Council concerning a European rail network for competitive freight (notified under document C(2015) 4507) (Only the Czech, Dutch, French, German, Lithuanian and Polish texts are authentic)
Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1111 tas- 7 ta' Lulju 2015 dwar il-konformità tal-proposta konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (notifikata bid-dokument C(2015) 4507) (It-testi biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bil-Litwan, bl-Olandiż u bil-Pollakk biss huma awtentiċi)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1111 tas- 7 ta' Lulju 2015 dwar il-konformità tal-proposta konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (notifikata bid-dokument C(2015) 4507) (It-testi biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bil-Litwan, bl-Olandiż u bil-Pollakk biss huma awtentiċi)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1111/2017-02-02
02015D1111 — MT — 02.02.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1111 tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-konformità tal-proposta konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (notifikata bid-dokument C(2015) 4507) (ĠU L 181 9.7.2015, p. 82) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 28 |
71 |
2.2.2017 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1111
tas-7 ta' Lulju 2015
dwar il-konformità tal-proposta konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv
(notifikata bid-dokument C(2015) 4507)
(It-testi biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bil-Litwan, bl-Olandiż u bil-Pollakk biss huma awtentiċi)
Artikolu 1
L-ittra ta' intenzjoni bid-data tas-27 ta' April 2014 dwar l-estensjoni tal-Kuritur tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku sar-Repubblika Ċeka u san-Nofsinhar tal-Polonja, mibgħuta lill-Kummissjoni mill-ministeri responsabbli għat-trasport ferrovjarju fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fil-Litwanja, fin-Netherlands u fil-Polonja, u li tipproponi r-rotta “Wilhelmshaven/Bremerhaven/Hamburg/Amsterdam/Rotterdam/Antwerp-Aachen-Hannover/Berlin-Varsavja-Terespol (il-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja)/Kaunas-Riga-Tallinn/Falkenberg-Praga/Wroclaw-Katowice” bħala r-rotta prinċipali tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku hija konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Renju tan-Netherlands u lir-Repubblika tal-Polonja.