This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1584
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1584 of 22 October 2018 amending Regulation (EC) No 889/2008 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 on organic production and labelling of organic products with regard to organic production, labelling and control (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1584 tat-22 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1584 tat-22 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/6828
ĠU L 264, 23.10.2018, p. 1–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165
23.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1584
tat-22 ta' Ottubru 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 25 l(3)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2) jippermetti li fl-istadji tat-tismin l-għalf naturali tal-gambli u tal-gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium spp.) jiġi supplimentat kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Anness XIIIa ta' dak ir-Regolament. Għal dawk il-gambli fl-istadji tal-ħajja aktar bikrin fil-mixtliet u fil-mafqsiet, is-supplimentazzjoni tal-għalf, b'mod partikolari l-ħtieġa ta' kolesterol, hija essenzjali għall-iżvilupp tagħhom. Għalhekk huwa meħtieġ li s-supplimentazzjoni tal-għalf bil-kolesterol tiġi estiża għal dawk il-gambli fl-istadji aktar bikrin tal-ħajja tagħhom ukoll. |
(2) |
Skont l-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 il-minerali (oligo-elementi inklużi), il-vitamini, l-aminoaċidi u l-mikronutrijenti, jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-ikel organiku biss sakemm l-użu tagħhom ikun legalment meħtieġ fl-oġġetti tal-ikel li fihom huma inkorporati. Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-137/13 (3), l-użu ta' dawn is-sustanzi fl-ipproċessar tal-ikel organiku huwa legalment meħtieġ biss meta dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali kompatibbli miegħu tirrikjedi direttament li tiġi miżjuda sustanza f'oġġett tal-ikel sabiex dan l-oġġett tal-ikel jitqiegħed fis-suq. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) se jippermetti l-użu tal-minerali (oligo-elementi inklużi), tal-vitamini, tal-aminoaċidi jew tal-mikronutrijenti fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment u fl-ikel organiku pproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u fl-ikel tat-trabi meta l-użu tagħhom ikun awtorizzat mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm diskrepanza bejn l-interpretazzjoni attwali tal-użu ta' dawn is-sustanzi fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni organika li jmiss, huwa xieraq li l-użu tagħhom jiġi permess fil-produzzjoni tal-ikel tat-trabi organiku għat-trabi u għat-tfal żgħar. |
(4) |
L-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jippermetti, f'ċerti kundizzjonijiet u meta ma jkunx hemm disponibbli għattuq imkabbar b'mod organiku, li jintuża għattuq imkabbar b'mod mhux organiku għall-produzzjoni tal-bajd ta' mhux aktar minn 18-il ġimgħa biex jiddaħħal f'unità ta' bhejjem organiċi sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(5) |
Il-produzzjoni tal-għattuq imkabbar b'mod organiku għall-produzzjoni tal-bajd mhijiex disponibbli fi kwantità u bi kwalità suffiċjenti fis-suq tal-Unjoni biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-bdiewa tat-tiġieġ li jbidu. Sabiex ikun hemm aktar ħin għall-produzzjoni ta' għattuq imkabbar b'mod organiku għall-produzzjoni tal-bajd u sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-produzzjoni ta' għattuq imkabbar b'mod organiku, il-perjodu ta' applikazzjoni tar-regoli ta' produzzjoni eċċezzjonali għall-għattuq imkabbar b'mod mhux organiku għall-produzzjoni tal-bajd ta' mhux aktar minn 18-il ġimgħa jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2020. |
(6) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jippermetti l-użu ta' massimu ta' 5 % tal-għalf tal-proteini mhux organiku għall-ispeċijiet tal-ħnieżer u tat-tjur għal kull perjodu ta' 12-il xahar għas-sena kalendarja 2018. |
(7) |
Il-provvista tal-proteini organiċi mhijiex disponibbli fis-suq tal-Unjoni fi kwantità u bi kwalità suffiċjenti biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-ħnieżer u tat-tjur imrobbija fl-irziezet organiċi. Il-produzzjoni tal-għelejjel organiċi tal-proteini għadha lura meta mqabbla mad-domanda. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu li fih huwa permess li jintuża proporzjon limitat ta' għalf tal-proteini mhux organiku għall-ispeċijiet tal-ħnieżer u tat-tjur jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2020. |
(8) |
L-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jipprevedi l-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar każijiet ta' irregolaritajiet jew ksur li jaffettwaw l-istatus organiku ta' prodott. L-esperjenza turi li l-għodod attwali għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni fil-każ li Stat Membru jsib xi irregolaritajiet jew ksur fir-rigward ta' prodott li ġej minn dak l-Istat Membru, jridu jitjiebu. Sabiex jissaħħu l-effiċjenza u l-effettività, it-tali komunikazzjonijiet jenħtieġ li jsiru permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. |
(9) |
Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, bosta Stati Membri ppreżentaw dossiers dwar ċertu sustanzi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu awtorizzati u inklużi fl-Annessi I, II u VIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Dawk id-dossiers ġew eżaminati mill-Grupp ta' Esperti għall-Parir Tekniku dwar il-Produzzjoni Organika (EGTOP) u mill-Kummissjoni. |
(10) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-fertilizzanti (5) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “ġibs industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor” fuq il-bażi tal-kannamiela u l-“ksilit” jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. |
(11) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (6) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “Allium sativum (estratt tat-tewm)”, “COS-OGA”, “Salix spp. Cortex (magħruf ukoll bħala estratt tal-qoxra tas-siġra taż-żafżafa)” u l-“karbonat tal-idroġenu tas-sodju” jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. |
(12) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-prodotti u s-sustanzi li jintużaw jew jiżdiedu fil-prodotti organiċi matul ċerti stadji tal-proċess ta' produzzjoni u bħala tip ta' trattament skont l-Anness I A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (7) fis-settur tal-inbid (8) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “proteini tal-patata”, “estratti tal-proteina tal-ħmira” u “Kitosan derivat mill-Aspergillus niger” għall-kjarifika (il-punt 10 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009), “ħmira inattivata, awtoliżati tal-ħmira u qxur tal-ħmira” għaż-żieda (il-punt 15 ta' dak l-Anness), “mannoproteini tal-ħmira”, u “Kitosan derivat mill-Aspergillus niger” għall-użu (il-punti 6, 35 u 44 ta' dak l-Anness) jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness VIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. |
(13) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward ta' prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni (9), l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li l-idrossidu tas-sodju jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll għat-trobbija tan-naħal organika. |
(14) |
Ghalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 889/2008 jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Għall-iskopijiet tat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-kaxxi, tal-ġebħiet u tax-xehdiet, jista' jintuża l-idrossidu tas-sodju. Għall-iskop tal-protezzjoni tal-kaxxi, tal-ġebħiet u tax-xehdiet, b'mod partikolari minn organiżmi ta' ħsara, rodentiċidi biss (għall-użu biss fin-nases), u prodotti xierqa elenkati fl-Anness II, huma permessi.” |
(2) |
fl-Artikolu 25l(3), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 27(1), il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35)." (*2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16)." (*3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat- 22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).”;" |
(4) |
fl-Artikolu 42(b), id-data l-“31 ta' Diċembru 2018” hija sostitwita bid-data l-“31 ta' Diċembru 2020”; |
(5) |
fl-Artikolu 43, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-perċentwal massimu ta' għalf mhux organiku tal-proteini awtorizzat għal kull perjodu ta' 12-il xahar għal dawk l-ispeċijiet għandu jkun ta' 5 % għas-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020.”; |
(6) |
fl-Artikolu 92a, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej: “1a Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' prodott li ġej minn dak l-Istat Membru u li jkollu indikazzjonijiet kif imsemmi fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u t-Titolu III ta' dan ir-Regolament jew fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament, u jekk it-tali irregolaritajiet jew ksur ikollhom implikazzjonijiet għal Stat Membru wieħed jew aktar, għandu jinnotifika lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kkonċernati, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta' dan ir-Regolament.”; |
(7) |
L-Anness I huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(8) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(9) |
L-Anness VIIIa huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(3) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2015, C-137/13, ECLI:EU:C:2014:2335.
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(5) Final Report on Fertilisers (II) https://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports_en
(6) Final report on plant protection (III) https://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports_en
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).
(8) Final report on Wine https://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports_en
(9) Final report on cleaning and disinfecting https://ec.europa.eu/agriculture/organic/sites/orgfarming/files/docs/body/final_report_egtop_on_cleaning_disinfection_en.pdf
ANNESS I
ANNESS I
Il-fertilizzanti, il-kondizzjonaturi tal-ħamrija u n-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 6d(2)
Nota:
A |
: |
awtorizzati taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u ttrasportati mill-Artikolu 16(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 |
B |
: |
awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 |
Awtorizzazzjoni |
Isem Prodotti komposti jew prodotti li fihom biss materjali elenkati hawn taħt: |
Deskrizzjoni, rekwiżiti tal-kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Demel mill-irziezet |
Prodott li jinkludi taħlita ta' ħmieġ tal-annimali u materjal magħmul mill-ħaxix (il-friex tal-annimali). Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Demel niexef prodott fl-azjenda u demel diżidrat tat-tjur |
Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Ħmieġ kompost tal-annimali, inkluż demel tat-tjur u inkluż demel kompost tar-razzett |
Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Ħmieġ tal-annimali likwidu |
Użu wara fermentazzjoni kkontrollata u/jew dilwizzjoni xierqa Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Taħlita bil-kompost jew iffermentata ta' skart domestiku |
Prodott miksub minn skart domestiku isseparat mill-bidu, li jkun għadda mill-proċess biex isir kompost jew mill-fermentazzjoni anaerobika għall-produzzjoni tal-bijogass Skart domestiku veġetali u tal-annimali biss Meta jkun prodott biss f'sistema ta' ġbir magħluqa u b'monitoraġġ, aċċettata mill-Istat Membru. Konċentrazzjonijiet massimi f'mg/kg ta' materja niexfa: kadmju: 0,7; ram: 70; nikil: 25; ċomb: 45; żingu: 200; merkurju: 0,4; kromu (total): 70; kromu (VI): mhux individwabbli |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-pît |
L-użu huwa limitat għall-ortikultura (ortikultura kummerċjali, fjorikultura, arborikultura, mixtla) |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Skart tal-kultura tal-faqqiegħ |
Il-kompożizzjoni inizjali tas-substrat għandha tkun limitata għall-prodotti ta' dan l-Anness |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Eskrementi tad-dud (vermikompost) u tal-insetti |
|
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-gwanu |
|
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Taħlita bil-kompost jew iffermentata ta' materja veġetali |
Prodott miksub minn taħlitiet ta' materja veġetali, li għadda mill-proċess biex isir kompost jew minn fermentazzjoni anaerobika għall-produzzjoni ta' gass bijoloġiku |
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Id-diġestat tal-bijogass li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali kodiġeriti b'materjal ta' oriġini mill-pjanti jew mill-annimali kif elenkati f'dan l-Anness |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali (inklużi l-prodotti sekondarji tal-annimali selvaġġi) tal-kategorija 3 u l-kontenut tas-sistema diġestiva tal-kategorija 2 (il-kategoriji 2 u 3 kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ma jridux joriġinaw minn biedja industrijalizzata. Il-Proċessi jridu jkunu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2). Ma għandux jiġi applikat għall-partijiet li jittieklu tal-għalla |
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Prodotti jew prodotti sekondarji ta' oriġini mill-annimali bħal ta' hawn taħt:
|
|
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Prodotti u prodotti sekondarji ta' oriġini mill-pjanti għall-fertilizzanti |
Eżempji: smid miċ-ċapep taż-żerriegħa taż-żejt, il-qxur tal-kawkaw, l-antraċite tal-malt |
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Proteini idrolizzati ta' oriġni mill-pjanti |
|
||||||||||||||||||||||||||||
A |
L-alka u l-prodotti mill-alka |
Sa fejn miksuba b'mod dirett minn:
|
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Is-serratura u ċ-ċana |
Injam mhux ittrattat bil-kimika wara t-tqaċċit |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Qxur taz-zkuk magħmula kompost |
Injam mhux ittrattat bil-kimika wara t-tqaċċit |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
L-irmied mill-injam |
Minn injam mhux ittrattat bil-kimika wara t-tqaċċit |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-fosfat naturali artab |
Prodott kif speċifikat fil-punt 7 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar il-fertilizzanti Kontenut tal-kadmju inqas minn jew ugwali għal 90 mg/kg ta' P205 |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-fosfat tal-aluminju u l-kalċju |
Prodott kif speċifikat fil-punt 6 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, Kontenut tal-kadmju inqas minn jew ugwali għal 90 mg/kg ta' P205 Użu limitat għall-ħamrija bażika (pH > 7,5) |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-gagazza bażika |
Prodotti kif speċifikati fil-punt 1 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-melħ greġġ tal-potassju jew kainit |
Prodotti kif speċifikati fil-punt 1 tal-Anness IA.3. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Is-sulfat tal-potassju, li possibbilment jinkludi l-melħ tal-manjesju |
Prodott miksub minn melħ greġg tal-potassju permezz ta' proċess ta' estrazzjoni fiżika, li possibbilment jinkludi wkoll il-melħ tal-manjesju |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-ħama u l-estratt tal-ħama |
Eskluża l-ħama ammonjaka |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-karbonat tal-kalċju (il-ġibs, it-tafal, il-ġebel tal-ġir mitħun, il-litotamniju (maerl), il-ġibs tal-fosfat) |
Ta' oriġini naturali biss |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-karbonat tal-manjesju u tal-kalċju |
Ta' oriġini naturali biss eż. il-ġibs tal-manjesju, il-manjesju mitħun, il-ġebla tal-ġir |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Is-sulfat tal-manjesju (kiserite) |
Ta' oriġini naturali biss |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Is-soluzzjoni tal-klorur tal-kalċju |
Trattament għall-weraq tas-siġar tat-tuffieħ, wara identifikazzjoni ta' nuqqas ta' kalċju |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Is-sulfat tal-kalċju (gypsum) |
Prodotti kif speċifikati fil-punt 1 tal-Anness ID. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 Ta' oriġini naturali biss |
||||||||||||||||||||||||||||
A, B |
Ġibs industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor |
Prodott sekondarju tal-produzzjoni taz-zokkor mill-pitravi taz-zokkor u mill-kannamiela |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Ġibs industrijali mill-produzzjoni ta' melħ raffinat |
Prodott sekondarju ta' produzzjoni ta' melħ raffinat mill-ilma mielaħ li jinsab fil-muntanji |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-kubrit elementari |
Prodotti kif speċifikati fl-Anness ID.3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Oligo-elementi |
Mikronutrijenti inorganiċi elenkati fil-parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Il-klorur tas-sodju |
Melħ estratt mill-minjieri biss |
||||||||||||||||||||||||||||
A |
Trab tal-ġebel u tafal |
|
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Leonardit (Saff organiku mhux ipproċessat bi kwantità kbira ta' aċidi umiċi) |
Jekk jinkiseb bħala prodott sekondarju ta' attivitajiet ta' estrazzjoni minerarja biss |
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Il-ksilit |
Jekk jinkiseb bħala prodott sekondarju ta' attivitajiet ta' estrazzjoni minerarja biss (eż. prodott sekondarju tal-estrazzjoni minerarja tal-faħam kannella) |
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Kitin (Polisakkarid miksuba mill-qoxra tal-krustaċji) |
Jekk tinkiseb biss minn sajd sostenibbli, kif definit fl-Artikolu 3(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (4) jew akkwakultura organika |
||||||||||||||||||||||||||||
B |
Saff organikament rikk li ġej minn korpi tal-ilma ħelu fformati bl-esklużjoni tal-ossiġenu (eż. is-sapropel) |
Safef organiċi li huma prodotti sekondarji tal-ġestjoni tal-korpi tal-ilma ħelu jew estratti minn żoni li qabel kienu tal-ilma ħelu biss Fejn applikabbli, l-estrazzjoni għandha ssir b'mod li tikkawża impatt minimu fuq is-sistema akkwatika Safef li ġejjin minn sorsi ħielsa minn kontaminazzjonijiet ta' pestiċidi, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu u sustanzi simili tal-petrol biss Konċentrazzjonijiet massimi f'mg/kg ta' materja niexfa: kadmju: 0,7; ram: 70; nikil: 25; ċomb: 45; żingu: 200; merkurju: 0,4; kromu (total): 70; kromu (VI): mhux individwabbli |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(3) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).
ANNESS II
ANNESS II
Pestiċidi — prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 5(1)
Is-sustanzi kollha elenkati f'dan l-Anness għandhom jikkonformaw tal-anqas mal-kundizzjonijiet għall-użu kif speċifikat fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1). Kundizzjonijiet aktar restrittivi għall-użu fil-produzzjoni organika huma speċifikati fit-tieni kolonna ta' kull tabella.
1. Sustanzi ta' oriġini mill-pjanti jew mill-annimali
Isem |
Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu |
Allium sativum (Estratt tat-tewm) |
|
Ażadiraktina estratta minn Azadirachta indica (Is-siġra tan-neem) |
|
Sustanzi bażiċi (inkluż:. Leċitini, sukrożju, fruttożju, ħall, xorrox, kloridat tal-kitosan (2), u Equisetum arvense eċċ) |
Dawk is-sustanzi bażiċi biss kif definit fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (3) li huma ikel kif definit fl-Aritkolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u li għandhom oriġini mill-pjanti jew mill-annimali Sustanzi li ma għandhomx jintużaw bħala erbiċidi, iżda biss għall-kontroll ta' pesti u mard. |
Xama' tan-naħal |
Bħala aġent għaż-żbir/protezzjoni għall-feriti biss |
COS-OGA |
|
Proteini idrolizzati minbarra l-ġelatina |
|
Laminarin |
Il-kelp għandu jitkabbar organikament skont l-Artikolu 6d jew jinħasad b'mod sostenibbli skont l-Artikolu 6c. |
Feromoni |
F'nases u f'distributuri biss. |
Żjut tal-pjanti |
Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida. |
Piretrini estratti minn Chrysanthemum cinerariaefolium |
|
Piretrojdi (id-deltametrina jew il-lambdaċjalotrina biss) |
F'nases b'sustanzi speċifiċi li jattiraw, biss; kontra Bactrocera oleae u Ceratitis capitata Wied, biss. |
Kwassja estratta minn Quassia amara |
Bħala insettiċida biss, repellent. |
Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ |
Fuq partijiet tal-għelejjel mhux tajbin għall-ikel u fejn materjal tal-għelejjel ma jiġix inġerit min-nagħaġ jew mill-mogħoż, biss |
Salix spp. Cortex (magħruf ukoll bħala estratt tal-qoxra tas-siġra taż-żafżafa) |
|
2. Mikroorganiżmi jew sustanzi prodotti minn mikroorganiżmi
Isem |
Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu |
Mikroorganiżmi |
Li ma joriġinawx minn OĠM. |
Spinosad |
|
3. Sustanzi oħra għajr dawk imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2
Isem |
Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-użu |
Silikat tal-aluminju (Kaolin) |
|
Idrossidu tal-kalċju |
Meta jintuża bħala fungiċida, fis-siġar tal-frott biss, inkluż mixtliet, għall-kontroll ta' Nectria galligena |
Diossidu tal-karbonju |
|
Komposti tar-ram fil-forma ta': idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku |
Sa 6 kg ta' ram, għal kull ettaru, fis-sena. Għall-għelejjel perenni, b'deroga mill-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-limitu ta' 6 kg ta' ram jista' jinqabeż f'sena partikolari sakemm il-kwantità medja effettivament użata tul perjodu ta' 5 snin li jkun jikkonsisti minn dik is-sena u l-erba' snin preċedenti ma tkunx taqbeż is-6 kg. |
Fosfat tad-diammonju |
Bħala sustanzi speċifiċi li jattiraw fin-nases biss |
Etilen |
Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi fuq ġewwa bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali. |
Aċidu xaħmi |
Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida. |
Il-fosfat ferriku (l-ortofosfat tal-ħadid (III)) |
Preparazzjonijiet li għandhom jindilku fil-wiċċ bejn il-pjanti kkultivati |
Kieselgur (trab tad-diatomi) |
|
Kubrit tal-ġir (polisulfur tal-kalċju) |
|
Żejt tal-paraffina |
|
Il-potassju u l-karbonat tal-idroġenu tas-sodju (magħruf ukoll bħala potassju/bikarbonat tas-sodju) |
|
Ramel kwarzuż |
|
Kubrit |
|
(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(2) Miksuba mis-sajd sostenibbli jew mill-akkwakultura organika
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
ANNESS III
ANNESS VIIIa
Prodotti u sustanzi awtorizzati għall-użu jew addizzjoni fil-prodotti organiċi tas-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 29c
Tip ta' trattament skont l-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 |
Isem il-prodotti jew is-sustanzi |
Kundizzjonijiet speċifiċi, restrizzjonijiet fil-limiti u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009 |
||||||||||||||||||||||||||
Punt 1: Użu ta' arjazzjoni jew ossiġenazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 3: Ċentrifuġu u filtrazzjoni |
|
Jintuża biss bħala aġent inert tal-filtrazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
Punt 4: L-użu sabiex tinħoloq atmosfera inerta u biex jiġi mmaniġġjat il-prodott protett mill-arja |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punti 5, 15 u 21: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 6: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 7: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 9: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 10: Kjarifika |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 12: Użu għall-finijiet ta' aċidifikazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 13: Użu għall-finijiet ta' deaċidifikazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 14: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 17: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 19: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 22: Użu tal-gassifikazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 23: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 24: Żieda għall-finijiet ta' stabbilizzazzjoni tal-inbid |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 25: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 27: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 28: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 30: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 31: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 31: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 35: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 38: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 39: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 44: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Punt 51: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
Tip ta' trattament skont l-Anness III, il-punt A.2(b) tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 |
|
Għall-‘vino generoso’ jew il-‘vino generoso de licor’ biss |
(1) Għall-varjanti ta' ħmira individwali: jekk disponibbli, imnissla minn materja prima organika.
(2) Idderivat minn materja prima organika jekk disponibbli.