EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1331

Deċiżjoni (UE) 2017/1331 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

ĠU L 185, 18.7.2017, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1331/oj

18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/35


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1331 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa massimu ta' 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni,

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2014 (3).

(3)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2015/435 (4), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mobilizzaw il-Marġni ta' Kontinġenza biex isiru disponibbli approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fl-2014, li jiġu kkumpensati fil-perjodu 2018-2020.

(4)

Skont it-tbassir dwar il-pagament fuq terminu medju ta' żmien ppreżentat fil-kuntest tal-analiżi ta' nofs it-terminu, hija mistennija pressjoni fuq il-limiti tal-pagament annwali għas-snin 2018-2020.

(5)

L-abbozz tal-baġit għas-sena 2017 juri marġni taħt il-limitu ta' pagament ta' EUR 9,6 biljun, u dan jippermetti li jiġi kkumpensat l-ammont sħiħ mobilizzat fl-2014.

(6)

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 jenħtieġ li għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 2 818 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament oltre l-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali.”.

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

L-ammont ta' EUR 2 818 233 715 għandu jkun ikkumpensat bil-marġni li jidħol fi ħdan il-limitu massimu ta' pagament għas-sena 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013 bit-titolu “Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2014 f'konformità mal-movimenti fl-ING” (COM(2013) 928).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 4).


Top