This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0146
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/146 of 30 January 2019 amending Implementing Regulation (EU) 2015/502, concerning the authorisation of the preparation of Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 as a feed additive for dairy cows (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/146 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502, dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/146 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502, dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/619
ĠU L 27, 31.1.2019, pp. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
31.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/146
tat-30 ta' Jannar 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502, dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 ġiet awtorizzata bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/502 (2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(2) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Micron Bio-systems Ltd ippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn ippropona li mal-awtorizzazzjoni jiżdied isem ir-rappreżentant tiegħu. |
|
(3) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppreżenta d-data rilevanti li ssostni l-fatt li sa mit-30 ta' Marzu 2019 il-kumpanija FeedVision BV se tkun ir-rappreżentant tiegħu għall-addittiv tal-għalf ikkonċernat |
|
(4) |
Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni hija ta' natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tgħarrfet bl-applikazzjoni. |
|
(5) |
Biex il-FeedVision BV tkun tista' taġixxi bħala r-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni kkonċernata. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdied l-isem tar-rappreżentant fit-titolu fl-Anness ta' dak ir-Regolament. L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ma nkitibx bl-ortografija l-korretta fit-titolu tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502. Għaldaqstant jenħtieġ li l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jiġi sostitwit bl-ortografija l-korretta fit-titolu tar-Regolament ta' Implementazzjoni. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw mid-data tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Micro Bio-System Ltd” jiġu sostitwiti bil-kliem “Micron Bio-Systems Ltd, represented by FeedVision BV”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Micron Bio-Systems Ltd” jiġu sostitwiti bil-kliem “Micron Bio-Systems Ltd, represented by FeedVision BV.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta' Marzu 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/502 tal-24 ta' Marzu 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Micron Bio-System Ltd) (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 57).