This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024M11326
Prior notification of a concentration (Case M.11326 – MSC / GIP III / ITALO)
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11326 — MSC / GIP III / ITALO)
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11326 — MSC / GIP III / ITALO)
PUB/2024/54
ĠU C, C/2024/1291, 2.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1291/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/1291 |
2.2.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11326 — MSC / GIP III / ITALO)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1291)
1.
Fl-24 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
SAS Shipping Agencies Services S.à.r.l. (“SAS Lux”, il-Lussemburgu), kkontrollata minn MSC Mediterranean Shipping Company Holding SA (“MSC Group”), |
— |
GIP III Global Investments S.à r.l. (“GIP III”, il-Lussemburgu), kkontrollata minn Global Infrastructure Management, LLC, |
— |
Italo – Nuovo Trasporto Viaggiatori S.p.A. (“Italo”, l-Italja), attwalment ikkontrollata minn GIP III. |
SAS Lux u GIP III jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Italo.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
SAS Lux hija kumpanija holding li tappartjeni għall-MSC Group, li hija attiva f’servizzi ta’ trasport bil-baħar ta’ kontejners, kruċieri oċeaniċi, servizzi ta’ trasport marittimu ta’ passiġġieri, servizzi ta’ operaturi turistiċi u servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar, |
— |
GIP III huwa investitur globali tal-infrastruttura fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport, diġitali, tal-ilma u tal-iskart. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Italo huma dawn li ġejjin: it-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija ta’ veloċità għolja, kif ukoll is-servizzi kummerċjali tal-karozzi tal-linja fuq distanzi twal, fl-Italja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11326 — MSC / GIP III / ITALO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Inti ġentilment mitlub li tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1291/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)