Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62009CJ0196

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Domandi preliminari — Rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE

    (Artikolu 267 TFUE)

    Summary

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej.

    Sabiex tiddetermina jekk organu ta’ rinviju għandux in-natura ta’ qorti jew tribunal skont l-Artikolu 267 KE, kwistjoni li taqa’ unikament taħt id-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ kriterji, bħal jekk l-organu huwiex stabbilit mil-liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hijiex ta’ natura obbligatorja, jekk il-proċeduri quddiemu humiex inter partes , jekk l-organu japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk huwiex indipendenti.

    Issa, minkejja li l-imsemmi Bord tal-Appell jissodisfa dawn l-elementi u għandu, għalhekk, jiġi kklassifikat bħala qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, huwa ma jaqax, madankollu, kif indikat minn dan l-artikolu, taħt xi wieħed mill-Istati Membri iżda taħt l-Iskejjel Ewropej, li huma, kif stabbilit fl-ewwel u fit-tielet premessi tal-Konvenzjoni tal-Iskejjel Ewropej, sistema sui generis li toħloq, permezz ta’ ftehim internazzjonali, forma ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejnhom u l-Unjoni. Hija tikkostitwixxi organu ta’ organizzazzjoni internazzjonali li, minkejja l-kuntatti funzjonali li għandha mal-Unjoni, tibqa’ formalment distinta minnha u mill-Istati Membri tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sempliċi fatt li l-Bord tal-Appell kien obbligat li japplika l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-każ li jieħu konjizzjoni ta’ kawża ma huwiex biżżejjed biex l‑imsemmi bord jiddaħħal fil-kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” u b’hekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 267 tat‑TFUE.

    (ara l-punti 37-39, 42, 43, 46 u d-dispożittiv)

    Na vrh