Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Huwa jirriforma kif l-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu u kif jittieħdu id-deċiżjonijiet sabiex dawn ikunu aktar xierqa għall-UE, li wara tkabbir suċċessiv, laħqet it-28 membru.
Huwa jirriforma l-politiki interni u esterni tal-UE, u billi jagħti lill->Parlament Ewropew setgħat leġiżlattivi ulterjuri, jiżgura demokrazija akbar fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.
issa huwa magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE, mhux bħal qabel, tan-nies tal-pajjiżi tal-UE, u għalhekk jistabbilixxi rabta ekonomika aktar b’saħħitha bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) u l-elettorat;
igawdi minn żieda fis-setgħat leġiżlattivi permezz tal-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. It-Trattat ta’ Lisbona jestendi dan għal 40 qasam ta’ politika ġdid, u jżid in-numru totali għal 73 meta l-Parlament u l-Kunsill jadottaw leġiżlazzjoni billi jaġixxu fl-istess livell;
Billi jikkonsisti minn kapijiet tal-istat jew tal-gvern, huwa jagħti lill-UE kontinwità u koerenza akbar. Huwa formalment rikonoxxut bħala istituzzjoni tal-UE li tistabbilixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet ġenerali tal-UE.
Huwa jaħtar b’vot ta’ maġġoranza president għal mandat ta’ 30 jum li jiġġedded darba, u jissostitwixxi l-irwol preċedenti ta’ 6 xhur.
Huwa japplika regoli ta’ votazzjoni b’maġġoranza ġodda meta japprova l-leġiżlazzjoni. Sabiex jiżgura maġġoranza jeħtieġ li 55 % tal-pajjiżi tal-UE jirrappreżentaw tal-anqas 65 % tal-popolazzjoni tal-UE. Sabiex jimblokka proposta, tal-anqas 4 pajjiżi jridu jkunu kontra.
Huwa jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddiskuti u jivvota dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni.
esklussivi: oqsma fejn l-UE weħidha tilleġiżla u l-pajjiżi membri jimplimentaw (l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)).
kondiviżi: oqsma fejn il-pajjiżi tal-UE jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw miżuri legalment vinkolanti jekk l-UE ma tagħmilx dan (Artikolu 4 tat-TFUE);
ta’ appoġġ: oqsma fejn l-UE tadotta miżuri biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta politiki nazzjonali (Artikolu 6 tat-TFUE);
barra minn hekk, il-politiki kollha dwar il-kontroll fil-fruntieri, l-asil, l-immigrazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-politika isiru kompetenza tal-UE, minflok ikunu responsabbiltà intergovernattiva, bħal qabel.
tintroduċi l-inizjattiva taċ-ċittadini li hija waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin tat-Trattat ta’ Lisbona li permezz tagħha anqas minn miljun ċittadin (taħt ċertu kundizzjoni) jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni tissottometti proposta (Artikolu 11 tat-TUE);
tagħti lill-parlamenti nazzjonali influwenza akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE (Artikolu 12 tat-TUE);
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni preċedenti) hija issa l-proċedura leġiżlattiva prestabbilita fejn il-Parlament Ewropew jaġixxi fl-istess livell tal-Kunsill bħala koleġiżlatur (Artikolu 294 tat-TFUE);
tintroduċi d-distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u atti mhux leġiżlattivi dejjem skont il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom (Artikolu 297 tat-TFUE);
It-Trattat ta’ Lisbona, fil-biċċa l-kbira huwa mnebbaħ mit-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. Il-kostituzzjoni kienet intiża biex tissostitwixxi t-trattati fundaturi tal-UE b’test uniku. Il-Kostituzzjoni ġiet iffirmata f’Ruma . Sabiex tidħol fis-seħħ, il-kostituzzjoni kien jeħtieġ li tiġi ratifikata mis-27 (dak iż-żmien) pajjiż tal-UE (17 irratifikawha). Madanakollu, din ġiet rifjutata mir-referendi nazzjonali fi Franza u fin-Netherlanza fl-2005.
B’kuntrast għal dan, it-Trattat ta’ Lisbona jemenda dawk it-trattati, kif għamlu t-Trattati ta’ Amsteradam u ta’ Nizza. Huwa jinkorpora l-maġġoranza tar-riformi istituzzjonali u dwar il-politika li ppreveda t-trattat kostituzzjonali.
TERMINI EWLENIN
L-ugwaljanza demokratika: l-UE trid tosserva l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini kollha tagħha, li għandhom jirċievu attenzjoni indaqs mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha (Artikolu 9 tat-TUE).
Demokrazija rappreżentattiva: Iċ-ċittadini tal-UE huma rrappreżentati direttament fil-livell tal-UE mill-Parlament Ewropew.
Demokrazija parteċipattiva: Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet tal-UE u li jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet tal-UE, pereżempju, bi djalogu permezz ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma jkunu membri tagħhom.
DOKUMENT EWLIENI
It-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat f’Lisbona, (ĠU C 306, , pp. 1-271)
l-aħħar aġġornament
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-.