Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tistabbilixxi dawk id-drittijiet fundamentali li għandhom jiġu rispettati kemm mill-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll mill-pajjiżi tal-UE meta jimplimentaw id-dritt tal-UE.

Din il-Karta, li hija usa’ mill-Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, tistabbilixxi l-prinċipji u d-drittijiet għaċ-ċittadini u għar-residenti tal-UE li jirrigwardaw id-dinjità, il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, iċ-ċittadinanza u l-ġustizzja. Minbarra li tipproteġi d-drittijiet ċivili u politiċi, hija tkopri d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema, il-protezzjoni tad-data, il-bijoetika u d-dritt għal amministrazzjoni tajba.

Il-Karta hija legalment vinkolanti. B’konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hija għandha l-istess valur legali bħat-trattati tal-UE. Hija tapplika għall-istituzzjonijiet tal-UE fl-azzjonijiet kollha tagħhom u għall-pajjiżi tal-UE meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-UE. Ma testendix il-kompetenzi tal-UE lil hinn minn dawk diġà mogħtija fit-trattati.

L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali ġiet stabbilita sabiex tipprovdi lill-istituzzjonijiet u l-pajjiżi tal-UE b’assistenza u għarfien espert fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

ARA WKOLL

Top