This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea (UE) jista’ jagħti s-setgħa — lill-Kummissjoni li tadotta “atti delegati” permezz ta’ regoli speċifiċi miktuba f’att leġiżlattiv (l-“att bażiku”). Atti delegati huma atti mhux leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni Ewropea biex jemendaw jew jissupplimentaw elementi mhux essenzjali tal-leġiżlazzjoni.
Is-setgħat tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati huma soġġetti għal kundizzjonijiet stretti:
Il-Kummissjoni tikkonsulta esperti mill-Istati Membri tal-UE qabel tadotta atti delegati. Barra minn hekk, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew il-Parlament Ewropew jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni. Addizzjonalment, att delegat adottat mill-Kummissjoni jista’ jidħol fis-seħħ biss jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill jew mill-Parlament sal-limitu ta’ żmien stipulat fl-att bażiku, li huwa normalment ta’ xahrejn.
L-atti delegati jintużaw tipikament meta atti leġiżlattivi — inkluż l-Annessi tagħhom — jeħtieġu li jiġu adottati (regolarment) biex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku.