EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019B0571

Deċiżjoni (UE) 2019/571 tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni tat-28 ta' Marzu 2019 dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2017 (SRB/PS/2019/02)

ĠU L 99, 10.4.2019, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/571/oj

10.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/46


DEĊIŻJONI (UE) 2019/571 TAL-BORD UNIKU TA' RIŻOLUZZJONI

tat-28 ta' Marzu 2019

dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2017 (SRB/PS/2019/02)

IL-BORD UNIKU TA' RIŻOLUZZJONI FIS-SESSJONI PLENARJA TIEGĦU,

wara li kkunsidra l-Artikoli 50(1)(b) u 63(8) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1) (“ir-Regolament SRM”),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103, 104 u 105 tar-Regolament Finanzjarju SRB,

wara li kkunsidra l-Kontijiet Annwali finali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017 kif approvati fil-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Attività tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017 kif adottat fil-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri li jinkludi d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u l-ġestjoni finanzjarja soda għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-SRB,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri 2017, Nru 23 “Single Resolution Board: Work on a challenging Banking Union task started, but still a long way to go” (Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni: Bdiet il-Ħidma fuq kompitu ta' sfida tal-Unjoni Bankarja, imma għad fadal xi jsir),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Awdituri skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar kwalunkwe obbligu kontinġenti (kemm jekk għall-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, għall-Kunsill, għall-Kummissjoni jew oħrajn) li jinħoloq bħala riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-SRB, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

IDDEĊIEDA LI:

1.   

Jagħti lill-President tal-SRB r-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017;

2.   

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017;

3.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fil-mozzjoni t'hawn taħt;

4.   

Jagħti struzzjonijiet lill-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni biex jinnotifika din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L), u fuq is-sit web tal-SRB.

Magħmula f'Madrid, it-28 ta' Marzu 2019.

Għall-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Klaus KUMPFMÜLLER

Membru tal-Plenarja


(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


Top