EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0872

2008/872/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Novembru 2008 li taħtar żewġ membri supplenti Ġermaniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 308, 19.11.2008, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/872/oj

19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Novembru 2008

li taħtar żewġ membri supplenti Ġermaniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/872/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill addotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sur Stefan KRAXNER u s-Sinjura Ulrike KUHLO.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membri supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

is-Sur Roland HEINTZE, Mitglied der Hamburger Bürgerschaft,

is-Sur Roland RIESE, Mitglied des Niedersächsischen Landtages.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top