EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0618

Kawża T-618/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – WV vs CdT (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Leave tal-mard – Assenzi mhux iġġustifikati – Xoljiment tal-kuntratt mingħajr preavviż – Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Responsabbiltà”)

ĠU C 463, 5.12.2022, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – WV vs CdT

(Kawża T-618/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Leave tal-mard - Assenzi mhux iġġustifikati - Xoljiment tal-kuntratt mingħajr preavviż - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Responsabbiltà”)

(2022/C 463/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: WV (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Garnier, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) tas-26 ta’ Novembru 2020 li tittermina mingħajr preavviż l-impjieg tiegħu għal żmien indeterminat, kif ukoll, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2020, li permezz tagħha d-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) ittermina l-impjieg ta’ WV bħala membru tal-persunal temporanju, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Iċ-CdT huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


Top