EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0129

Kawża T-129/18: Rikors ippreżentat fil-01 ta’ Marzu 2018 – HMV (Brands) vs EUIPO – Our Price Records (OUR PRICE)

OJ C 161, 7.5.2018, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/54


Rikors ippreżentat fil-01 ta’ Marzu 2018 – HMV (Brands) vs EUIPO – Our Price Records (OUR PRICE)

(Kawża T-129/18)

(2018/C 161/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HMV (Brands) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Hicks, u N. Zweck, Barristers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Our Price Records Ltd (Londra)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “OUR PRICE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 636 998

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 838/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob/jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-Our Price Records Limited għall-ispejjeż (hekk hija tintervjeni fil-kawża)

U JEW

tilqa’ l-oppożizzjoni ta’ HMV fl-intier tagħha

JEW INKELLA

tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sabiex dan jiddeċiedi fid-dawl tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001.


Top