EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0378

Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (COM(2007)0831 — C6-0047/2008 — 2007/0285(CNS))

ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 105–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 295/105


It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008
Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan *

P6_TA(2008)0378

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (COM(2007)0831 — C6-0047/2008 — 2007/0285(CNS))

2009/C 295 E/34

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0831),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0047/2008),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 35 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6–0315/2008),

1.

Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill — att li jemenda

Ċitazzjoni 1

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,


Top