EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1373

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1373/2013 tad- 19 ta’ Diċembru 2013 li iniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (kodifikazzjoni)

ĠU L 346, 20.12.2013, p. 29–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1373/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1373/2013

tad-19 ta’ Diċembru 2013

li iniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 161(3), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 170 u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Regoli speċifiċi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu stabbiliti għal- liċenzi ta’ esportazzjoni fis- settur tal-laħam tal-majjal li għandhom partikolarment jinkludu disposizzjonijiet għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzi, flimkien ma’ dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jniżżel regoli komuni u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-liċenzi u l-arranġament bil-quddiem tal-liċenzi għal prodotti agrikoli (4).

(3)

Sabiex wieħed jassigura l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni, ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi ta’ esportazzjoni taħt dik is-sistema għandha tkun fissa. Minħabba fir-riskju ta’ spekulazzjoni ġewwa s-sistema fis-settur tal-laħam tal-majjal, il-liċenzi ta’ esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli u kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess tal-operaturi ġewwa din is-sistema għandhom ikunu stabbiliti.

(4)

Skont l-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 il-konformità mal-obligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konkluż taħt l-Artikolu 218 tat-Trattat matul ir-Ronda tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali tal-kummerċ dwar il-volum ta’ esportazzjoni għandha tkun assigurata fuq il-bażi tal-liċenzi ta’ esportazzjoni. Għalhekk skeda dettaljata għad-depożitu tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi għandha tkun stabbilita.

(5)

Barra dan, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandha tkun notifikata biss wara perjodu ta’ konsiderazzjoni. Dan il-perjodu għandu jippermetti lill-Kummissjoni li tevalwa l-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom għalihom kif ukoll l-infiq involut u, jekk addatat, tieħu miżuri speċjali li japplikaw partikolarment ghall-applikazzjonijiet li huma pendenti. Huwa fl-interess tal-operaturi li jħallu l-applikazzjoni tal-liċenza tkun irtirata wara li jkun stabbilit l-aċċettazzjoni tal-ko-effiċjent.

(6)

Il-Kummissjoni għandha jkollha informazzjoni preċiza li tirrigwarda l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista’ tamministra s-sistema tal-liċenzi. Fl-interessi ta’ amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri għandhom jużaw s-sistemi tal-informazzjoni bi qbil mar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (5).

(7)

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jirrigwardaw kwantitajiet daqs jew inqas minn 25 tunnellata metrika, il-liċenza ta’ esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk il-operaturi jitlobha. F’dan il-każ, il-liċenzi ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda miżuri speċjali meħudin mill-Kummissjoni.

(8)

Sabiex wieħed jassigura t-tkomplija eżatta tal-kwantitajiet li għandhom jkunu esportati, deroga mir-regoli dwar it-toleranzi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandha tkun stabbilita.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-esportazzjonijiet kollha tal-prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal li għalihom rifużjoni ta’ esportazzjoni hija mitluba, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ esportazzjoni flimkien mal-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni.

Artikolu 2

1.   Il-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum mid-data attwali tal-ħruġ fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandhom ikollhom imniżżla, fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fit-taqsima 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar- rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

3.   Il-kategoriji tal-prodotti riferiti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi ta’ esportazzjoni, huma mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

4.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandu jkollhom imniżżla, fit-taqsima 20, mill-inqas wieħed mill-entrati elenkati fl-Anness II.

Artikolu 3

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni jistgħu jkunu ddepożitati mal-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa.

2.   L-applikanti għal-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew legali li, malli jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, huma kapaċi jippruvaw għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri illi jkunu ilhom imdaħħla fil-kummerċ fis-settur tal-laħam tal-majjal (porku, perżut u bacon) għal mill-inqas 12-il xahar. Iżda, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi tal-aħħar jistgħu ma jiddepożitawx applikazzjonijiet.

3.   Il-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom jinħarġu nhar l-Erbgħa ta’ wara l-perjodu taż-żmien riferit fil-paragrafu 1, basta iżda illi l-ebda waħda mill-miżuri speċjali msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dak in-nhar mill-Kummissjoni.

4.   Fejn il-ħruġ ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni jistgħu jirriżulta f’li jiġi maqbuż l-ammont 10 disponibbli tal-budget jew li jiġu eżawriti l-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni fil-perjodu kkonċernat, in vista tal-limiti msemmija fl-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew fejn il-ħruġ ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni ma jippermettux li jkomplu l-esportazzjonijiet matul il-bqija tal-perjodu, il-Kummissjoni tista’:

(a)

tiffissa persentaġġ uniku ta’ aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li saret domanda għalihom;

(b)

tirrifjuta applikazzjonijiet għal liema applikazzjonijiet ma nħarġux ġa liċenzi;

(c)

tissospendi s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzi għal perjodu massimu ta’ ħamest ijiem xogħol, li jistgħu jiġu estiżi bil-proċedura speċifikata fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, applikazzjonijiet għal-liċenzi magħmula fil-perjodu ta’ sospensjoni għandhom ikunu invalidi.

Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implementati jew modulati skont il-kategorija u skont id-destinazzjoni.

5.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 jistgħu ukoll jiġu adottati fejn applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni jirrelataw għal kwantitajiet li jaqbżu jew jistgħu jaqbżu l-kwatitajiet normali għal destinazzjoni u fejn il-ħruġ tal-liċenzi mitluba jista’ jfisser riskju ta’ spekulazzjoni, tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn operaturi, jew disturb fin-negozju ikkonċernat jew fis-suq intern.

6.   Fejn il-kwantitajiet applikati għalihom ma jintlaqgħux jew jitnaqqsu, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata fil-pront għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.

7.   Minkejja il-paragrafu 3, fejn jitwaqqaf persentaġġ wieħed ta’ aċċettazzjoni li huwa inqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ sa mhux iktar tard mill-ħdax-il jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-persentaġġ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista’:

(a)

jew jirtira l-applikazzjoni, f’liema każ il-garanzjia għandha tiġi rilaxxjata immedjatament; jew

(b)

jirrikjedi ħruġ immedjat ta’ liċenza, f’ liema każ l-awtorita’ kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien imma mhux qabel id-data normali ta’ ħruġ għall-ġimgħa rilevanti.

8.   Bħala deroga minn paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ twaqqaf ġurnata oħra differenti min-nhar l-Erbgħa biex jinħarġu l-liċenzi ta’ esportazzjoni meta ma jkunx possibili li din id-data tkun rispettata.

Artikolu 4

1.   Mal-applikazzjoni tal-operatur, applikazzjonijiet ta’ liċenzi li ma jaqbżux il-25 tunnellata metrika ta’ prodotti ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda miżuri speċjali kif riferit fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi applikati għalihom għandhom jinħarġu immedjatament.

F’każijiet bħal dawn, irrispettivament mill-Artikolu 2(1), it-terminu ta’ validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum attwali tal-ħruġ fit-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u t-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenza u ta’ liċenzi għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun neċessarju, tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Il-liċenzi ta’ esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

1.   Il-kwantità esportata skont it-tolleranza riferita fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandhiex tagħti d-dritt ta’ ħlas tar-rifużjoni.

2.   Fit-taqsima 22 tal-liċenza, għandu jkun indikat mill-inqas wieħed mill- entrati elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 7

1.   Sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni kif riferiti fl-Artikolu 1 depożitati mit-Tnejn sal-Erbgħa tal-istess ġimgħa, waqt li jiddikjaraw jekk jaqawx ġewwa l-skop tal-Artikolu 4;

(b)

il-kwantitajiet koperti mill-liċenzi ta’ esportazzjoni maħruġa l-Erbgħa ta’ qabel, ma jinkludux dawk maħruġa immedjatament taħt l-Artikolu 4;

(c)

il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzi ta’ esportazzjoni irtirati skont l-Artikolu 3(7) matul il-ġimgħa ta’ qabel.

2.   In-notifika tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

(a)

il-kwantità skont il-piż tal-prodott għal kull kategorija riferita fl-Artikolu 2(3);

(b)

tqassim skont id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ fejn ir-rata tar-rifużjoni tvarja skont id-destinazzjoni;

(c)

ir-rata applikabbli tar-rifużjoni;

(d)

l-ammont totali tar-rifużjoni stabbilit bil-quddiem f’ewro għal kull kategorija.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull xahar, wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi ta’ esportazzjoni, dwar il-kwantità mhux użata ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni.

4.   In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament, inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1518/2003 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35.

(3)  Ara l-Anness V.

(4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.


ANNESS I

Kodiċi tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni (1)

Kategorija

Rata ta’ sigurta’ (EUR/100 kg) Piż nett

0203 11 10 9000

0203 21 10 9000

1

10

0203 12 11 9100

0203 12 19 9100

0203 19 11 9100

0203 19 13 9100

0203 19 55 9110

0203 22 11 9100

0203 22 19 9100

0203 29 11 9100

0203 29 13 9100

0203 29 55 9110

2

10

0203 19 15 9100

0203 19 55 9310

0203 29 15 9100

3

6

0210 11 31 9110

0210 11 31 9910

4

14

0210 12 19 9100

5

0

0210 19 81 9100

6

14

0210 19 81 9300

7

14

1601 00 91 9120

8

5

1601 00 99 9110

9

4

1602 41 10 9110

10

8

1602 42 10 9110

11

6

1602 41 10 9130

1602 42 10 9130

1602 49 19 9130

12

5


(1)  Regolament Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 Settur 6 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).


ANNESS II

Entrati msemmija fl-Artikolu 2(4)

:

Bil-Bulgaru

:

Регламент за изпълнение (ЕC) № […]

:

Bl-Ispanjol

:

Reglamento de Ejecución (UE) no […]

:

Biċ-Ċek

:

Prováděcí nařízení (EU) č. […]

:

Bid-Daniż

:

Gennemførelsesforordning (EU) nr. […]

:

Bil-Ġermaniż

:

Durchführungsverordnung (EU) Nr. […]

:

Bl-Estonjan

:

Rakendusmäärus (EL) nr […]

:

Bil-Grieg

:

Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. […]

:

Bl-Ingliż

:

Implementing Regulation (EU) No […]

:

Bil-Franċiż

:

Règlement d’exécution (UE) no […]

:

Bil-Kroat

:

Provedbena uredba (EU) br. […]

:

Bit-Taljan

:

Regolamento di esecuzione (UE) n. […]

:

Bil-Latvjan

:

Īstenošanas regula (ES) Nr. […]

:

Bil-Litwan

:

Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. […]

:

Bl-Ungeriż

:

…/…/EU végrehajtási rendelet

:

Bil-Malti

:

Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru […]

:

Bl-Olandiż

:

Uitvoeringsverordening (EU) nr. […]

:

Bil-Pollakk

:

Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr […]

:

Bil-Portugiż

:

Regulamento de Execução (UE) n.o […]

:

Bir-Rumen

:

Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. […]

:

Bis-Slovakk

:

Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. […]

:

Bis-Sloven

:

Izvedbena uredba (EU) št. […]

:

Bil-Finlandiż

:

Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o […]

:

Bl-Iżvediż

:

Genomförandeförordning (EU) nr […]


ANNESS III

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1):

:

Bil-Bugaru

:

Лицензия, валидна пет работни дни

:

Bl-Ispanjol

:

Certificado válido durante cinco días hábiles

:

Biċ-Ċek

:

Licence platná pět pracovních dní

:

Bid-Daniż

:

Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage

:

Bil-Ġermaniż

:

Fünf Arbeitstage gültige Lizenz

:

Bl-Estonjan

:

Litsents kehtib viis tööpäeva

:

Bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες

:

Bl-Ingliż

:

Licence valid for five working days

:

Bil-Franċiż

:

Certificat valable cinq jours ouvrables

:

Bil-Kroat

:

Dozvola vrijedi pet radnih dana

:

Bit-Taljan

:

Titolo valido cinque giorni lavorativi

:

Bil-Latvjan

:

Licences derīguma termiņš ir piecas darbdienas

:

Bil-Litwen

:

Licencijos galioja penkias darbo dienas

:

Bl-Ungeriż

:

Öt munkanapig érvényes tanúsítvány

:

Bil-Malti

:

Liċenza valida għal ħamest ijiem tax-xogħol

:

Bl-Olandiż

:

Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen

:

Bil-Pollakk

:

Pozwolenie ważne pięć dni roboczych

:

Bil-Portugiż

:

Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis

:

Bir-Rumen

:

Licență valabilă timp de cinci zile lucrătoare

:

Bl-Islovakk

:

Licencia platí päť pracovných dní

:

Bl-Isloven

:

Dovoljenje velja 5 delovnih dni

:

Bil-Finlandiż

:

Todistus on voimassa viisi työpäivää

:

Bl-Iżvediż

:

Licensen är giltig fem arbetsdagar


ANNESS IV

Entrati msemmija fl-Artikolu 6(2):

:

Bil-Bulgaru

:

Възстановяване, валидно за […] тона (количество, за което е издадена лицензията).

:

Bl-Ispanjol:

:

Restitución válida por […] toneladas (cantidad por la que se expida el certificado).

:

Biċ-Ċek

:

Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána).

:

Bid-Daniż

:

Restitutionen omfatter […] t (den mængde, licensen vedrører).

:

Bil-Ġermaniż

:

Erstattung gültig für […] Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde).

:

Bl-Estonjan

:

Eksporditoetus kehtib […] tonni kohta (kogus, millele on antud ekspordilitsents).

:

Bil-Grieg

:

Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό).

:

Bl-Ingliż

:

Refund valid for […] tonnes (quantity for which the licence is issued).

:

Bil-Franċiż

:

Restitution valable pour […] tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré).

:

Bil-Kroat:

:

Subvencija vrijedi za […] tona (količina za koju je izdana dozvola).

:

Bit-Taljan

:

Restituzione valida per […] t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato).

:

Bil-Latvjan

:

Kompensācija ir spēkā attiecībā uz […] tonnām (daudzums par kuru ir izsniegta licence).

:

Bil-Litwen

:

Grąžinamoji išmoka galioja […] tonoms (kiekis, kuriam išduota licencija).

:

Bl-Ungeriż

:

A visszatérítés […] tonnára érvényes (azt a mennyiséget kell feltüntetni, amelyre az engedélyt kiadták).

:

Bil-Malti

:

Rifużjoni valida għal […] tunnellati (kwantità li għaliha tinħareġ il-liċenza).

:

Bl-Olandiż

:

Restitutie geldig voor […] ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven).

:

Bil-Pollakk

:

Refundacja ważna dla […] ton (ilość, dla której zostało wydane pozwolenie).

:

Bil-Portugiż

:

Restituição válida para […] toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado).

:

Bir-Rumen

:

Restituire valabilă pentru […] tone (cantitatea pentru care a fost eliberată licența).

:

Bl-Islovakk

:

Náhrada je platná pre […] ton (množstvo, pre ktoré bola vydaná licencia).

:

Bl-Isloven

:

Nadomestilo velja za […] ton (količina, za katero je bilo dovoljenje izdano).

:

Bil-Finlandiż

:

Tuki on voimassa […] tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty).

:

Bl-Iżvediż

:

Ger rätt till exportbidrag för […] ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats).


ANNESS V

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 1518/2003

(ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35)

 

Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 130/2004

(ĠU L 19, 27.1.2004, p. 14)

 

Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 1361/2004

(ĠU L 253, 29.7.2004, p. 9)

 

Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 1713/2006

(ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11)

Artikolu 12 biss

Regolament tal-Kummissioni (UE) Nru 557/2010

(ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13)

Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissioni (UE) Nru 519/2013

(ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74)

Punt 6.G.(2) biss tal-Anness


ANNESS VI

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1518/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(2) u (3)

Artikolu 2(2) u (3)

Artikolu 2(4), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4), l-ewwel sal-ħdax il-inċiż

Anness II

Artikolu 3(1) sa 3(4)

Artikolu 3(1) sa 3(4)

Artikolu 3(4a)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(8)

Artikoli 4 u 5

Artikoli 4 u 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(2), l-ewwel sal-ħdax il-inċiż

Anness IV

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness Ia

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI


Top