EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0621

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 621/2011 tal- 24 ta' Ġunju 2011 li jemenda għall-151 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 166, 25.6.2011, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/621/oj

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 621/2011

tal-24 ta' Ġunju 2011

li jemenda għall-151 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-14 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fis-16 ta’ Ġunju 2011 hi ddeċidiet li żżid persuna naturali waħda mal-lista u li temenda annotazzjoni waħda fil-lista.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:

(a)

“Tarek Ben Al-Bechir Ben Amara Al-Charaabi (magħruf ukoll bħala (a) Tarek Sharaabi, (b) Haroun, (c) Frank). Indirizz: Vordere Gasse 29, 7012, Felsberg, l-Isvizzera. Data tat-twelid: 31.3.1970. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-Passaport: L579603 (Passaport Tuneżin maħruġ f’Milan fid-19.11.1997, li skada fit-18.11.2002). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 007-99090. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: CHRTRK70C31Z352U, (b) Isem l-omm huwa Charaabi Hedia. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.4.2002.”

(b)

“Safet Ekrem Durguti. Indirizz: Triq Bosanska 175, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tat-twelid: 10.5.1967. Post tat-twelid: Orahovac, il-Kosovo. Nazzjonalità: Tal-Bosnja-Ħerzegovina. Nru tal-Passaport: 6371551 (Passaport bijometriku tal-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ f’Travnik fid-9.4.2009 u validu sal-4.9.2014. Identifikazzjoni nazzjonali: (a) JMB 1005967953038 (Numru ta’ identifikazzjoni personali tal-Bosnja-Ħerzegovina), (b) 04DFC71259 (Karta tal-identità tal-Bosnja-Ħerzegovina), (c) 04DFA8802 Liċenzja tas-sewqan tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġa mill-Ministru tal-Intern tal-Canton Ċentrali tal-Bosnja, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier hu Ekrem; (b) Fundatur u kap tal-Al-Haramain Islamic Foundation mill-1998 sal-2002; (c) Jaħdem bħala għalliem f’Elci Ibrahim Pasha’s Madrasah, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 26.12.2003.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

Othman Ahmed Othman Al-Ghamdi (magħruf ukoll bħala (a) Othman al-Ghamdi, (b) Uthman al-Ghamdi, (c) Uthman al-Ghamidi, (d) Othman bin Ahmed bin Othman Alghamdi, (e) Othman Ahmed Othman Al Omairah, (f) Uthman Ahmad Uthman al-Ghamdi, (g) Othman Ahmed Othman al-Omirah, (h) Al Umairah al-Ghamdi, (i) Othman Bin Ahmed Bin Othman). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: (a) 27.5.1979, (b) 1973 (Othman Ahmed Othman Al Omairah). Post tat-twelid: (a) L-Arabja Sawdija, (b) Il-Jemen (Othman Ahmed Othman Al Omairah). Nazzjonalità: (a) Tal-Arabja Sawdija, (b) Tal-Jemen (Othman Ahmed Othman Al Omairah). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 1089516791 (Karta tal-Identità nazzjonali tal-Arabja Sawdija). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Ahmed Othman Al Omirah, (b) Kmandant Operazzjonali tal-Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija (AQAP). Kien involut fil-ġbir ta' fondi u fil-ħażna tal-armi għall-operazzjonijiet u attivitajiet tal-AQAP fil-Jemen, (c) Assoċjat magħruf ta' Qasim Yahya Mahdi al-Rimi u Fahd Mohammed Ahmed al-Quso, (d) Avviż Oranġjo tal-INTERPOL (numru tal-fajl 2009/52/OS/CCC, #14). Avviż Aħmar tal-INTERPOL (Numru ta’ Kontroll A-596/3-2009, Numru tal-Fajl 2009/3731), (e) Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 16.6.2011.

(3)

L-annotazzjoni “Al-Haramain Islamic Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: (a) 64 Poturmahala, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Tagħrif ieħor: Impjegati u assoċjati jinkludu Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz u Safet Durguti. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 13.3.2002.” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Al-Haramain Islamic Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: (a) 64 Poturmahala, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Tagħrif ieħor: L-impjegati u l-assoċjati jinkludu Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 13.3.2002.”


Top