Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2080

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2080 tat-28 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

ST/12752/2023/INIT

ĠU L 241, 29.9.2023, pp. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2080/oj

29.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/13


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/2080

tat-28 ta’ Settembru 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (1) jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) proviżorja għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fid-diviżjoni 34.1.1 tal-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF)għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2023, sakemm jinħareġ il-parir xjentifiku tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024, u jippermetti li s-sajd għal dak l-istokk ikompli. Wara l-pubblikazzjoni tal-parir tal-ICES fil-21 ta’ Ġunju 2023, jenħtieġ li t-TAC definittiva għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 tiġi stabbilita fil-livell ta’ 20 555 tunnellata, f’konformità ma’ dak il-parir.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/194 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-urġenza biex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-attivitajiet tas-sajd, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

It-TAC għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Lulju 2023. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd inkwistjoni jiżdiedu bl-emenda

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GRANDE-MARLASKA GÓMEZ


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness IA għar-Regolament (UE) 2023/194 it-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1

(ANE/9/3411)

Spanja

 

9 831

(1)

TAC analitika

Il-Portugall

 

10 724

(1)

L-Unjoni

 

20 555

(1)

 

 

 

 

TAC

 

20 555

(1)

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024.”


Top