This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1009
Council Implementing Regulation (EU) 2022/1009 of 27 June 2022 implementing Regulation (EC) No 1183/2005 concerning restrictive measures in view of the situation in the Democratic Republic of the Congo
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1009 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1009 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ST/9841/2022/INIT
ĠU L 170, 28.6.2022, pp. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1009
tas-27 ta’ Ġunju 2022
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-108/21 (2), jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(3) |
L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għaldaqstant jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PANNIER-RUNACHER
(2) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022, Ferdinand Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-108/21, ECLI:EU:T:2022:253.
ANNESS
L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness Ia għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005:
|
“3. |
Ferdinand Ilunga LUYOYO”. |