EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1009

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1009 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ST/9841/2022/INIT

OJ L 170, 28.6.2022, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1009/oj

28.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1009

tas-27 ta’ Ġunju 2022

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-108/21 (2), jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(3)

L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għaldaqstant jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  ĠU L 193 23.7.2005, p. 1.

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022, Ferdinand Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-108/21, ECLI:EU:T:2022:253.


ANNESS

L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness Ia għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005:

“3.

Ferdinand Ilunga LUYOYO”.

Top