EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1134R(03)

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 248 tat-13 ta' Lulju 2021)

ST/9658/2023/REV/1

ĠU L 233, 21.9.2023, p. 88–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1134/corrigendum/2023-09-21/oj

21.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/88


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 248 tat-13 ta' Lulju 2021 )

1.

Fil-paġna 41, l-Artikolu 1, il-punt 22, il-punt (a), l-Artikolu 19(1) emendat, it-tieni subparagrafu tar-Regolament Nru (KE) 767/2008,

minflok:

“Fejn l-identità tad-detentur ta’ viża għal soġġorn twil jew ta’ permess ta’ residenza ma tkunx tista’ tiġi vverifikata bil-marki tas-swaba’, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu wkoll il-verifika bl-immaġni tal-wiċċ.”,

aqra:

“Fejn l-identità tad-detentur tal-viża ma tkunx tista' tiġi vverifikata bil-marki tas-swaba', l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu wkoll verifika permezz tal-immaġni tal-wiċċ.”;

2.

Fil-paġna 46, l-Artikolu 1, il-punt 26, l-Artikolu ġdid 22b(16) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008,

minflok:

“16.   Għall-azzjonijiet ta’ segwitu fir-rigward tal-hits skont il-punt (e) jew (f) jew il-punt (g)(ii) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mill-awtoritajiet maħtura tal-VIS, għandu japplika l-Artikolu 9g kif meħtieġ. Ir-referenza għall-awtorità ċentrali tal-viża għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-awtorità tal-viża jew tal-immigrazzjoni kompetenti għal viżi għal soġġorn twil jew permessi ta’ residenza.”,

aqra:

“16.   Għall-azzjonijiet ta’ segwitu fir-rigward tal-hits skont il-punt (a)(iv) jew il-punt (e) jew (f) jew il-punt (g)(ii) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mill-awtoritajiet maħtura tal-VIS, għandu japplika l-Artikolu 9g kif meħtieġ. Ir-referenza għall-awtorità ċentrali tal-viża għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-awtorità tal-viża jew tal-immigrazzjoni kompetenti għal viżi għal soġġorn twil jew permessi ta’ residenza.”;

3.

Fil-paġna 48, l-Artikolu 1, il-punt 26, l-Artikolu ġdid 22h(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 767/2008,

minflok:

“Fejn l-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza ma tkunx tista’ tiġi vverifikata bilmarki tas-swaba’, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu wkoll il-verifika bl-immaġni tal-wiċċ.”,

aqra:

“Fejn l-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza ma tkunx tista’ tiġi vverifikata bilmarki tas-swaba’, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu wkoll verifika permezz tal-immaġni tal-wiċċ.”.


Top