This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0639
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/639 of 12 May 2020 amending Implementing Regulation (EU) 2019/947 as regards standard scenarios for operations executed in or beyond the visual line of sight (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/639 tat-12 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward ta’ xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/639 tat-12 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward ta’ xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/2937
ĠU L 150, 13.5.2020, p. 1–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/639
tat-12 ta’ Mejju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward ta’ xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 216/2008 u (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2), sistema ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (“UAS”) trid tikkonforma mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet operattivi jew f’xenarju standard, stabbiliti b’dak ir-Regolament. |
(2) |
Abbażi tal-esperjenza tal-Istati Membri, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) żviluppat żewġ xenarji standard għall-operazzjonijiet. |
(3) |
Ix-xenarju standard 1 (“STS-01”) ikopri operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista (“VLOS”), f’għoli massimu ta’ 120 m fuq żona tal-art ikkontrollata f’ambjent popolat bl-użu ta’ UAS tal-klassi CE C5. |
(4) |
Ix-xenarju standard 2 (“STS-02”) ikopri operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu lil hinn mil-linja viżwali tal-vista (“BVLOS”), bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord f’distanza ta’ mhux aktar minn 2 km mill-bdot mill-bogħod bil-preżenza ta’ osservaturi tal-ispazju tal-ajru, f’għoli massimu ta’ 120 m fuq żona tal-art ikkontrollata f’ambjent skarsament popolat, u bl-użu ta’ UAS tal-klassi CE C6. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jiġi emendat biex jinkludi dawk ix-xenarji standard. |
(6) |
Meta l-probabbiltà li jiltaqgħu ma’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord ma tkunx baxxa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu żoni ġeografiċi f’tali żoni biex jipprevjenu lill-operaturi tal-UAS milli jwettqu operazzjonijiet f’xenarji standard. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġi introdott ir-rekwiżit ta’ marka globali minima li tiċċertifika li l-bdoti mill-bogħod ikunu lestew b’suċċess l-eżami tal-għarfien teoretiku. |
(8) |
Biex titjieb il-viżibbiltà tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jittajru billejl, u b’mod partikolari, biex persuna fuq l-art tkun tista’ tiddistingwi faċilment l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord minn inġenju tal-ajru bi bdot abbord, fuq l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jenħtieġ li jiġi attivat dawl aħdar li jteptep. |
(9) |
Jenħtieġ li jkunu applikabbli regoli definiti tajjeb għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi ta’ bdoti mill-bogħod li joperaw f’xenarju standard. Jenħtieġ li t-taħriġ u l-valutazzjoni jiġu pprovduti minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew minn operatur tal-UAS f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(10) |
F’każ ta’ operazzjonijiet transfruntiera jew ta’ operazzjonijiet barra mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni minn detentur ta’ ċertifikat ta’ operatur ta’ UAS ħafifa (LUC), jenħtieġ li l-Istat Membru ta’ operazzjoni jirċievi informazzjoni dwar il-post jew il-postijiet tal-operazzjoni prevista. |
(11) |
L-EASA ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom mal-Opinjoni Nru 05/2019 (3) skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti (24) sa (34) li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).” " |
(2) |
il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Meta l-operatur tal-UAS jippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.020 kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness għal operazzjoni li tikkonforma ma’ xenarju standard kif stabbilit fl-Appendiċi 1 ta’ dak l-Anness, l-operatur tal-UAS ma għandux ikun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 12. L-operatur tal-UAS għandu juża d-dikjarazzjoni msemmija fl-Appendiċi 2 ta’ dak l-Anness.”; |
(3) |
fl-Artikolu 13 jiżdied paragrafu 4 ġdid: “4. Meta operatur ta’ UAS li jkollu LUC bi privileġġi skont il-punt UAS.LU.060 tal-Anness ikollu l-intenzjoni li jwettaq operazzjoni fil-“kategorija speċifika” li ssir parzjalment jew kollha kemm hi fl-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operazzjoni prevista bl-informazzjoni li ġejja:
|
(4) |
fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu 9 li ġej: “9. Minbarra d-data definita fil-punt (2), l-Istati Membri jistgħu jiġbru informazzjoni addizzjonali dwar l-identità mingħand l-operaturi ta’ UAS.”; |
(5) |
fl-Artikolu 15, il-punt (a) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-użu ta’ UAS fil-kategorija “miftuħa” li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (*2) għandu jkun permess għal perjodu tranżitorju ta’ sentejn li jibda jiddekorri sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(*2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1)”;" |
(7) |
l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 23 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020. 2. Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 u l-punt (1)(l) tal-punt UAS.SPEC.050 għandu japplika mit-2 ta’ Diċembru 2021; 3. Il-punt 2(g) tal-punt UAS.OPEN.060 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 21, sat-2 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi ta’ UAS f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti, jekk dawk ix-xenarji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness. Dawn id-dikjarazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu validi mit-2 ta’ Diċembru 2023. 5. Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 15 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.”; |
(8) |
l-Anness huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45).
(3) https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
ANNESS
OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA” U F’DIK “SPEĊIFIKA”
PARTI A
OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA”
UAS.OPEN.010 Dispożizzjonijiet ġenerali
(1) |
Il-kategorija ta’ operazzjonijiet tal-UAS “miftuħa” hija maqsuma fi tliet sottokategoriji A1, A2 u A3, abbażi tal-limitazzjonijiet operattivi, tar-rekwiżiti għall-bdot mill-bogħod u tar-rekwiżiti tekniċi għall-UAS. |
(2) |
Meta l-operazzjoni tal-UAS tinvolvi t-tajran tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jibda minn elevazzjoni naturali fuq it-terren jew fuq terren b’elevazzjonijiet naturali, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jinżamm f’medda ta’ 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji. |
(3) |
Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 metru minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il metru ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu. |
(4) |
Permezz ta’ deroga mill-punt (2), gliders mingħajr bdot abbord b’MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta’ inqas minn 10 kg, jistgħu jittajru f’distanza ta’ aktar minn 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, dment li l-glider mingħajr bdot abbord fl-ebda ħin ma jittajjar f’għoli ta’ aktar minn 120 metru ’l fuq mill-bdot mill-bogħod. |
UAS.OPEN.020 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1
Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(1) |
fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmija fil-punt (5)(d), għandhom isiru b’tali mod li l-bdot mill-bogħod tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtajjarx l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq ġemgħat ta’ nies u raġonevolment jistenna li t-titjira ma tgħaddix minn fuq persuni mhux involuti. Fil-każ li aċċidentalment it-titjira tgħaddi minn fuq persuni li mhumiex involuti, il-bdot mill-bogħod għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-ħin li matulu l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord itir fuq dawk il-persuni; |
(2) |
fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) u (5)(c), għandhom isiru b’tali mod li l-bdot mill-bogħod jista’ jtajjar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq persuni mhux involuti iżda qatt ma għandu jtajru fuq ġemgħat ta’ nies; |
(3) |
permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4, għandhom isiru meta l-modalità ta’ insegwiment tkun attiva, sa distanza ta’ 50 metru mill-bdot mill-bogħod; |
(4) |
jitwettqu minn bdot mill-bogħod li:
|
(5) |
isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:
|
UAS.OPEN.030 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2
Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(1) |
jitwettqu b’tali mod li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtirx fuq persuni mhux involuti u l-operazzjonijiet tal-UAS isiru f’distanza orizzontali sikura ta’ mill-inqas 30 metru minnhom; il-bdot mill-bogħod jista’ jnaqqas id-distanza orizzontali tas-sikurezza sa minimu ta’ 5 metri minn persuni mhux involuti meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b’funzjoni attiva ta’ modalità b’veloċità baxxa u wara evalwazzjoni tas-sitwazzjoni rigward:
|
(2) |
isiru minn bdot mill-bogħod li huwa familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS u li għandu ċertifikat ta’ kompetenza ta’ bdot mill-bogħod maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiseb wara li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u fl-ordni indikat:
|
(3) |
isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mmarkat bħala tal-klassi C2 u li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, u huwa operat b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza. |
UAS.OPEN.040 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3
Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(1) |
isiru f’żona fejn il-bdot mill-bogħod raġonevolment jistenna li l-ebda persuna mhux involuta mhi se titqiegħed f’periklu fil-medda fejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord se jittajjar tul il-ħin kollu tal-operazzjoni tal-UAS; |
(2) |
isiru f’distanza sikura orizzontali ta’ mill-inqas 150 metru minn żoni residenzjali, kummerċjali, industrijali jew ta’ rikreazzjoni; |
(3) |
isiru minn bdot mill-bogħod li jkun familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS u li jkun temm kors ta’ taħriġ online u għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online kif definit fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020; |
(4) |
isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:
|
UAS.OPEN.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS
L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(1) |
jiżviluppa proċeduri operattivi adattati għat-tip ta’ operazzjoni u għar-riskju involut; |
(2) |
jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara; |
(3) |
jaħtar bdot mill-bogħod għal kull titjira; |
(4) |
jiżgura li l-bdoti mill-bogħod u kull persunal ieħor li jwettaq kompitu b’appoġġ għall-operazzjonijiet huma familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS, u:
|
(5) |
jaġġorna l-informazzjoni fis-sistema ta’ ġeokonsapevolezza meta applikabbli skont il-post tal-operazzjoni previst; |
(6) |
fil-każ ta’ operazzjoni b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jagħmel parti minn waħda mill-klassijiet definiti fil-Parti 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, jiżgura li l-UAS hija:
|
(7) |
Fil-każ ta’ operazzjoni tal-UAS fis-sottokategorija A2 jew A3, jiżgura li l-persuni kollha involuti li huma preżenti fiż-żona tal-operazzjoni ġew informati dwar ir-riskji u qablu b’mod espliċitu li jipparteċipaw. |
UAS.OPEN.060 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod
(1) |
Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-bdot mill-bogħod għandu:
|
(2) |
Matul it-titjira, il-bdot mill-bogħod:
|
(3) |
Matul it-titjira, il-bdoti mill-bogħod u l-operaturi ta’ UAS ma għandhomx itajru qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta’ rispons ta’ emerġenza sakemm ma jkollhomx il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta’ emerġenza biex jagħmlu dan. |
(4) |
Għall-finijiet tal-punt (2)(b), il-bdoti mill-bogħod jistgħu jiġu assistiti minn osservatur ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord. F’dan il-każ, għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni ċara u effettiva bejn il-bdot mill-bogħod u l-osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord. |
UAS.OPEN.070 Durata u validità tal-kompetenza teoretika online tal-bdot mill-bogħod u taċ-ċertifikati tal-kompetenza tal-bdot mill-bogħod
(1) |
Il-kompetenza teoretika online tal-bdot mill-bogħod, meħtieġa skont il-punti (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 u l-punt (3) tal-punt UAS.OPEN.040, u ċ-ċertifikat tal-kompetenza tal-bdot mill-bogħod, meħtieġ mill-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, għandhom ikunu validi għal ħames snin. |
(2) |
Il-validazzjoni mill-ġdid tal-kompetenza teoretika tal-bdot mill-bogħod online u taċ-ċertifikat ta’ kompetenza tal-bdot mill-bogħod hija, fil-perjodu ta’ validità tiegħu, soġġetta għal:
|
(3) |
Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-kompetenza teoretika tal-bdot mill-bogħod online jew taċ-ċertifikat ta’ kompetenza tal-bdot mill-bogħod meta din/dan tiskadi/jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (2)(a). |
PARTI B
OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “SPEĊIFIKA”
UAS.SPEC.010 Dispożizzjonijiet ġenerali
L-operatur tal-UAS għandu jipprovdi valutazzjoni tar-riskju operattiv għall-operazzjoni prevista lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11, jew jippreżenta dikjarazzjoni meta japplika l-punt UAS.SPEC.020, sakemm l-operatur ma jkollux ċertifikat ta’ operatur ta’ UAS ħafifa (LUC) bil-privileġġi xierqa, skont is-Subparti C ta’ dan l-Anness. L-operatur tal-UAS għandu jivvaluta fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda u jaġġornahom fejn meħtieġ.
UAS.SPEC.020 Dikjarazzjoni operattiva
(1) |
Skont l-Artikolu 5, bħala alternattiva għall-punti UAS.SPEC.30 u UAS.SPEC.40 l-operatur tal-UAS jista’ jissottometti dikjarazzjoni operattiva ta’ konformità ma’ xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se ssir ir-reġistrazzjoni fir-rigward ta’ operazzjonijiet:
|
(2) |
Dikjarazzjoni tal-operaturi ta’ UAS għandu jkun fiha:
|
(3) |
Malli tirċievi d-dikjarazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni fiha l-elementi kollha elenkati fil-punt (2) u għandha tibgħat konferma lill-operatur tal-UAS tal-wasla u tal-kompletezza mingħajr dewmien żejjed. |
(4) |
Wara li jirċievi l-konferma tal-wasla u tal-kompletezza, l-operatur tal-UAS huwa intitolat jibda l-operazzjoni. |
(5) |
L-operaturi tal-UAS għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni fid-dikjarazzjoni operattiva li ppreżentaw. |
(6) |
Operaturi ta’ UAS b’LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta’ dan l-Anness, mhumiex meħtieġa jissottomettu d-dikjarazzjoni. |
UAS.SPEC.030 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva
(1) |
Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika” l-operatur tal-UAS għandu jikseb awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, ħlief:
|
(2) |
L-operatur tal-UAS għandu jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva aġġornata jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti fl-operazzjoni jew fil-miżuri ta’ mitigazzjoni elenkati fl-awtorizzazzjoni operattiva. |
(3) |
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11 u minbarra dan għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
UAS.SPEC.040 Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni operattiva
(1) |
Meta tirċievi applikazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.030, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 meta tikkonkludi li l-operazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fl-awtorizzazzjoni operattiva l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 12. |
UAS.SPEC.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS
(1) |
L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
UAS.SPEC.060 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod
(1) |
Il-bdot mill-bogħod:
|
(2) |
Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-bdot mill-bogħod għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(3) |
Matul it-titjira, il-bdot mill-bogħod:
|
UAS.SPEC.070 Trasferibbiltà ta’ awtorizzazzjoni operattiva
Awtorizzazzjoni operattiva mhijiex trasferibbli.
UAS.SPEC.080 Durata u validità ta’ awtorizzazzjoni operattiva
(1) |
L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika d-durata tal-awtorizzazzjoni operattiva fl-awtorizzazzjoni nnifisha. |
(2) |
Minkejja l-punt (1), l-awtorizzazzjoni operattiva tibqa’ valida sakemm l-operatur tal-UAS jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u mal-kundizzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni operattiva. |
(3) |
Mar-revoka jew maċ-ċediment tal-awtorizzazzjoni operattiva l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi konferma f’format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien. |
UAS.SPEC.085 Durata u validità ta’ dikjarazzjoni operattiva:
Id-dikjarazzjoni operattiva għandu jkollha durata limitata ta’ sentejn (2). Id-dikjarazzjoni ma għandiex tibqa’ titqies bħala kompleta skont it-tifsira tal-punt (4) tal-punt UAS.SPEC.020 jekk:
(1) |
matul is-sorveljanza tal-operatur tal-UAS, l-awtorità kompetenti tkun sabet li l-operazzjoni tal-UAS ma twettqitx skont id-dikjarazzjoni operattiva; |
(2) |
il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni tal-UAS inbidlu sal-punt li d-dikjarazzjoni operattiva ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament; |
(3) |
l-awtorità kompetenti ma tingħatax aċċess skont il-punt UAS.SPEC.090. |
UAS.SPEC.090 Aċċess
Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, operatur tal-UAS għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata lil organizzazzjoni oħra.
UAS.SPEC.100 Użu ta’ tagħmir ċertifikat u inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ċertifikati
(1) |
Jekk l-operazzjoni tal-UAS tkun qiegħda tuża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, jew tkun qed tuża tagħmir ċertifikat, l-operatur tal-UAS għandu jirreġistra il-ħin tal-operazzjoni jew il-ħin tas-servizz skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tagħmir ċertifikat, jew skont l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjoni. |
(2) |
L-operatur tal-UAS għandu jsegwi l-istruzzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew fiċ-ċertifikat tat-tagħmir, u barra minn hekk jirrispetta kwalunkwe direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà jew direttiva operattiva maħruġa mill-Aġenzija. |
PARTI C
ĊERTIFIKAT TA’ OPERATUR TA’ UAS ĦAFIFA (LUC)
UAS.LUC.010 Rekwiżiti ġenerali għal LUC
(1) |
Persuna ġuridika hija eliġibbli biex tapplika għal LUC taħt din il-Parti. |
(2) |
Applikazzjoni għal LUC jew għal emenda għal LUC eżistenti għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(3) |
Jekk ir-rekwiżiti ta’ din il-Parti jkunu ssodisfati, detentur ta’ LUC jista’ jingħata l-privileġġ, skont il-punt UAS.LUC.060. |
UAS.LUC.020 Responsabbiltajiet tad-detentur ta’ LUC
Id-detentur ta’ LUC għandu:
(1) |
jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti UAS.SPEC.050 u UAS.SPEC.060; |
(2) |
jirrispetta l-kamp ta’ applikazzjoni u l-privileġġi definiti fit-termini tal-approvazzjoni; |
(3) |
jistabbilixxi u jżomm sistema biex ikun jista’ jeżerċita kontroll operattiv fuq kwalunkwe operazzjoni li ssir skont it-termini tal-LUC tiegħu; |
(4) |
iwettaq valutazzjoni tar-riskju operattiv tal-operazzjoni prevista skont l-Artikolu 11 sakemm ma jkunx qed iwettaq operazzjoni li għaliha dikjarazzjoni operattiva hija suffiċjenti skont il-punt UAS.SPEC.020; |
(5) |
iżomm rekords tal-elementi li ġejjin b’tali mod li jiġi żgurat li dawn ikunu protetti minn ħsara, alterazzjoni u serq għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin fil-każ ta’ operazzjonijiet li jsiru bl-użu tal-privileġġi speċifikati taħt il-punt UAS.LUC.060:
|
(6) |
iżomm rekords tal-persunal imsemmija fil-punt (5)(c) sakemm il-persuna tkun għadha impjegata mal-organizzazzjoni u dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 3 snin wara li l-persuna tkun telqet mill-organizzazzjoni. |
UAS.LUC.030 Sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza
(1) |
Operatur tal-UAS li japplika għal LUC għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza li tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b’kont meħud tal-perikli u tar-riskji assoċjati inerenti għal dawn l-attivitajiet. |
(2) |
L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(3) |
Jekk l-organizzazzjoni jkollha ċertifikati oħra tal-organizzazzjoni skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 1139/2018, is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-UAS tista’ tiġi integrata mas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza meħtieġa minn dawk iċ-ċertifikat(i) addizzjonali. |
UAS.LUC.040 Manwal tal-LUC
(1) |
Detentur ta’ LUC għandu jipprovdi manwal tal-LUC lill-awtorità kompetenti li jiddeskrivi, direttament jew permezz ta’ kontroreferenza l-organizzazzjoni tiegħu, il-proċeduri rilevanti u l-attivitajiet imwettqa. |
(2) |
Il-manwal għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-ħidma tal-organizzazzjoni sejra dejjem tkun konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-manwal tal-LUC approvat. Meta l-Maniġer responsabbli ma jkunx l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni, l-uffiċjal kap eżekuttiv għandu jikkontrofirma din id-dikjarazzjoni. |
(3) |
Jekk xi attività ssir minn organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab, fil-manwal tal-LUC l-operatur tal-UAS għandu jinkludi l-proċeduri dwar kif id-detentur tal-LUC għandu jimmaniġġja r-relazzjoni ma’ dawk l-organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab. |
(4) |
Il-manwal tal-LUC għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex tinżamm deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni tad-detentur tal-LUC, u l-awtorità kompetenti għandha tingħata kopji tal-emendi. |
(5) |
L-operatur tal-UAS għandu jqassam il-partijiet rilevanti tal-manwal tal-LUC lill-persunal kollu tiegħu skont il-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom. |
UAS.LUC.050 Termini tal-approvazzjoni tad-detentur ta’ LUC
(1) |
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ LUC wara li tkun sodisfatta li l-operatur tal-UAS jikkonforma mal-punti UAS.LUC.020, UAS.LUC.030 u UAS.LUC.040. |
(2) |
Il-LUC għandu jinkludi:
|
UAS.LUC.060 Privileġġi tad-detentur ta’ LUC
Meta tkun sodisfatta bid-dokumentazzjoni pprovduta, l-awtorità kompetenti:
(1) |
għandha tispeċifika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-privileġġ mogħti lill-operatur tal-UAS fl-LUC; u |
(2) |
tista’, fi ħdan it-termini tal-approvazzjoni, tagħti lil detentur ta’ LUC il-privileġġ li jawtorizza l-operazzjonijiet tiegħu stess mingħajr ma:
|
ATM/UAS.LUC.070 Tibdil fis-sistema ta’ ġestjoni tal-LUC
Wara l-ħruġ ta’ LUC, it-tibdil li ġej jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti:
(1) |
kwalunkwe tibdil fit-termini tal-approvazzjoni tal-operatur tal-UAS; |
(2) |
kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-elementi tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-LUC kif meħtieġ mill-punt UAS.LUC.030. |
UAS.LUC.075 Trasferibbiltà ta’ LUC
Ħlief għat-tibdil fis-sjieda tal-organizzazzjoni, approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt UAS.LUC.070, LUC mhuwiex trasferibbli.
UAS.LUC.080 Durata u validità ta’ LUC
(1) |
LUC għandu jinħareġ għal durata mingħajr limitu. Dan għandu jibqa’ validu soġġett għal dawn li ġejjin:
|
(2) |
Mar-revoka jew maċ-ċediment ta’ LUC, id-detentur ta’ LUC għandu jipprovdi konferma f’format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien. |
UAS.LUC.090 Aċċess
Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, id-detentur ta’ LUC għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti, aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata ma’ organizzazzjoni oħra.
Appendiċi 1
għal xenarji standard b’appoġġ għal dikjarazzjoni
KAPITOLU I
STS-01 – VLOS fuq żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent ippopolat
UAS.STS-01.010 Dispożizzjonijiet ġenerali
(1) |
Matul it-titjira, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jinżammu sa 120 m mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji. |
(2) |
Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 m minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu, l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il m ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu. |
(3) |
L-għoli massimu tal-volum operattiv ma għandux jaqbeż it-30 m ’il fuq mill-għoli massimu permess fil-punti (1) u (2). |
(4) |
Matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma għandux iġorr oġġetti perikolużi. |
UAS.STS-01.020 Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-01
(1) |
Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-01 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(2) |
Il-bdot mill-bogħod għandu jikseb iċ-ċertifikat tal-għarfien teoretiku għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard wara:
|
(3) |
Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal ħames snin. Il-validazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ validità tiegħu, hija soġġetta għal kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:
|
(4) |
Għall-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat meta dan jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (2). |
UAS.STS-01.030 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS
Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.050, l-operatur tal-UAS għandu:
(1) |
jiżviluppa manwal tal-operazzjonijiet li jinkludi l-elementi ddefiniti fl-Appendiċi 5; |
(2) |
jiddefinixxu l-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjonijiet previsti, inkluża ż-żona ta’ art ikkontrollata li tkopri l-projezzjonijiet fuq is-superfiċe tal-art kemm fil-volum kif ukoll fil-buffer; |
(3) |
jiżgura l-adegwatezza tal-proċeduri ta’ kontinġenza u ta’ emerġenza permezz ta’ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
|
(4) |
jiżviluppa pjan effettiv ta’ reazzjoni għal emerġenza (ERP) adattat għall-operazzjoni li jinkludi mill-inqas:
|
(5) |
jiżgura li l-livell ta’ prestazzjoni għal kwalunkwe servizz ipprovdut esternament meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira jkun adegwat għall-operazzjoni prevista; |
(6) |
jiddefinixxi l-allokazzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-operatur u l-fornitur(i) estern(i) tas-servizzi, jekk applikabbli; |
(7) |
itella’ informazzjoni aġġornata fil-ġeokonsapevolezza, jekk il-funzjoni tiġi installata fuq il-UAS, meta din tkun meħtieġa miż-żona ġeografika tal-UAS għall-post ippjanat tal-operazzjoni; |
(8) |
jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, iż-żona ta’ art ikkontrollata tkun fis-seħħ, effettiva u konformi mad-distanza minima ddefinita fil-punt UAS.STS-01.020(1)(C)(i)(C) u, meta jkun meħtieġ, tkun twettqet il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet xierqa; |
(9) |
jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, il-persuni kollha preżenti fiż-żona ta’ art ikkontrollata:
|
(10) |
jiżgura li:
|
UAS.STS-01.040 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod
Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.060, il-bdot mill-bogħod:
(1) |
qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, għandu jivverifika li l-mezzi biex tintemm it-titjira tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu operattivi u jivverifika jekk l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod tkunx attiva u aġġornata; |
(2) |
waqt it-titjira:
|
HEMŻA A: EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORETIKU U TAL-ĦILIET PRATTIĊI TAL-BDOTI MILL-BOGĦOD GĦALL-STS-01
(1) Eżami tal-għarfien teoretiku
(a) |
L-eżami msemmi fil-punt (2)(b) tal-punt UAS.STS-01.020 għandu jkun fih tal-anqas 40 mistoqsija b’għażliet multipli bil-għan li jiġi vvalutat l-għarfien tal-bdot mill-bogħod dwar il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi, imqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:
|
(b) |
Jekk l-istudent bdot mill-bogħod diġà jkollu ċertifikat ta’ kompetenza ta’ bdot mill-bogħod kif imsemmi fil-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, l-eżami għandu jinkludi mill-inqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli mqassma kif xieraq fost is-suġġetti fil-punti (1)(a)(i) sa (1)(a)(v). |
(c) |
Biex jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoretiku, l-istudent bdot mill-bogħod għandu jġib mill-inqas 75 % tal-marki globali. |
(2) Taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi
It-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għal operazzjonijiet taħt kwalunkwe xenarju standard għandhom ikopru mill-inqas is-suġġetti u l-oqsma identifikati fit-Tabella 1:
Tabella 1:
Is-suġġetti u l-oqsma li jridu jiġu koperti għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi
Suġġett |
L-oqsma li għandhom jiġu koperti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
KAPITOLU II
STS-02 – BVLOS bl-Osservaturi Tal-Ispazju Tal-Ajru fuq żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent skarsament popolat
UAS.STS-02.010 Dispożizzjonijiet ġenerali
(1) |
Matul it-titjira, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jinżammu sa 120 m mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji. |
(2) |
Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 m minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 m, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il m ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu. |
(3) |
L-għoli massimu tal-volum operattiv ma għandux jaqbeż it-30 m ’il fuq mill-għoli massimu permess fil-punti (1) u (2). |
(4) |
Matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma għandux iġorr oġġetti perikolużi. |
UAS.STS-02.020 Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-02
L-operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-02 għandhom jitwettqu:
(1) |
skont il-manwal tal-operazzjonijiet imsemmi fil-punt (1) tal-punt UAS.STS-02.030; |
(2) |
fuq żona ta’ art ikkontrollata li tinsab kompletament f’ambjent skarsament popolat li tinkludi:
|
(3) |
f’żona fejn il-viżibbiltà minima tat-titjira hija ta’ aktar minn 5 km; |
(4) |
mal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkunu qed jaraw lill-bdot mill-bogħod waqt it-tluq u l-irkupru tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx ir-riżultat ta’ terminazzjoni ta’ titjira ta’ emerġenza; |
(5) |
jekk ma jintuża l-ebda osservatur tal-ispazju tal-ajru fl-operazzjoni, bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jtiru mhux aktar minn kilometru (1) mill-bdot mill-bogħod, bl-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jsegwi trajettorja pprogrammata minn qabel meta l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx fil-VLOS tal-bdot mill-bogħod; |
(6) |
jekk jintuża osservatur tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar fl-operazzjoni, dan għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(7) |
minn bdot mill-bogħod li jkollu:
|
(8) |
b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(9) |
Il-bdot mill-bogħod għandu jikseb iċ-ċertifikat tal-għarfien teoretiku għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard wara:
|
(10) |
Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal ħames snin. Il-validazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ validità tiegħu, hija soġġetta għal kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:
|
(11) |
Għall-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat meta dan jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (9). |
UAS.STS-02.030 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS
Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.050, l-operatur tal-UAS għandu:
(1) |
jiżviluppa manwal tal-operazzjonijiet li jinkludi l-elementi ddefiniti fl-Appendiċi 5; |
(2) |
jiddefinixxu l-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjonijiet previsti, inkluża ż-żona ta’ art ikkontrollata li tkopri l-projezzjonijiet fuq is-superfiċe tal-art kemm tal-volum kif ukoll tal-buffer; |
(3) |
jiżgura l-adegwatezza tal-proċeduri ta’ kontinġenza u ta’ emerġenza permezz ta’ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
|
(4) |
jiżviluppa pjan effettiv ta’ reazzjoni għal emerġenza (ERP) adattat għall-operazzjoni li jinkludi mill-inqas:
|
(5) |
jiżgura li l-livell ta’ prestazzjoni għal kwalunkwe servizz ipprovdut esternament meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira jkun adegwat għall-operazzjoni prevista; |
(6) |
jiddefinixxi l-allokazzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-operatur u l-fornitur(i) estern(i) tas-servizzi, jekk applikabbli; |
(7) |
itella’ informazzjoni aġġornata fil-ġeokonsapevolezza, jekk il-funzjoni tiġi installata fuq il-UAS, meta din tkun meħtieġa miż-żona ġeografika tal-UAS għall-post ippjanat tal-operazzjoni; |
(8) |
jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, jittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dħul mhux awtorizzat ta’ persuni mhux involuti fiż-żona ta’ art ikkontrollata konformi mad-distanza minima ddefinita fil-punt UAS.STS-02.020(2) u, meta tkun meħtieġa, tkun twettqet koordinazzjoni mal-awtoritajiet xierqa; |
(9) |
jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, il-persuni kollha preżenti fiż-żona ta’ art ikkontrollata:
|
(10) |
qabel ma jibda l-operazzjoni, jekk jintużaw osservaturi tal-ispazju tal-ajru:
|
(11) |
jiżgura li:
|
UAS.STS-02.040 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod
Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.060, il-bdot mill-bogħod għandu:
(1) |
qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS:
|
(2) |
waqt titjira:
|
UAS.STS-02.050 Responsabbiltajiet tal-osservatur tal-ispazju tal-ajru
Osservatur tal-ispazju tal-ajru għandu:
(1) |
iżomm sorveljanza tal-ispazju tal-ajru bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi identifikat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord; |
(2) |
iżomm konsapevolezza dwar il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord permezz ta’ osservazzjoni diretta tal-ispazju tal-ajru jew permezz ta’ assistenza pprovduta b’mezzi elettroniċi; |
(3) |
jallerta lill-bdot mill-bogħod meta jiġi identifikat periklu u jgħin biex jiġu evitati jew minimizzati l-effetti negattivi potenzjali. |
HEMŻA A: GĦARFIEN TEORETIKU U ĦILIET PRATTIĊI TAL-BDOTI MILL-BOGĦOD GĦALL-STS-02
1. Eżami tal-għarfien teoretiku
L-eżami għandu jiġi ddefinit f’konformità mal-punt 1 tal-Hemża A tal-Kapitolu I.
2. Taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi
Minbarra l-oqsma ddefiniti fil-punt A.2 tal-Hemża A tal-Kapitolu I, għandhom jiġu koperti l-oqsma li ġejjin:
Tabella 1:
Is-suġġetti u l-oqsma addizzjonali li jridu jiġu koperti għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għall-STS-02
Suġġett |
L-oqsma li għandhom jiġu koperti |
||||||||||
|
|
Appendiċi 2:
Dikjarazzjoni operattiva
|
“Dikjarazzjoni operattiva |
||||||||
Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti. L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali. |
|||||||||
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS |
|
||||||||
Isem l-operatur tal-UAS |
|
||||||||
Manifattur tal-UAS |
|
||||||||
Mudell UAS |
|
||||||||
Numru tas-serje tal-UAS |
|
||||||||
Jiena hawnhekk niddikjara li:
|
|||||||||
Data |
|
Firma jew verifika oħra |
|
Appendiċi 3:
Rekwiżiti addizzjonali għall-entitajiet rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti u l-operaturi tal-UAS li jwettqu taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal operazzjonijiet koperti mill-STS
Entità li għandha l-intenzjoni li tiġi rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ taħriġ fil-ħiliet prattiċi u l-valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS, għandha tiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin billi tuża l-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 6.
Operatur tal-UAS li għandu l-intenzjoni li jwettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS, minbarra li jissottometti d-dikjarazzjoni operattiva għal dak l-STS, għandu jiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin bl-użu tal-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 4.
Jekk l-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS ikun biħsiebu jwettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, kopja tal-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 4 għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jitwettaq it-taħriġ.
Jekk entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jkun biħsiebha twettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ rikonoxximent, prova tar-rikonoxximent għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jitwettaq it-taħriġ.
(1)
L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew mill-operatur tal-UAS għandha tiżgura separazzjoni ċara bejn l-attivitajiet ta’ taħriġ u kwalunkwe attività operattiva oħra biex tiggarantixxi l-indipendenza tal-evalwazzjoni.
(2)
L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandu jkollha l-kapaċità li twettaq b’mod adegwat l-attivitajiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess kollu tal-kompitu, inkluża l-adegwatezza tal-persunal u l-użu tal-faċilitajiet u t-tagħmir xierqa għall-kompitu.
(3)
L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandu jkollha maniġer responsabbli, bir-responsabbiltà li jiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu f’konformità mal-informazzjoni u l-proċeduri identifikati fil-punt (8).
(4)
Il-persunal responsabbli għall-kompiti tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għandu:
(a) |
ikollu l-kompetenza li jwettaq dawn il-kompiti; |
(b) |
ikun imparzjali u ma għandux jipparteċipa fil-valutazzjonijiet jekk iħoss li l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi affettwata; |
(c) |
ikollu għarfien teoretiku sod u esperjenza ta’ taħriġ fil-ħiliet prattiċi, u għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti għall-kompiti ta’ valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi li jwettaq kif ukoll esperjenza adegwata ta’ proċessi bħal dawn; |
(d) |
ikollu l-kapaċità li jamministra d-dikjarazzjonijiet, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet rilevanti tal-ħiliet prattiċi jkunu twettqu u li joħroġ il-konklużjonijiet ta’ dawk il-valutazzjonijiet tal-ħiliet prattiċi; u |
(e) |
ma jiżvela l-ebda informazzjoni pprovduta mill-operatur jew mill-bdot mill-bogħod lil kwalunkwe persuna għajr l-awtorità kompetenti fuq talba tagħha. |
(5)
It-taħriġ u l-valutazzjoni għandhom ikopru l-ħiliet prattiċi li jikkorrispondu għall-STS li għaliha ssir id-dikjarazzjoni, inklużi fl-Hemża A tal-Kapitolu rilevanti.
(6)
It-taħriġ fil-ħiliet prattiċi u l-post(ijiet) tal-valutazzjoni għandhom isiru f’ambjent rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet tal-STS.
(7)
Il-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għandha tikkonsisti f’evalwazzjoni kontinwa tal-istudent bdot mill-bogħod.
(8)
L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandha tipproduċi rapport ta’ valutazzjoni wara li tkun tlestiet il-valutazzjoni prattika tal-ħiliet, li għandu:
(a) |
jinkludi mill-inqas:
|
(b) |
ikun iffirmat u datat kif xieraq mill-persuna responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi ladarba jkun lest; u |
(c) |
jiġi rreġistrat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti fuq talba. |
(9)
Akkreditazzjoni tat-tlestija tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi għall-STS għandha tiġi pprovduta lill-istudent bdot mill-bogħod mill-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS jekk ir-rapport ta’ valutazzjoni jikkonkludi li l-istudent bdot mill-bogħod ikun kiseb livell sodisfaċenti ta’ ħila prattika.
(10)
Il-ħruġ tal-akkreditazzjoni tat-tlestija tal-punt (9) għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isiru t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi inklużi d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-istudent bdot mill-bogħod, l-STS koperta, id-data tal-ħruġ u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew l-operatur tal-UAS li joħroġ din l-akkreditazzjoni.
(11)
L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandhom jinkludu fil-manwal tal-operazzjonijiet, żviluppat skont l-Appendiċi 5, taqsima separata li tkopri l-elementi tat-taħriġ, inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
il-persunal nominat li jwettaq it-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi, inkluż:
|
(b) |
il-proċeduri u l-proċessi użati għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi, inkluż is-sillabu tat-taħriġ li jkopri l-ħiliet prattiċi li jikkorrispondu għall-STS li għaliha ssir id-dikjarazzjoni, iddefiniti fl-Hemża A tal-Kapitolu rilevanti; |
(c) |
deskrizzjoni tal-UAS u kwalunkwe tagħmir, għodda u ambjent oħrajn użati għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi; u |
(d) |
mudell għar-rapport ta’ valutazzjoni. |
Appendiċi 4:
Dikjarazzjoni tal-operaturi tal-UAS li għandhom l-intenzjoni li jipprovdu taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod fl-STS-x
|
STS-x |
||||||||||
Dikjarazzjoni tal-operaturi tal-UAS li għandhom l-intenzjoni li jipprovdu taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod |
|||||||||||
Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/947. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti. L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali. |
|||||||||||
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS |
|
||||||||||
Isem l-operatur tal-UAS |
|
||||||||||
Jiena hawnhekk niddikjara li:
|
|||||||||||
Data |
|
Firma jew verifika oħra |
|
Appendiċi 5:
Manwal tal-operazzjonijiet għal Xenarju Standard
Il-manwal tal-operazzjonijiet għall-STS iddefinit fl-Appendiċi 1 għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:
(1) |
dikjarazzjoni li l-manwal tal-operazzjonijiet ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti dan ir-Regolament u mad-dikjarazzjoni, u jkun fih struzzjonijiet li għandhom jitħarsu mill-persunal involut fl-operazzjonijiet tat-titjir; |
(2) |
firma ta’ approvazzjoni mill-maniġer responsabbli jew l-operatur tal-UAS fil-każ ta’ persuna fiżika; |
(3) |
deskrizzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni tal-operatur tal-UAS; |
(4) |
deskrizzjoni tal-kunċett tal-operazzjoni, li tinkludi mill-inqas:
|
(5) |
L-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni meħtieġa biex il-UAS tinżamm f’kundizzjoni sikura, li jkopru l-istruzzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ manutenzjoni tal-manifattur tal-UAS, jekk applikabbli; |
(6) |
il-proċeduri operattivi, li għandhom ikunu bbażati fuq l-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS, u għandhom jinkludu:
|
Appendix 6
Declaration of the entity intending to be recognised by the competent authority to provide practical skill training and assessment of remote pilots in STS-x
|
STS-x |
||||||||
Dikjarazzjoni tal-entità li għandha l-intenzjoni li tiġi rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti biex tipprovdi taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod |
|||||||||
Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament (UE) 2019/947. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti. L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali. |
|||||||||
Identifikazzjoni tal-entità |
|
||||||||
L-isem u l-kunjom, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli |
|
||||||||
Jiena hawnhekk niddikjara li:
|
|||||||||
Data |
|
Firma jew verifika oħra |
|