Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1102

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1102 tas-27 ta' Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/4588

ĠU L 175, 28.6.2019, pp. 25–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1102/oj

28.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1102

tas-27 ta' Ġunju 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 31(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Manifattur ta' taħlita isomerika tal-aċidu 2- (3,4-dimetilpirażol-1-il)-suċċiniku u 2 (4,5-dimetilpirażol-1-il)-suċċiniku (“DMPSA”) ippreżenta talba lill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet Ċeki, biex tinkludi d-DMPSA bħala entrata ġdida fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Id-DMPSA huwa inibitur tan-nitrifikazzjoni li, flimkien mal-fertilizzanti tan-nitroġenu minerali, inaqqas ir-riskju ta' telf tan-nitroġenu fil-forma ta' emissjonijiet N2O li jwasslu għal effiċjenza ogħla ta' nitroġenu tal-fertilizzanti li jkun fihom id-DMPSA.

(2)

Id-DMPSA jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Għalhekk jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista tat-tipi ta' fertilizzanti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitlob il-kontroll tal-fertilizzanti tal-KE f'konformità mal-metodi ta' kampjunar u ta' analiżi li huma deskritti fl-Anness IV tiegħu. L-inklużjoni tad-DMPSA fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 teħtieġ li jiġi applikat metodu analitiku għall-kontrolli uffiċjali ta' dan it-tip ta' fertilizzant fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

(4)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żviluppat aktar il-Metodu 1 fir-rigward tal-preparazzjoni tal-kampjun għall-analiżi billi jiġu inklużi standards Ewropej addizzjonali dwar il-kampjunar b'mod ġenerali, kif ukoll dwar il-kampjunar ta' munzelli statiċi. Fl-aħħar nett, il-Metodi 9 attwali għall-mikronutrijenti f'konċentrazzjoni ta' anqas minn jew ugwali għal 10 % u l-Metodi 10 għall-mikronutrijenti f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 10 % fl-Anness IV mhumiex internazzjonalment rikonoxxuti u jenħtieġ li jiġu sostitwiti minn standards Ewropej żviluppati reċentement mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat f'konformità mal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


ANNESS I

Fit-Tabella F.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, tiżdied ir-ringiela 5 li ġejja:

“5

Taħlita isomerika ta' aċidu 2-(3,4-dimetilpirażol-1-il)-suċċiniku u aċidu 2-(4,5-dimetilpirażol-1-il)-suċċiniku (DMPSA)

Nru KE 940-877-5

Minimu: 0,8

Massimu: 1,6”

 

 


ANNESS II

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(1)

Il-Metodu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Metodi 1

Preparazzjoni tal-kampjuni u l-kampjunar

Metodu 1.1

Kampjunar għall-analiżi

EN 1482-1, Fertilizzanti u materjali għat-trattament bil-ġir — Kampjunar u preparazzjoni tal-kampjun — Il-Parti 1: Kampjunar

Metodu 1.2

Preparazzjoni tal-kampjun għall-analiżi

EN 1482-2, Fertilizzanti u materjali għat-trattament bil-ġir — Kampjunar u preparazzjoni tal-kampjun — Il-Parti 2: Preparazzjoni tal-kampjun

Metodu 1.3

Kampjunar ta' munzelli statiċi għall-analiżi

EN 1482-3, Fertilizzanti u materjali għat-trattament bil-ġir — Kampjunar u preparazzjoni tal-kampjun — Il-Parti 3: Kampjunar ta' munzelli statiċi

(2)

Il-Metodi 9 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Metodi 9

Mikronutrijenti f'konċentrazzjoni ta' anqas minn jew egwali għall-10 %

Metodu 9.1

Estrazzjoni tal-mikronutrijenti totali fil-fertilizzanti bl-użu tal-aqua regia

EN 16964: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-mikronutrijenti totali mill-fertilizzanti bl-użu tal-aqua regia

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 9.2

Estrazzjoni tal-mikronutrijenti li jinħallu fl-ilma mill-fertilizzanti u t-tneħħija ta' komposti organiċi minn estratti tal-fertilizzanti

EN 16962: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-mikronutrijenti li jinħallu fl-ilma mill-fertilizzanti u t-tneħħija ta' komposti organiċi mill-estratti tal-fertilizzanti

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 9.3

Determinazzjoni tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż u taż-żingu permezz tal-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku bi fjamma (FAAS)

EN 16965: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż u taż-żingu permezz tal-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku bi fjamma (FAAS)

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 9.4

Determinazzjoni tal-boron, tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż, tal-molibdenu u taż-żingu bl-użu tal-ICP-AES

EN 16963: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-boron, tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż, tal-molibdenu u taż-żingu bl-użu tal-ICP-AES

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 9.5

Determinazzjoni tal-boron permezz tal-ispettrometrija bl-ażometina-H

EN 17041: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-boron f'konċentrazzjonijiet ta' ≤ 10 % bl-użu tal-ispettrometrija bl-ażometina-H

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 9.6

Determinazzjoni tal-molibdenu bl-użu tal-ispettrometrija ta' kumpless bit-tijoċinat tal-ammonju

EN 17043: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-molibdenu f'konċentrazzjonijiet ta' ≤ 10 % bl-użu tal-ispettrometrija ta' kumpless bit-tijoċjanat tal-ammonju

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.”

(3)

Il-Metodi 10 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

Metodi 10

Mikronutrijenti f'konċentrazzjoni ta' akbar minn 10 %

Metodu 10.1

Estrazzjoni tal-mikronutrijenti totali mill-fertilizzanti bl-użu tal-aqua regia

EN 16964: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-mikronutrijenti totali mill-fertilizzanti bl-użu tal-aqua regia

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 10.2

Estrazzjoni tal-mikronutrijenti li jinħallu fl-ilma mill-fertilizzanti u t-tneħħija ta' komposti organiċi minn estratti tal-fertilizzanti

EN 16962: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-mikronutrijenti li jinħallu fl-ilma mill-fertilizzanti u t-tneħħija ta' komposti organiċi mill-estratti tal-fertilizzanti

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 10.3

Determinazzjoni tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż u taż-żingu permezz tal-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku bi fjamma (FAAS)

EN 16965: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż u taż-żingu permezz tal-ispettrometrija tal-assorbiment atomiku bi fjamma (FAAS)

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 10.4

Determinazzjoni tal-boron, tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż, tal-molibdenu u taż-żingu bl-użu tal-ICP-AES

EN 16963: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-boron, tal-kobalt, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż, tal-molibdenu u taż-żingu bl-użu tal-ICP-AES

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.

Metodu 10.5

Determinazzjoni tal-boron bl-użu tat-titrazzjoni aċidimetrika

EN 17042: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-boron f'konċentrazzjonijiet ta' > 10 % permezz tal-ispettrometrija bit-titrazzjoni aċidimetrika

Dan il-metodu ta' analiżi ma sarlux ir-ringtest.

Metodu 10.6

Determinazzjoni tal-molibdenu permezz ta' metodu gravimetriku bit-8-idrossikwinolina

CEN/TS 17060: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-molibdenu f'konċentrazzjoni ta' > 10 % bl-użu ta' metodu gravimetriku bit-8-idrossikwinolina

Dan il-metodu ta' analiżi ma sarlux ir-ringtest.”

(4)

Fil-Metodi 12, qed jiżdied il-Metodu 12.8:

“Metodu 12.8

Determinazzjoni tad-DMPSA

EN 17090: Fertilizzanti — Determinazzjoni tal-inibitur ta' nitrifikazzjoni DMPSA fil-fertilizzanti — Metodu li juża kromatografija b'fażi likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC)

Dan il-metodu ta' analiżi sarlu r-ringtest.”


Top