Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1097

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1097 tas-26 ta' Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti opportunitajiet tas-sajd

ST/10082/2019/INIT

ĠU L 175, 28.6.2019, pp. 3–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1097/oj

28.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1097

tas-26 ta' Ġunju 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 (1) jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Il-pjan pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent (2), li daħal fis-seħħ fis-26 ta' Marzu 2019, ħassar il-pjan ta' rkupru tal-merluzz tan-Nofsinhar u tal-iskampu (3). Il-limiti tal-isforz tas-sajd mogħtija fl-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 kienu ġew stabbiliti skont dak il-pjan ta' rkupru. Minħabba li l-istokkijiet ikkonċernati ser jibdew jiġu ġestiti skont id-dispożizzjonijiet tal-pjan pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent billi jiġu stabbiliti limiti tal-qbid sabiex tinkiseb rata ta' mortalità mis-sajd fil-mira li tkun fil-meded tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY), ma għadx hemm bżonn ikomplu jiġu stabbiliti limiti tal-isforz tas-sajd għall-flotot li jistadu għal dawk l-istokkijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IIA għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 jitħassar.

(3)

Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ħareġ parir xjentifiku biex ma jinqabadx merlangu (Merlangius merlangus) fid-diviżjoni 7a tal-ICES (il-Baħar Irlandiż). Il-qabdiet totali permissibbli (TAC) tal-qabdiet aċċessorji ta' dak l-istokk għall-2019 ġew stabbiliti biex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-ħtieġa li jitkompla s-sajd, minħabba l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment gravi, u l-ħtieġa li jinkiseb stat bijoloġiku tajjeb ta' dawk l-istokkijiet, filwaqt li titqies id-diffikultà li, f'sajd imħallat, l-istokkijiet kollha jiġu mistada fil-livell tal-FMSY fl-istess ħin. L-analiżi xjentifika aġġornata mill-ICES dwar l-istat tal-merlangu fid-diviżjoni 7a tal-ICES u dwar il-qabdiet aċċessorji li ma jistgħux jiġu evitati waqt is-sajd għal ħut ieħor tipprevedi xenarju fejn kollox jibqa' kif inhu, li fih huwa stmat li se jkun hemm qabdiet korrispondenti ta' 1 385 tunnellata. Abbażi ta' din l-analiżi xjentifika, jenħtieġ li t-TAC tiġi emendata biex tirrifletti ammont li jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li l-istaġun tas-sajd jingħalaq kmieni, filwaqt li jippermetti lill-bijomassa tal-istokk riproduttiv tkompli tirkupra. Jenħtieġ li l-livell tat-TAC ikun jirrifletti wkoll il-fatt li ma tiżdiedx ir-rata ta' mortalità għal dan l-istokk u li t-TAC ikun jipprovdi inċentiv biex jitjiebu s-selettività u l-evitar.

(4)

F'Diċembru 2018, l-Istati Membri kkonċernati qablu li selectivity and avoidance jikkooperaw fil-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral biex iħejju pjan pluriennali għat-tnaqqis tal-qabdiet aċċessorji, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral. Jenħtieġ li dan il-pjan jiżgura li, fil-każ tal-ħames stokkijiet ikkonċernati, fosthom il-merlangu fil-Baħar Irlandiż li skont il-parir tal-ICES ma għandux jinqabad fl-2019, il-qabdiet aċċessorji jitnaqqsu permezz ta' miżuri tas-selettività u tal-evitar. Il-Kummissjoni indikat li biħsiebha tibgħat dan il-pjan għas-Sessjoni Plenarja f'Lulju 2019 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) biex dan jivvaluta l-effettività tiegħu. Jekk il-valutazzjoni tas-STECF turi li l-pjan għat-tnaqqis tal-qabdiet aċċessorji mhux se jkollu l-effett mixtieq li jnaqqas ir-rata tal-mortalità mis-sajd marbuta mal-qabdiet aċċessorji, il-Kummissjoni indikat li ser tqis miżuri alternattivi biex titnaqqas il-mortalità mis-sajd tal-istokkijiet ikkonċernati.

(5)

Skont il-parir tal-ICES tat-28 ta' Marzu 2019, jenħtieġ li bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-31 ta' Diċembru 2019 ma jinqabdux iktar minn 0,7 tunnellati ta' skampu (Nephrops norvegicus) fl-unità funzjonali 31 fid-diviżjoni 8c tal-ICES. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu fl-unità funzjonali 31 fid-diviżjoni 8c tal-ICES jiġu stabbiliti skont dan.

(6)

Fit-28 ta' Marzu 2019, l-ICES ħareġ parir dwar il-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (Skagerrak u Kattegat u t-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fil-Fossa Norveġiża). Abbażi ta' dak il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, huwa xieraq li l-kwota tal-Unjoni għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES tiġi stabbilita bħala kwota ta' 2 304 tunnellati skont l-FMSY.

(7)

Fit-22 ta' Frar 2019, l-ICES ħareġ parir aġġornat dwar il-qabdiet tal-pollakkju l-iswed (Pollachius virens) fil-Baħar tat-Tramuntana. Abbażi ta' dak il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jenħtieġ li l-TAC għall-pollakkju l-iswed tiġi emendata kif xieraq skont l-FMSY.

(8)

Skont il-parir tal-ICES maħruġ fit-12 ta' April 2019, jenħtieġ li l-qabdiet ta' laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fid-diviżjoni 3a (Skagerrak u Kattegat) u s-subżona 4 (il-Baħar tat-Tramuntana) għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 ma jkunux iktar minn 138 726 tunnellata. It-TAC għal-laċċa kaħla fi 3a kienet stabbilita għal 26 624 tunnellata. L-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a u s-subżona 4 tal-ICES jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'kont meħud tat-TAC diġà ffissati għad-diviżjoni 3a tal-ICES u f'konformità mal-FMSY. Sabiex jiġi garantit l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd, huwa xieraq li tiġi introdotta flessibbiltà bejn iż-żoni għal-laċċa kaħla tad-diviżjoni 3a tal-ICES sas-subżoni 2a u 4 tal-ICES.

(9)

It-TAC għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) 34.1.1 għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 ġew stabbiliti għal żero, sakemm joħroġ il-parir xjentifiku għal dak il-perijodu. L-ICES ser joħroġ il-parir tiegħu għal dan l-istokk biss fl-aħħar ta' Ġunju 2019, għalkemm is-sajd ikompli matul il-perijodu tas-sajf. Sabiex jiġi żgurat li l-attività tas-sajd tista' tkompli sa ma tiġi stabbilita t-TAC abbażi tal-aktar parir xjentifiku reċenti, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC proviżorja ta' 4 902 tunnellata, ibbażata fuq il-qabdiet fit-tielet kwart tal-2018. It-TAC tiġi emendata fil-futur, f'konformità mal-parir xjentifiku tal-ICES.

(10)

Fit-13 ta' Marzu 2019, abbażi ta' rakkomandazzjoni konġunta mill-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral, il-Kummissjoni adottat Regolament Delegat (UE) 2019/906 (4). Dak ir-Regolament jistabbilixxi bidliet għal eżenzjonijiet de minimis mill-obbligu ta' ħatt l-art previst fil-punt (c) tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għall-merlangu u l-merluzz (Gadus morhua), peress li ammonti ikbar ta' qabdiet mhux mixtieqa ta' dawk l-ispeċijiet ser ikunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art u mhux se jibqgħu eżentati minn dak l-obbligu. Għalhekk jenħtieġ li t-TACs rilevanti jiġu emendati biex jirriflettu dawk il-bidliet, u jenħtieġ li jibqgħu jiġu stabbiliti f'konformità mal-FMSY. F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (6), l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontroll effettiv tal-obbligu ta' ħatt l-art, u b'hekk jevitaw żieda fil-pressjoni tas-sajd fuq l-istokkijiet ikkonċernati.

(11)

Waqt il-21 laqgħa speċjali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dak il-pjan ta' ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika biex jiġi stabbilit pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-istokk fl-2018, minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma għadux jeħtieġ il-miżuri ta' emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-pjan għall-irkupru tat-tonn (ir-Rakkomandazzjoni 17-07 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04). Il-pjan ta' ġestjoni jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd differenti. Għalhekk jixraq li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd u dwar l-ammont massimu ta' tonn fil-friema tat-tonn.

(12)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2019/124 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid ukoll ikunu japplikaw minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/124 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/124 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 9, jitħassar il-punt (a);

(b)

l-Anness IA huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament;

(c)

jitħassar l-Anness IIA;

(d)

l-Anness IV huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G.L. GAVRILESCU


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' speċi żgħar ta' ħlejjaq tal-baħar (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).

(4)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/906 tat-13 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2019-2021 (ĠU L 145, 4.6.2019, p. 4).

(5)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal- 20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).


ANNESS

1.   

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2019/124 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tas-CECAF 34.1.1 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tas-CECAF 34.1.1

(ANE/9/3411)

Spanja

2 344  (1)

 

 

Il-Portugall

2 558  (1)

 

 

L-Unjoni

4 902  (1)

 

 

TAC

4 902  (1)

 

TAC prekawzjonarja

(2)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fis-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a u dik il-parti taż-żona 3a li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

4; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a; il-parti taż-żona 3a mhux koperta minn Skagerrak u Kattegat

(COD/2A3AX4)

Il-Belġju

870 (2)

 

 

Id-Danimarka

4 998  (2)

 

 

Il-Ġermanja

3 169  (2)

 

 

Franza

1 075  (2)

 

 

In-Netherlands

2 824  (2)

 

 

L-Iżvezja

33 (2)

 

 

Ir-Renju Unit

11 464  (2)

 

 

L-Unjoni

24 433  (2)

 

 

In-Norveġja

5 004  (3)

 

 

TAC

29 437

 

TAC analitika

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt f'din iż-żona:

 

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 (COD/*04N-)

L-Unjoni

21 236 ”;

(3)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merlangu fis-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

Żona:

4; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a

(WHG/2AC4.)

Il-Belġju

320

 

 

Id-Danimarka

1 385

 

 

Il-Ġermanja

360

 

 

Franza

2 082

 

 

In-Netherlands

801

 

 

L-Iżvezja

3

 

 

Ir-Renju Unit

10 012

 

 

L-Unjoni

14 963

 

 

In-Norveġja

1 219  (4)

 

 

TAC

17 191

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmijin hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iktar mill-kwantitajiet ta' hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

 

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 (WHG/*04N-)

L-Unjoni

10 881 ”;

(4)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merlangu fid-diviżjoni 7a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

Żona:

7a

(WHG/07A.)

Il-Belġju

3 (5)

 

 

Franza

43 (5)

 

 

L-Irlanda

717 (5)

 

 

In-Netherlands

1 (5)

 

 

Ir-Renju Unit

482 (5)

 

 

L-Unjoni

1 246  (5)

 

 

TAC

1 246  (5)

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament

(5)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu fid-diviżjoni 8c tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

L-iskampu

Nephrops norvegicus

Żona:

8c

(NEP/08C.)

Spanja

2, (6)

 

 

Franza

0,0 (6)

 

 

L-Unjoni

2,7 (6)

 

 

TAC

2,7 (6)

 

TAC prekawzjonarja

(6)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03A.)

Id-Danimarka

1 497

 

 

L-Iżvezja

807

 

 

L-Unjoni

2 304

 

 

TAC

4 314

 

TAC analitika”;

(7)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju l-iswed fid-diviżjoni 3a u fis-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Pollakkju l-iswed

Pollachius virens

Żona:

3a u 4; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a

(POK/2C3A4)

Il-Belġju

33

 

 

Id-Danimarka

3 865

 

 

Il-Ġermanja

9 759

 

 

Franza

22 967

 

 

In-Netherlands

98

 

 

L-Iżvezja

531

 

 

Ir-Renju Unit

7 482

 

 

L-Unjoni

44 735

 

 

In-Norveġja

48 879  (7)

 

 

TAC

93 614

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

(8)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju l-iswed fis-subżona 6 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' 5b, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Il-pollakkju l-iswed

Pollachius virens

Żona:

6; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 12 u 14

(POK/56-14)

Il-Ġermanja

468

 

 

Franza

4 650

 

 

L-Irlanda

418

 

 

Ir-Renju Unit

3 237

 

 

L-Unjoni

8 773

 

 

In-Norveġja

940 (8)

 

 

TAC

9 713

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

(9)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji marbutin magħha fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Il-laċċa kaħla u l-qabdiet aċċessorji marbutin magħha

Sprattus sprattus

Żona:

3a

(SPR/03A.)

Id-Danimarka

17 840  (9)  (10)

 

 

Il-Ġermanja

37 (9)  (10)

 

 

L-Iżvezja

6 750  (9)  (10)

 

 

L-Unjoni

24 627  (9)

 

 

TAC

26 624

 

TAC prekawzjonarja

(10)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji marbutin magħha fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Il-laċċa kaħla u l-qabdiet aċċessorji marbutin magħha

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

1 154  (11)  (12)

 

 

Id-Danimarka

91 347  (11)  (12)

 

 

Il-Ġermanja

1 154  (11)  (12)

 

 

Franza

1 154  (11)  (12)

 

 

In-Netherlands

1 154  (11)  (12)

 

 

L-Iżvezja

1 330  (11)  (12)  (13)

 

 

Ir-Renju Unit

3 809  (11)  (12)

 

 

L-Unjoni

101 102  (11)  (12)

 

 

In-Norveġja

10 000  (11)

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

1 000  (11)  (14)

 

 

TAC

112 102  (11)

 

TAC analitika

2   

L-Anness IV għar-Regolament (UE) 2019/124 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd ta' kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran”.

(2)

titħassar it-Tabella B tal-paragrafu 4.

(3)

it-Tabella B tal-paragrafu 6 hija sostitwita b'dan li ġej:

Tabella B  (15)

L-ammont massimu ta' tonn maqbud fis-selvaġġ (f'tunnellati)

Spanja

6 300

L-Italja

3 764

Il-Greċja

785

Ċipru

2 195

Il-Kroazja

2 947

Malta

8 786

Il-Portugall

350


(1)  Din il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Settembru 2019.”;

(2)  Kondizzjoni speċjali: li biha sa 5 % jistgħu jinqabdu fi: 7d (COD/*07D.).

(3)  Din il-kwota tista' tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni. Il-qabdiet li jinqabdu fil-kuntest ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

(4)  Din il-kwota tista' tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni. Il-qabdiet li jinqabdu fil-kuntest ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

(5)  Esklużivament għall-qabdiet aċċessorji tal-merlangu fis-sajd għal speċijiet oħra biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett għall-merlangu fil-kuntest ta' din il-kwota.”;

(6)  Esklużivament għall-qabdiet li jinqabdu bħala parti mis-sajd sentinella biex tinġabar data dwar il-qabda għal kull unità tal-isforz (CPUE) b'bastimenti li fuqhom ikun hemm l-osservaturi abbord biss:

 

żewġ tunnellati fl-unità funzjonali 25 waqt ħames vjaġġi kull xahar matul Awwissu u Settembru;

 

0,7 tunnellati fl-unità funzjonali 31 matul sebat ijiem f'Lulju.”;

(7)  Din il-kwota tista' tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4 u fiż-żona 3a (POK/*3A4-C). Il-qabdiet li jinqabdu fil-kuntest ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.”;

(8)  Trid tinqabad fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N (POK/*5614N).”;

(9)  Sa 5 % mill-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*03A.). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(10)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa minn qabel bit-tali trasferimenti.”;

(11)  Din il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020.

(12)  Sa 2 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/ *2AC4C). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(13)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(14)  Din il-kwota jista' jkun fiha sa 4 % ta' qabdiet aċċessorji tal-aringi.”;

(15)  Il-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut tal-Portugall ta' 500 tunnellata (li tikkorrispondi għal 350 tunnellata ta' kapaċità tat-trobbija) hija koperta mill-kapaċità mhux użata tal-Unjoni indikata fit-Tabella A.”.


Top