This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0608
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/608 of 19 April 2018 laying down technical criteria for electronic tags for marine equipment (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/608 tad-19 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/608 tad-19 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/2274
ĠU L 101, 20.4.2018, p. 64–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/64 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/608
tad-19 ta' April 2018
li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2014/90/UE tagħti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji tekniċi adattati rigward id-disinn, il-prestazzjoni, it-twaħħil u l-użu ta' dawk it-tikketti elettroniċi. |
(2) |
Saret analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji (2) li tat valutazzjoni pożittiva dwar l-użu tat-tikketti elettroniċi bħala suppliment għall-marka tat-tmun. |
(3) |
It-tikkettar elettroniku tat-tagħmir tal-baħar ma jeħtieġx investiment qawwi iżda joħloq benefiċċji għall-manifatturi, għas-sidien u l-operaturi tal-bastimenti u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
(4) |
L-ispeċifikazzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament jibbażaw fuq paragun bejn it-teknoloġiji disponibbli li hemm fil-qafas tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, u fuq is-suġġerimenti tagħha għal struttura xierqa tal-kodiċijiet użati għall-identifikazzjoni tat-tagħmir tal-baħar. |
(5) |
Il-paragun tal-portaturi tad-dejta eżistenti u l-arkitetturi għall-iskambju tad-dejta fil-qafas tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji wasslu għar-rakkomandazzjoni biex jintużaw il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (l-“RFID”) bħala l-aktar teknoloġiji xierqa. |
(6) |
L-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji turi wkoll li n-nuqqas ta' kapaċità ta' ħażna tad-dejta fuq it-tikketta elettronika jimplika li l-informazzjoni fuq it-tikketta elettronika trid tagħti link għall-bażijiet tad-dejta fejn tista' tinstab aktar informazzjoni dettaljata. Il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (l-“RFID”) speċifikati minn dan ir-Regolament ikun fihom l-informazzjoni ewlenija li tista' tagħti dan il-link. |
(7) |
Għaldaqstant għandha tintuża identifikazzjoni unika tat-tagħmir tal-baħar, abbażi ta' struttura ta' kodiċijiet standardizzati li tkun indipendenti mit-tip tat-tikketta elettronika. Din l-identifikazzjoni għandha tkun flessibbli biżżejjed biex l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess dirett għall-aktar bażijiet tad-dejta rilevanti għat-tagħmir tal-baħar. |
(8) |
Il-format ta' kodifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa dwar tal-portatur tad-dejta jenħtieġ ikun ibbażat fuq l-istandards ISO. Il-format jippermetti wkoll il-possibbiltà ta' kodifikazzjoni ta' informazzjoni addizzjonali biex tintuża mill-manifatturi, b'mod partikolari għax il-manifatturi jenħtieġ ikunu kapaċi jinkorporaw karatteristiċi addizzjonali tas-sigurtà fil-portatur tad-dejta biex jiġu identifikati aħjar il-prodotti ffalsifikati. |
(9) |
Sabiex ikun jista' jinstab faċilment bi spezzjoni viżwali, it-tagħmir tal-baħar b'tikketti elettroniċi li jieħdu post il-marka tat-tmun jenħtieġ li juri simbolu xieraq. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (“COSS”), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(1) |
“tikketta elettronika” tfisser indikatur b'identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (“RFID”) jew b'kodiċi tal-matriċi tad-dejta; |
(2) |
“identifikatur tal-applikazzjoni” tfisser prefiss numeriku li jintuża biex jiddefinixxi t-tifsira u l-format ta' elementi tad-dejta kodifikata. |
Artikolu 2
Il-manifatturi tat-tagħmir tal-baħar jistgħu jużaw dawn it-tikketti elettroniċi kif jispeċifika l-Anness:
(a) |
tikketti tal-RFID imwaħħlin b'mod permanenti fuq tagħmir tal-baħar; |
(b) |
tikketti li jistgħu jinqraw b'mod ottiku, li jkun fihom kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u li jkunu mwaħħlin b'mod permanenti fuq tagħmir tal-baħar; jew |
(c) |
tikketti li jistgħu jinqraw b'mod ottiku, li jkun fihom kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u li jkunu mmarkati b'mod permanenti fuq tagħmir tal-baħar; |
Artikolu 3
It-tikketti elettroniċi tal-RFID li jieħdu post il-marka tat-tmun għandhom juru s-simbolu b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx kif jistabbilixxu l-punti 3.1 jew 3.2 tal-Anness, fuq it-tikketti nnifishom jew maġenbhom.
It-tagħmir tal-baħar li jkollhom tikketti li jistgħu jinqraw b'mod ottiku, li jkun fihom kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta li jieħdu post il-marka tat-tmun għandhom juru s-simbolu b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx kif jistabbilixxi l-punt 3.3 tal-Anness, fuq it-tikketti nnifishom jew maġenbhom.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.
(2) L-introduzzjoni possibbli ta' tikketta elettronika bħala suppliment jew sostituzzjoni għall-marka tat-tmun fuq it-tagħmir tal-baħar, Sejħa għall-Offerti Nru. MOVE/D2/2015-372 V1.0 tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Mobbiltà u t-Trasport.
ANNESS
1. Identifikazzjoni tat-tagħmir tal-baħar
1.1. |
It-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar għandhom jinkludu identifikazzjoni elettronika li tinqara faċilment permezz ta' identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (“RFID”) jew b'kodiċi tal-matriċi tad-dejta li jista' jinqara b'mod ottiku, li jkun fihom din l-informazzjoni li ġejja:
|
1.2. |
Minbarra l-informazzjoni mogħtija skont il-punt 1.1, it-tikketti elettroniċi jista' jkun fihom ukoll informazzjoni dwar in-numru tal-post tal-produzzjoni, il-kodiċi tal-prodott, in-numru tal-lott u/jew informazzjoni addizzjonali mfassla mill-manifattur skont ISO/IEC 15434:2006 [permezz ta' Identifikaturi tad-Dejta ASC MH10 jew Identifikaturi tal-Applikazzjoni GS1]. |
1.3. |
Eżempji:
|
2. It-tikketti elettroniċi
2.1. It-tikketti tal-RFID
It-trasponders RFID għandhom joperaw fil-medda tal-frekwenzi minn 860 MHz sa 960 MHz skont ISO/IEC 18000-6:2004, it-Tip C.
It-tikketta elettronika għandha titwaħħal sew fuq it-tagħmir tal-baħar ikkonċernat, b'mod permanenti, ħalli jkun żgurat li t-tikketta elettronika tkun tista' tinqara kif maħsub għal tul il-ħajja operattiva mistennija tat-tagħmir tal-baħar.
2.2. Il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta
Il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta għandhom ikunu skont ISO/IEC 16022:2006.
It-tikketta elettronika għandha tkun immarkata fuq it-tagħmir tal-baħar ikkonċernat jew imwaħħla sew fuqu, b'mod permanenti, ħalli jkun żgurat li t-tikketta elettronika tkun tista' tinqara kif maħsub għal tul il-ħajja operattiva mistennija tat-tagħmir tal-baħar.
3. Is-simboli
3.1. |
3.2. |
3.3. |