This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2278
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/2278 of 4 September 2017 amending Annex I to Council Regulation (EC) No 1217/2009 setting up a network for the collection of accountancy data on the incomes and business operation of agricultural holdings in the European Union
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2278 tal-4 ta' Settembru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2278 tal-4 ta' Settembru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
C/2017/5968
ĠU L 328, 12.12.2017, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2278
tal-4 ta' Settembru 2017
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 fih lista ta' taqsimiet tan-Netwerk ta' Dejta tal-Kontabiltà Agrikola (“taqsimiet tal-FADN”) għal kull Stat Membru. |
(2) |
Skont dak l-Anness, il-Ġermanja hija maqsuma f'16-il taqsima. Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-Ġermanja talbet li jingħaqdu t-taqsimiet tal-FADN Schleswig-Holstein u Hamburg fit-taqsima waħda tal-FADN: Schleswig-Holstein/Hamburg. |
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandu jiġi emendat skont dan, |
(4) |
Il-lista aġġornata ta' taqsimiet FADN previsti f'dan ir-Regolament għandha tapplika mis-sena fiskali 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mis-sena fiskali 2018.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-lista ta' taqsimiet tal-FADN li tirrigwarda l-Ġermanja tinbidel b'dan li ġej:
“Il-Ġermanja
1. |
Schleswig-Holstein/Hamburg |
2. |
Is-Sassonja t'Isfel |
3. |
Bremen |
4. |
Nordrhein-Westfalen |
5. |
Hessen |
6. |
Rheinland-Pfalz |
7. |
Baden-Württemberg |
8. |
Il-Bavarja |
9. |
Saarland |
10. |
Berlin |
11. |
Brandenburg |
12. |
Mecklenburg-Vorpommern |
13. |
Is-Sassonja |
14. |
Is-Sassonja Anhalt: |
15. |
Thüringen” |