Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0193

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/193 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-annotazzjonijiet għall-Ukrajna fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta' ċerti prodotti lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/0513

    ĠU L 31, 4.2.2017, p. 13–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/193/oj

    4.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/13


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/193

    tat-3 ta' Frar 2017

    li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-annotazzjonijiet għall-Ukrajna fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta' ċerti prodotti lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2), 25(2) u 28(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (3) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' kunsinni tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha.

    (2)

    Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, sakemm dawk il-prodotti jkunu konformi mat-trattament imsemmi f'dik il-lista. Fejn pajjiżi terzi huma reġjonalizzati għall-finijiet tal-inklużjoni f'dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom huma stabbiliti fil-Parti I ta' dak l-Anness.

    (3)

    Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta' dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, elenkati mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur. Dan jistipula li dawk il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

    (5)

    Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 iqisu jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-mard f'dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, inkluż it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar għall-mard tat-tjur differenti, kif xieraq. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw il-prodotti għall-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni, huma stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment jitqies ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

    (6)

    L-Ukrajna hija elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu d-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati ta' tjur, annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija, annimali ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jkunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku “A” huma awtorizzati għat-territorju kollu tiegħu.

    (7)

    Barra minn hekk, l-Ukrajna hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati fit-territorju kollu tiegħu, l-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur.

    (8)

    Fit-30 ta' Novembru 2016, l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tagħha u għalhekk ma tistax tibqa' titqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna, għalhekk, m'għadhomx jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

    (9)

    Sussegwentement, fl-4 ta' Jannar 2017, l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fi stabbilimenti f'żewġ reġjuni oħra fit-territorju tagħha. L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna kkonfermaw li huma implimentaw politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

    (10)

    L-Ukrajna ppreżentat informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI u dik l-informazzjoni issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-garanziji pprovduti mill-Ukrajna, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur lejn iż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur fl-Unjoni.

    (11)

    Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, il-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati miksuba minn tjur, annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija, u għasafar tal-kaċċa selvaġġi miż-żona tal-Ukrajna milquta mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali, għallinqas għandu jsirilhom it-trattament “D” kif elenkat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (12)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 u d-Deċiżjoni 2007/777/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

    (13)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


    ANNESS I

    (1)

    Fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/777/KE, l-annotazzjoni li ġejja għall-Ukrajna tiddaħħal bejn l-annotazzjoni għar-Russja u l-annotazzjoni għall-Istati Uniti:

    Pajjiż

    Territorju

    Deskrizzjoni tat-territorju

    Kodiċi ISO

    Verżjoni

    “L-Ukrajna

    UA

    01/2016

    Il-pajjiż kollu

    UA-1

    01/2016

    Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna, ħlief iż-żona UA-2

    UA-2

    01/2016

    It-territorji tal-Ukrajna deskritti taħt UA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella.”;

    (2)

    Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-annotazzjoni għall-Ukrajna tinbidel b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.

    Annimali bovini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief għall-ħnieżer)

    Annimal domestiċi ovini/kaprini

    1.

    Annimali porċini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali domestiċi solipedi

    1.

    Tajr

    2.

    Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti)

    Annimali ratiti mrobbija

    Fniek domestiċi u liebri mrobbija

    Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer)

    Ħnieżer salvaġġi

    Annimali salvaġġi solipedi

    Leporidae salvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

    Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae)

    “UA

    L-Ukrajna UA

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    L-Ukrajna UA-1

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    XXX

    L-Ukrajna UA-2

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX”


    ANNESS II

    Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Ukrajna tinbidel b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

    Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

    Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

    Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

    Status tal-kontroll tas-salmonella (6)

    Mudell(i)

    Garanziji addizzjonali

    Data ta' għeluq (1)

    Data tal-ftuħ (2)

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    6 A

    6B

    7

    8

    9

    “UA — L-Ukrajna

    UA-0

    Il-pajjiż kollu

    EP, E

     

     

     

     

     

     

     

    UA-1

    Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna minbarra ż-żona UA-2

    WGM

     

     

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

     

     

     

     

     

     

    UA-2

    Iż-żona tal-Ukrajna li tikkorrispondi għal:

     

     

     

     

     

     

     

     

    UA-2.1

    Kherson Oblast (reġjun)

    WGM

     

    P2

    30.11.2016

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    P2

    30.11.2016

     

     

     

     

    UA-2.2

    Odessa Oblast (reġjun)

    WGM

     

    P2

    4.1.2017

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    P2

    4.1.2017

     

     

     

     

    UA-2.3

    Chernivtsi Oblast (reġjun)

    WGM

     

    P2

    4.1.2017

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    P2

    4.1.2017”

     

     

     

     


    Top