Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1012

    Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66–143 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1012/oj

    29.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 171/66


    REGOLAMENT (UE) 2016/1012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-8 ta' Ġunju 2016

    dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    It-tnissil ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, f'termini ekonomiċi u soċjali, tokkupa post strateġiku fl-agrikoltura fl-Unjoni u tikkontribwixxi għall-wirt kulturali tal-Unjoni. Din l-attività agrikola, li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni, hija għajn ta' dħul għall-komunità agrikola. It-tnissil ta' annimali ta' dawk l-ispeċi jiġipromoss billi jiġi nkuraġġit l-użu ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil jew ħnieżer tat-tnissil ibridi ta' kwalità ġenetika għolja reġistrata.

    (2)

    Konsegwentement, bħala parti mill-politika agrikola tagħhom, l-Istati Membri, għamlu ħilithom b'mod konsistenti, biex jippromwovu il-produzzjoni ta' bhejjem b'karatteristiki ġenetiċi partikolari billi jiffissaw standards, u xi kultant jagħmlu dan permezz ta' investiment pubbliku. Id-disparitajiet bejn dawk l-istandards, għandhom il-potenzjal li joħolqu ostakli tekniċi għall-kummerċ tal-annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, kif ukoll ostakli tekniċi għad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

    (3)

    Il-qafas legali għal-liġi tal-Unjoni dwar it-tnissil ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina u ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi hija pprovduta mill-Direttivi 88/661/KEE (3),89/361/KEE (4), 90/427/KEE tas- (5), 91/174/KEE (6), 94/28/KE (7) u 2009/157/KE (8) leġis. L-għan ta' dawn id-Direttivi kien l-iżvilupp tat-tnissil tal-bhejjem fl-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiġi rregolat il-kummerċ u d-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, biex b'hekk tinżamm il-kompetittività tas-settur tal-annimali għat-tnissil tal-Unjoni.

    (4)

    Id-Direttivi tal-Kunsill 87/328/KEE (9), 90/118/KEE (10) u 90/119/KEE (11) ġew adottati biex jipprevjenu lill-Istati Membrimilli jżommu jew jadottaw regoli nazzjonalirelatati mal-aċċettazzjoni għal finijiet tat-tnissil ta' annimali għat-tnissil tal-ispeċi bovina u porċina u mal-produzzjoni u l-użu tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom li jistgħu jikkostitwixxu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq il-kummerċ jew ostakolu għalih, kemm jekk fil-każ ta' servizz naturali, inseminazzjoni artifiċjali jew fil-każ ta' ġbir ta' semen, ooċiti jew embrijuni.

    (5)

    Abbażi tad-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE msemmijin fil-Premessa 3, il-Kummissjoni, wara li kkonsultat mal-Istati Membri permezz tal-Kumitat Żootekniku Permanenti mwaqqaf bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/505/KEE (12), adottat għadd ta' deċiżjonijiet li jistipulaw kriterji speċifiċi skont l-ispeċi għall-approvazzjoni jew ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet tat-tnissil u assoċjazzjonijiet ta' nissiela, għad-dħul ta' annimali għat-tnissil fir-reġistri tal-imrieħel, tal-bhejjem u taż-żwiemel tar-razza, għall-aċċettazzjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ovina u kaprina għat-tnissil u l-inseminazzjoni artifiċjali, għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika tal-annimali għat-tnissil tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina u kaprina u għall-istabbiliment ta' ċertifikati ta' pedigree jew żootekniċi għall-kummerċ fl-annimali għat-tnissil u fil-prodotti ġerminali tagħhom.

    (6)

    Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll lista ta' korpi tat-tnissil f'pajjiżi terzi u ċ-ċertifikati mudell ta' pedigree jew żootekniċi għad-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom.

    (7)

    Id-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE jixxiebhu ħafna fl-istruttura u l-kontenut. Diversi minn dawk id-Direttivi ġew emendati matul iż-żmien. Fl-interess tas-simpliċità u l-konsistenza tal-liġi tal-Unjoni, ikun xieraq li jiġu ssimplifikati r-regoli tal-Unjoni stipulati f'dawk id-Direttivi.

    (8)

    Matul l-aħħar għoxrin sena, il-Kummissjoni kellha twieġeb għal għadd sinifikanti ta' lmenti mqajma, minn nissiela u minn operaturi li jwettqu programmi ta' tnissil,relatati mat-traspożizzjoni u l-interpretazzjoni nazzjonali tal-atti legali tal-Unjoni dwar it-tnissil tal-annimali fi Stati Membri differenti. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-Unjoni dwar annimali għat-tnissil u sabiex jiġu evitati l-ostakoli għall-kummerċ f'annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom li jiġu minn diverġenzi fit-traspożizzjoni nazzjonali ta' dawk id-Direttivi, il-kondizzjonijiet żootekniċi u tat-tnissil għall-kummerċ fl-annimali għat-tnissil u fil-prodotti ġerminali tagħhom u għad-dħul tagħhom fl-Unjoni għandhom jiġu stipulati f'Regolament.

    (9)

    Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li, sabiex titħaffef l-applikazzjoni tar-regoli previsti f'dawk id-Direttivi, formulazzjoni iktar preċiża ta' kliem jeħtieġ li jintuża f'għadd ta' dispożizzjonijiet tagħhom flimkien ma' terminoloġija konsistenti li tkun standard fl-Istati Membri kollha. Għal finijiet ta' ċarezza u konsistenza tal-liġi tal-Unjoni, ikun jixraq ukoll li jingħataw aktar definizzjonijiet, inkluża definizzjoni ta' “razza”.

    (10)

    L-isforzi biex tinkiseb il-kompetittività fis-settur tat-tnissil tal-annimali m'għandhomx iwasslu għall-għajbien ta' razez b'karatteristiċi li jkunu adatti għal kuntesti bijofiżiċi partikolari. Jekk il-popolazzjoni tagħhom tkun żgħira wisq, razez lokali jistgħu jkunu f'riskju li jitilfu d-diversità ġenetika. Bħala parti importanti mill-bijodiversità agrikola, ir-riżorsi ġenetiċi tal-annimali jipprovdu bażi essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tal-bhejjem u joffru opportunitajiet biex l-annimali jiġu adattati għal ambjenti, kondizzjonijiet tal-produzzjoni u d-domanda tas-suq u tal-konsumatur li qed jinbidlu. L-atti legali tal-Unjoni dwar it-tnissil ta' annimali għalhekk għandha tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali, għall-protezzjoni tal-bijodiversità u għall-produzzjoni ta' prodotti reġjonali tipiċi ta' kwalità li joqogħdu fuq il-karatteristiċi ereditarji speċifiċi ta' razez lokali ta' annimali domestiċi. L-atti legali tal-Unjoni għandhom ukoll jippromwovu programmi vijabbli ta' tnissil għat-titjib tar-razez, u partikolarment fil-każ ta' razez li jkunu fil-periklu ta' estinzjoni jew ikunu razez awtoktoni li ma jinstabux spiss fl-Unjonigħall-preservazzjoni tar-razez u l-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fir-razez innifishom u bejn razza u oħra.

    (11)

    Permezz tal-għażla u tat-tnissil inkiseb progress sinifikanti fl-iżvilupp tal-karatteristiċi relatati mal-produttività tal-annimali fl-irziezet, ħaġa li wasslet għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni fil-livell tal-irziezet. Madankollu, f'xi każijiet dan wassal, għal effetti sekondarji mhux mixtieqa li qajjem tħassib f'soċjetà dwar il-benessri tal-annimali u l-kwistjonijiet relatati mal-ambjent. L-applikazzjoni tal-ġenomika u l-użu tat-teknoloġiji avvanzati ta' informazzjoni, bħat-“trobbija bi preċiżjoni tal-bhejjem” (precision livestock farming) li tippermetti li settijiet kbar ta' data dwar karatteristiċi alternattivi,li huma relatati direttament jew indirettament mal-benessri tal-annimali u ma' kwistjonijiet ta' sostenibilità jiġu rrekordjati, għandhom potenzjal konsiderevoli biex jiġi indirizzat it-tħassib fis-soċjetà u biex jintlaħqu l-objettivi tat-trobbija sostenibbli tal-annimali f'termini ta' effiċjenza mtejba fl-użu tar-riżorsi, u r-reżiljenza mtejba u s-saħħa tal-annimali. Il-ġbir ta' data dwar dawn il-karatteristiċi alternattivi għandu jikseb importanza fil-qafas ta' programmi ta' tnissil u għandu jingħata prominenza akbar fid-definizzjoni ta' objettivi ta' għażla. F'dan il-kuntest, ir-riżorsi ġenetiċi ta' razez fil-periklu għandhom jitqiesu bħala riserva ta' ġeni li potenzjalment jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet ta' benessri tal-annimali u ta' sostenibilità.

    (12)

    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-annimali għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u tal-ispeċi ekwina u l-prodotti ġerminali tagħhom fejn ikun maħsub li dawn l-annimali jew il-frieħ li jirriżultaw minn dawk il-prodotti ġerminali jiddaħħlu bħala annimali ta' razza pura għat-tnissil fi ktieb tat-tnissil jew reġistrati bħala ħnieżer tat-tnissil ibridi, f'reġistru tat-tnissil, b'mod partikolari bil-ħsieb ta' kummerċ fl-Unjoni, inkluż fi Stat Membru, jew tad-dħul fl-Unjoni ta' dawn l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom.

    (13)

    It-terminu “annimal tat-tnissil” jew “annimal ta' razza pura għat-tnissil” ma għandux jinftiehem bħala li jkopri biss annimali li għadhom ikollhom il-funzjoni riproduttiva tagħhom. Fil-fatt, l-annimali kastrati jistgħu jikkontribwixxu bir-rekords ġenealoġiċi u żootekniċi tagħhom lejn il-valutazzjoni tal-kwalità ġenetika tal-popolazzjoni għat-tnissil u b'hekk għall-integrità tal-klassifikazzjonijiet tal-annimali għat-tnissil ibbażati fuq dawn ir-riżultati. Skont l-objettivi tal-programm ta' tnissil, nuqqas ta' jew telf ta' data li jirriżultaw minn l-esklużjoni espliċita ta' annimali kastrati minn dħul fi ktieb jew reġistru tat-tnissil x'aktarx li jippreġudikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità ġenetika tal-annimali għat-tnissil li huma ġenetikament relatati ma' dawk ta' annimali kastrati.

    (14)

    L-għan tar-regoli dwar annimali ta' razza pura għat-tnissil stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jkun li jagħtu aċċess għall-kummerċ abbażi ta' prinċipji maqbula applikabbli għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil li jiġġestixxu razez u għall-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll regoli li jirregolaw id-dħul ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil fit-taqsima ewlenija tal-kotba tat-tnissil u, meta huma jkunu jeżistu, fil-klassijiet differenti ta' mertu tat-taqsima ewlenija. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika u regoli għall-aċċettazzjoni ta' annimali għat-tnissil kif ukoll il-kontenut taċ-ċertifikati żootekniċi.

    (15)

    Bl-istess mod, l-għan tar-regoli dwar il-ħnieżer tat-tnissil ibridi stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jkun li jagħtu aċċess għall-kummerċ abbażi ta' prinċipji maqbula applikabbli għar-rikonoxximent ta' entitajiet tat-tnissil li jimmaniġġjaw razez, linji jew inkroċji fir-razez differenti tal-ispeċi porċina u għall-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil tagħhom. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-reġistrazzjoni tal-ħnieżer tat-tnissil ibridi fir-reġistri tat-tnissil. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika u regoli għall-aċċettazzjoni tal-ħnieżer tat-tnissil ibridi kif ukoll il-kontenut taċ-ċertifikati żootekniċi.

    (16)

    Mhuwiex xieraq li kwistjonijiet relatati mal-klonazzjoni jiġu trattati f'dan ir-Regolament.

    (17)

    Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat approċċ armonizzat għall-kummerċ u d-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, kif ukoll għall-kontrolli uffiċjali li jkun meħtieġ li jsiru għall-programmi ta' tnissil imwettqin minn soċjetajiet tat-tnissil u entitatjiet tat-tnissil, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effett, il-kumplessità, il-karattru transkonfinali u internazzjonali tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak il-għan.

    (18)

    Il-kwalità tas-servizzi pprovduti mis-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil u l-mod kif huma jevalwaw u jikklassifikaw l-annimali għat-tnissil għandhom impatt fuq il-kwalità u l-eżattezza tal-informazzjoni żooteknika u ġenealoġika miġbura jew determinata fir-rigward ta' dawk l-annimali u l-valur tagħhom fis-suq. Konsegwentement, għandhom jiġu stabbiliti regoli għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil u l-approvazzjoni tal-programmi tagħhom ta' tnissil abbażi ta' kriterji armonizzati tal-Unjoni. Dawk ir-regoli għandhom jkopru wkoll is-superviżjoni tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex ikun żgurat li r-regoli stabbiliti mis-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil ma jwasslux għal disparitajiet bejn il-programmi ta' tnissil, b'hekk jinħolqu ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-Unjoni.

    (19)

    Proċeduri simili għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE għall-elenkar tas-soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti u l-entitajiet tat-tnissil, inklużi l-aġġornament, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni tal-listi, għandhom ikunu previsti f'dan ir-Regolament.

    (20)

    Il-programmi ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil jitwettqu bl-għan ġenerali li jitjiebu, b'mod sostenibbli l-karatteristiċi, tal-produzzjoni u tan-nonproduzzjoni tal-annimali ta' razza jew biex tiġi preservata razza. Dawk il-programmi ta' tnissil għandhom ikopru numru kbir biżżejjed ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil miżmuma minn nissiela li, permezz tat-tnisssil u tal-għażla jippromwovu u jiżviluppaw karatteristiċi mixtieqa f'dawk l-annimali jew jiggarantixxu l-preservazzjoni tar-razza, skont l-objettivi li huma aċċettati komunement min-nissiela parteċipanti. Bl-istess mod, il-programmi ta' tnissil li jikkonċernaw ħnieżer tat-tnissil ibridi jitwettqu bil-fini li jiżviluppaw karatteristiċi mixtieqa permezz ta' tnissil inkroċjat intenzjonat bejn razez differenti, linji jew inkroċji ta' ħnieżer. It-tnissil tal-annimali (annimali ta' razza pura jew ibridi) li jieħdu sehem fi programm ta' tnissil jiddaħħlu fi ktieb jew reġistru tat-tnissil, inkluż informazzjoni dwar l-axxendenti tagħhom, u, skont l-objettivi tat-tnissil stabbiliti fil-programm ta' tnissil, isirilhom kontroll tal-prestazzjoni jew kwalunkwe evalwazzjoni oħra li jirriżulta fir-reġistrar tad-data dwar il-karatteristiċi b'rabta mal-objettivi ta' dak il-programm ta' tnissil. Meta dan ikun speċifikat fil-programm ta' tnissil, l-evalwazzjoni ġenetika ssir sabiex jiġi stmat il-valur tat-tnissil tal-bhejjem li jistgħu jiġu kklassifikati skont dan. Dawk il-valuri tat-tnissil u r-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni ġenealoġika, jiffurmaw il-bażi għat-tnissil u l-għażla.

    (21)

    Id-dritt ta' rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil li tissodisfa l-kriterji stabbiliti għandu jkun prinċipju fundamentali tal-liġi tal-Unjoni dwar it-tnissil ta' annimali u tas-suq intern. Il-protezzjoni tal-attività ekonomika ta' soċjetà tat-tnissil eżistenti rikonoxxuta m'għandhiex tiġġustifika r-rifjut min-naħa tal-awtorità kompetenti li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil oħra għall-istess razza jew il-ksur tal-prinċipji li jirregolaw is-suq intern. L-istess jgħodd għall-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil ieħor, jew għall-approvazzjoni tal-estensjoni ġeografika ta' programm eżistenti ta' tnissil, li jitwettaq fuq l-istess razza jewfuq annimali għat-tnissil tal-istess razza li jistgħu jintgħażlu minn fost il-popolazzjoni tat-tnissil tas-soċjetà tat-tnissil li diġà qed twettaq programm ta' tnissil għaldik r-razza. Madankollu, meta fi Stat Membru soċjetà tat-tnissil rikonoxxuta, waħda jew iktar diġà qed twettaq programm ta' tnissil approvat għal razza speċifika, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha, f'ċerti każijiet speċifiċi, titħalla tirrifjuta milli tapprova programm ta' tnissil ieħor għall-istess razza, anke jekk dak il-programm ta' tnissil jissodisfa r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-approvazzjoni. Raġuni waħda għar-rifjut tista' tkun li l-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil ieħor għall-istess razza jikkomprometti l-preservazzjoni ta' dik ir-razza jew id-diversità ġenetika fi ħdan dik ir-razza f'dak l-Istat Membru. B'mod partikolari, il-preservazzjoni ta' dik ir-razza tista' tiġi kompromessa bħala riżultat tal-frammentazzjoni tal-popolazzjoni tat-tnissil li possibilment twassal għal livell ogħla ta' tnissil bejn annimali tal-istess demm, għal żieda fl-inċidenza ta' difetti ġenetiċi osservati, għal telf fil-potenzjal tal-għażla jew aċċess imnaqqas tan-nissiela għal annimali ta' razza pura għat-tnissil jew għall-prodotti ġerminali tagħhom. Raġuni oħra għar-rifjut tista' tkun marbuta mal-inkonsistenzi fil-karatteristiċi definiti tar-razza jew fl-objettivi prinċipali ta' dawk il-programmi ta' tnissil. Fil-fatt, indipendentement mill-għan tal-programm ta' tnissil, jiġifieri l-preservazzjoni tar-razza jew it-titjib tar-razza, l-awtorità kompetenti għandha tkun tista' tirrifjuta l-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil ieħor għall-istess razza meta d-differenzi bejn l-objettivi ewlenin taż-żewġ programmi ta' tnissil jew bejn l-elementi essenzjali tal-karatteristiċi tar-razza definiti f'dawk il-programmi ta' tnissil, jistgħu jirriżultaw f'telf ta' effiċjenza f'termini ta' progress ġenetiku għal dawk l-objettivi jew dawk il-karatteristiċi jew kwalunkwe karatteristiċi korrelatati, jew meta skambju ta' annimali bejn iż-żewġ popolazzjonijiet ta' tnissil ikollu riskju ta' għażla jew ta' tnissil żejda ta' dawk il-karatteristiċi essenzjali għall-popolazzjoni inizjali ta' tnissil. Fl-aħħar nett, fil-każ ta' razza fil-periklu jew razza awtoktona li mhux komuni li tinstab f'territorju wieħed jew aktar tal-Unjoni, awtorità kompetenti għandha wkoll titħalla tirrifjuta l-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil ieħor għall-istess razza għar-raġuni li dak il-programm ta' tnissil ieħor jista' jostakola l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta' tnissil eżistenti, b'mod partikolari minħabba nuqqas ta' koordinazzjon, u skambju ta' informazzjoni ġenealoġika u żooteknika li jirriżultaw f'nuqqas ta' benefiċċji minn evalwazzjoni komuni tad-data miġbura dwar dik ir-razza. F'każ ta' rifjut tal-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil, l-awtorità kompetenti għandha dejjem tipprovdi spjegazzjoni raġunata lill-applikanti u tagħtihom id-dritt li jappellaw kontra dak ir-rifjut.

    (22)

    In-nissiela għandu jkollhom id-dritt li jfasslu u jimplimentaw programm ta' tnissil għall-użu tagħhom stess, mingħajr ma' dak il-programm ta' tnissil ma jkollu jkun approvat mill-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, kull Stat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandhom iżommu l-possibilità li jirregolaw dawk l-attivitajiet, b'mod partikolari hekk kif tali programm ta' tnissil iwassal għal tranżazzjonijiet kummerċjali fir-rigward ta' annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali tagħhom jew jipperikola programm ta' tnissil approvat diġà eżistenti għal għal dik l-istess razza.

    (23)

    Jekk l-għan tal-programm ta' tnissil huwa li jippreserva r-razza, ir-rekwiżiti tal-programm ta' tnissil jistgħu jiġu kkumplimentati minn miżuri ta' preservazzjoni ex situ u in situ jew kwalunkwe għodda oħra għall-monitoraġġ tal-istatus tar-razza li tiżgura preservazzjoni sostenibbli u fit-tul ta' dik ir-razza. Għandu jkun possibbli li dawk il-miżuri jiġu stipulati fil-programm ta' tnissil.

    (24)

    L-assoċjazzjonijiet tan-nissiela, l-organizzazzjonijiet tat-tnissil, inklużi l-organizzazzjonijiet tat-tnissil li huma mpriżi privati, jew il-korpi pubbliċi, għandhom jiġu rikonoxxuti biss bħala soċjetajiet tat-tnissil meta jkollhom nissiela li jieħdu sehem fil-programmi ta' tnissil tagħhom u meta huma jiżguraw li dawk in-nissiela jkollhom il-libertà fl-għażla u fit-tnissil tal-annimali ta' razza pura għat-tnissil tagħhom, id-dritt li jiddaħħlu frieħ li jitnisslu minn dawk l-annimali fil-kotba tat-tnissil tagħhom u l-possibilità ta' sjieda ta' dawk l-annimali.

    (25)

    Qabel l-implimentazzjoni ta' bidliet fil-programm ta' tnissil approvat, soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil għandhom jissottomettu dawk il-bidliet lill-awtorità kompetenti li tkun irrikonoxxiet lil dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ għall-awtorità kompetenti u għas-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil, dawk il-bidliet biss li aktarx li jaffettwaw sostanzjalment il-programm ta' tnissil għandhom jiġu kkomunikati mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-entità tat-tnissil lill-awtorità kompetenti. Dawk il-bidliet għandhom, b'mod partikolari, jkopru l-estensjoni tat-territorju ġeografiku, bidliet fl-għan jew fl-objettivi tal-għażla u t-tnissil tal-programm ta' tnissil, bidliet fid-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tar-razza jew fid-delegazzjoni ta' kompiti lil partijiet terzi, kif ukoll bidliet kbar fis-sistema ta' reġistrazzjoni ta' pedigrees jew fil-metodi użati għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika u kwalunkwe bidla oħra li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala modifika sostanzjali tal-programm ta' tnissil. Irrispettivament mit-tressiq obbligatorju ta' bidliet sinifikanti lill-awtorità kompetenti, is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil, għandhom fuq talba tal-awtorità kompetenti, jipprovduha b' verżjoni aġġornata tal-programm ta' tnissil.

    (26)

    Meta jkun hemm ħtieġa rikonoxxuta li jinżamm jew li jiġi promoss l-iżvilupp ta' razza f'ċertu territorju jew fil-każ ta' razza fil-periklu, l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-possibilità li twettaq, fuq bażi temporanja, programm ta' tnissil għal dik ir-razza, sakemm l-ebda programm ta' tnissil ma jkun diġa effettivament fis-seħħ għal dik ir-razza. Awtorità kompetenti li twettaq tali programm ta' tnissil madankollu, m'għandhiex jkollha aktar dik il-possibilità jekk huwa possibbli għall-programm ta' tnissil li jiġi mgħoddi lil operatur li jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta ta' dak il-programm ta' tnissil.

    (27)

    Minħabba li l-preservazzjoni ta' razez fil-periklu ta' estinzjoni tirrikjedi l-istabbiliment u r-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil b'għadd limitat ta' annimali għat-tnissil li jipparteċipaw fil-programmi ta' tnissil tagħhom, id-daqs tal-popolazzjoni tat-tnissil m'għandux, b'mod ġenerali, jitqies bħala rekwiżit essenzjali għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil li jiġġestixxu razez fil-periklu ta' estinzjoni jew għall-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil tagħhom, b'mod partikolari billi r-rikonoxximent isir fil-livell nazzjonali.

    (28)

    Għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar il-promozzjoni mit-taqsima supplimentari għat-taqsima ewlenija u dwar derogi għall-kontroll tal-ittestjar tal-prestazzjoni u tal-evalwazzjoni ġenetika,sabiex jitqies l-istatus speċifiku tar-razez fil-periklu ta' estinzjoni.

    (29)

    L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE (13), li għandha l-objettivi, b'mod partikolari, tal-preservazzjoni tad-diversità bijoloġika, l-użu sostenibbli tal-elementi tagħha u l-kondivizjoni ġusta u ekwitabbli tal-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi. Din il-Konvenzjoni tippreċiża li l-partijiet kontraenti għandhom drittijiet sovrani fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tagħhom u li huma responsabbli mill-preservazzjoni tad-diversità bijoloġika tagħhom u mill-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tagħhom. L-Unjoni hija wkoll parti mill-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għar-Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/283/UE (14). Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jqis, meta applikabbli, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, kif ukoll il-Protokoll ta' Nagoya u għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)

    (30)

    Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed għandu jkollhom il-possibilità jimplimentaw il-programm ta' tnissil approvat tagħhom fi Stat Membru ieħor wieħed jew aktar biex ikun żgurat l-aqwa użu possibbli fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil ta' valur ġenetiku għoli. Għal dan il-għan proċedura simplifikata ta' notifika għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor tkun taf bl-intenzjoni li jitwettqu attivitajiet transkonfinali. Madankollu, iċ-ċaqliq staġjonali ta' annimali għat-tnissil fi ħdan il-fruntieri ta' Stat Membru jew li jseħħ f'diversi Stati Membri, m'għandux jinvolvi b'mod mandatorju l-estensjoni tat-territorju ġeografiku.

    (31)

    Il-kooperazzjoni transkonfinali bejn is-soċjetajiet tat-tnissil u bejn l-entitajiet tat-tnissil li jkunu jixtiequ jidħlu fiha għandha tiġi ffaċilitata, filwaqt li tiġi żgurata l-intraprenditorija libera u l-eliminazzjoni ta' ostakoli għall-moviment liberu tal-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom.

    (32)

    Billi awtorità kompetenti jista' jkollha tapprova diversi programmi ta' tnissil li jitwettqu minn soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil rikonoxxuta minnha u billi awtorità kompetenti jista' jkollha tapprova l-estensjoni fit-territorji tagħha ta' programmi ta' tnissil li jitwettqu minn soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor, ir-rikonoxximent tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-entità tat-tnissil għandu jkun separat mill-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil tagħha. Madankollu, meta tevalwa applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil, l-awtorità kompetenti għandha wkoll tingħata applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' mill-inqas programm ta' tnissil wieħed.

    (33)

    Minn diversi lmenti li l-Kummissjoni kellha tittratta fis-snin preċedenti, jidher li dan ir-Regolament għandu jipprovdi regoli ċari li jirregolaw ir-relazzjoni bejn is-soċjetà tat-tnissil li tistabbilixxi reġistru tad-dixxendenti għal razza partikolari ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina u s-soċjetà tat-tnissil li tiddikjara li tkun stabilixxiet il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini ta' dik ir-razza.

    (34)

    Huwa meħtieġ li tkun iċċarata r-relazzjoni bejn nissiela u soċjetajiet tat-tnissil b'mod partikolari biex ikun żgurat id-dritt tagħhom li jieħdu sehem fil-programm ta' tnissil fit-territorju ġeografiku li jkunu ġew approvati għaliha u, meta tkun prevista s-sħubija, li jkun żgurat li dawk in-nissiela għandhom id-dritt li jkunu membri. Is-soċjetajiet tat-tnissil għandu jkollhom regoli fis-seħħ biex jiġi riżolt it-tilwim ma' nissiela li jieħdu sehem fi programm ta' tnissil tagħhom u biex jiżguraw li dawk in-nissiela jkunu ttrattati b'mod ugwali. Huma għandhom ukoll jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom stess kif ukoll dawk tan-nissiela li jieħdu sehem fil-programmi ta' tnissil tagħhom.

    (35)

    In-nissiela li l-annimali għat-tnissil tagħhom jiġu mċaqalqa staġjonalment ġewwa l-fruntiera ta' Stat Membru jew żona bejn il-fruntieri nazzjonali għandu jkollhom id-dritt li jkomplu jipparteċipaw fil-programm ta' tnissil sakemm il-kwartieri ġenerali tal-azjenda tagħhom tkun tinsab fit-territorju ġeografiku ta' dak il-programm ta' tnissil.

    (36)

    Is-sitwazzjoni speċifika prevalenti fis-settur tal-ħnieżer tat-tnissil ibridi għandha titqies f'dan ir-Regolament. Il-parti l-kbira ta' impriżi privati fis-settur tal-ħnieżer tat-tnissil ibridi għandhom sistemi ta' produzzjoni magħluqa u jiġġestixxu l-istokk tat-tnissil tagħhom stess. Għalhekk għandu jsir provvediment għal għadd ta' derogi għal dawn l-impriżi, b'mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni minn nissiela fil-programm ta' tnissil u d-dritt biex jirreġistraw ħnieżer tat-tnissil ibridi fir-reġistri tat-tnissil.

    (37)

    Id-definizzjoni ta' “ħanżir tat-tnissil ibridu” tkopri annimali mill-livelli kollha fil-piramida tat-tnissil u l-għażla, li huma użati għall-ottimizzazzjoni tat-tnissil inkroċjat billi jitħalltu l-assi speċifiċi ta' ġenotipi differenti tagħhom u jisfruttaw l-effetti tal-eterożi. Skont il-livell tal-piramida tat-tnissil u l-għażla, “ħanżir tat-tnissil ibridu” tkopri razez, linji jew inkroċji. Għalhekk, mhux l-annimali kollha huma neċessarjament “ibridi” fis-sens tradizzjonali.

    (38)

    L-esperjenza miksuba, partikolarment fl-applikazzjoni tad-Direttiva 90/427/KEE, u limitatament anqas tad-Direttivi 89/361/KEE u 2009/157/KE, tindika li hemm ħtieġa ta' aktar regoli preċiżi għar-riżoluzzjoni effettiva ta' tilwimiet bejn in-nissiela min-naħa l-waħda u s-soċjetajiet tat-tnissil min-naħa l-oħra abbażi ta' regoli ta' proċedura u drittijiet u dmirijiet deskritti tan-nissiela li jkunu stabbiliti b'mod ċar. Dan jinkiseb bl-aħjar mod jekk il-kwistjonijiet jiġu riżolti fis-sistema legali tal-Istati Membri fejn jitfaċċjaw.

    (39)

    Is-soċjetajiet tat-tnissil li jistabbilixxu u jżommu kotba tat-tnissil għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, kif ukoll entitajiet tat-tnissil, minbarra mpriżi privati li joperaw f'sistemi magħluqa ta' produzzjoni, li jistabbilixxu u jżommu reġistri ta' razez għal ħnieżer tat-tnissil ibridi, għandhom idaħħlu annimali għat-tnissil fil-kotba tat-tnissil jew jirreġistrawhom fir-reġistri tat-tnissil mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-Istat Membru ta' oriġini tal-annimali jew ta' sidhom u, fejn dan ikun previst fil-programm ta' tnissil, għandhom jikklassifikaw lil dawk l-annimali skont il-merti tagħhom.

    (40)

    Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom ukoll jitħallew jistabbilixxu taqsimiet supplimentari għar-reġistrazzjoni tal-annimali li ma jissodisfawx il-kriterji ta' parentela iżda li huma ġudikati mis-soċjetajiet tat-tnissil li jikkonformaw mal-karatteristiċi tat-tnissil stabbiliti fil-programm ta' tnissil tar-razza kkonċernata, bil-għan li dawk l-annimali jitnisslu sussegwentement ma' annimali ta' razza pura għat-tnissil li jappartjenu għar-razza koperta mill-programm ta' tnissil sabiex il-wild jiġi promoss għat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil. Ir-regoli speċifiċi għall-promozzjoni tal-wild ta' dawk l-annimali għat-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni.

    (41)

    Il-promozzjoni tal-frieħ għat-taqsima ewlenija ta' kotba tat-tnissil għandha tkun permessa biss permezz ta' linja femminili, ħlief fil-każ tal-ispeċi ekwina. Madankollu, għal razza fil-periklu ta' estinzjoni tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u dik kaprina u għal razez “b'saħħithom” ta' nagħaġ li għalihom m'hemmx biżżejjed annimali maskili riproduttivi ta' razza pura, l-Istati Membrigħandu jkollhom il-possibilta' li jawtorizzaw li s-soċjetajiet tat- tnissil japplikaw regoli inqas stretti għall-promozzjoni tal-wild ta' dawk l-annimali rreġistrati f'taqsimiet supplimentari għat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil sabiex ikun evitat id-deterjorament ulterjuri tad-diversità ġenetika ta' dawk ir-razez. Bl-istess mod, għandhom jiġu pprovduti regoli speċjali li jippermettu r-rikostruzzjoni ta' razez li jkunu sparixxew jew li jinsabu f'periklu serju li jisparixxu. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn tali derogi għandhom jevalwaw b'attenzjoni l-istatus tar-riskju ta' dawk il-popolazzjonijiet ta' tnissil u jiżguraw ġestjoni sikura tar-riżorsi ġenetiċi.

    (42)

    Meta jkun meħtieġ li tinħoloq razza ġdida billi jiġu assoċjati l-karatteristiċi ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil minn razez differenti jew billi jitħalltu annimali bi grad suffiċjenti ta' xebħ fiżiku li diġà jirriproduċu bi stabilità ġenetika suffiċjenti biex huma jitqiesu li evolvew f'razza ġdida, is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom jingħataw il-possibilità li jistabbilixxu kotba tat-tnissil u li jwettqu programmi ta' tnissil għal dawk ir-razez ġodda.

    (43)

    Xejn f'dan ir-Regolament m'għandu jipprevjeni annimali rreġistrati fit-taqsima supplimentari ta' ktieb tat-tnissil ta' razza partikolari milli jaqgħu taħt l-ambitu tal-impenji tal-miżura agroambjentali tal-klima msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u li għalhekk ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom.

    (44)

    Għall-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu regoli fil-programmi ta' tnissil tagħhom li jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu ta' ċerti tekniki ta' riproduzzjoni u ta' ċerti annimali ta' razza pura għat-tnissil, inkluż l-użu tal-prodotti ġerminali tagħhom. Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom, per eżempju, ikunu jistgħujitolbu li l-wild jirriżulta minn tgħammir naturali biss. Is-soċjetajiet tat-tnissil li jagħmlu użu minn din il-projbizzjoni jew limitazzjoni għandhom jistabbilixxu dawn ir-regoli fil-programm ta' tnissil tagħhom bi qbil mar-regoli stabbiliti mis-soċjetà tat-tnissil li tkun qed iżżomm il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini.

    (45)

    L-annimali ta' razza pura għat-tnissil li jiddaħħlu fil-kotba tat-tnissil għandhom ikunu identifikati bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

    (46)

    Fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, ir-Regolament (UE) 2016/429 li l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-ispeċi ekwina, għandhom joħorġu dokument ta' identifikazzjoni permanenti unikuli għandu jkun speċifikat iktar mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati. Sabiex iċ-ċertifikat żootekniku jkun armonizzat kemm jista' jkun ma' dak id-dokument ta' identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja fir-rigward tal-kontenut u l-proċedura amministrattiva, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u l-kontenut ta' dokument ta' identifikazzjoni uniku għat-tul tal-ħajja għall-annimali tal-ispeċi ekwina.

    (47)

    L-eliġibilità ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina li jikkompetu internazzjonalment hija rregolata minn ftehimiet internazzjonali privati. Minħabba d-dimensjoni internazzjonali tal-industrija ekwina, il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati u ta' implimentazzjoni rilevanti, għandha tqis dawn il-ftehimiet, sabiex tinżamm l-eliġibilità ta' dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina li jikkompetu fil-livell internazzjonali.

    (48)

    L-aċċettazzjoni ta' annimali għat-tnissil għal finijiet ta' tnissil, u b'mod partikolari għal servizz naturali jew għal riproduzzjoni assistita għandha tkun irregolata fil-livell tal-Unjoni biex jiġu evitati l-ostakoli għall-kummerċ, b'mod partikolari meta tali annimali għat-tnissil ikun sarilhom kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika magħmulin b'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u b'mod partikolari fl-Anness III.

    (49)

    Huwa mifhum li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma m'għandhomx jużaw dan ir-Regolament sabiex jipprojbixxu, jirristrinġu jew jimpedixxu l-użu ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom għall-produzzjoni ta' annimali li ma jkunux maħsuba li jintużaw jew jiġu rreġistrati bħala annimali għat-tnissil fi ktieb tat-tnissil jew reġistru tat-tnissil.

    (50)

    Filwaqt li r-regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għal annimali għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u dik kaprina li ġew ittestjati għal ċertu għadd ta' karatteristiċi, id-diversi rekwiżiti għal razez, użanzi u għażliet differenti ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina sal-lum ma ħallewx li dawn jiġu armonizzati. Minflok, ir-regoli speċifiċi għar-razza għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika bħalissa huma stabbiliti mir-reġistru taż-żwiemel tar-razza dwar l-oriġini tar-razza.

    (51)

    Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, l-avvanzi xjentifiċi jew il-ħtieġa li jiġu ppreservati r-riżorsi ġenetiċi ta' siwi, is-setgħata' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 TFUE għandha tingħata lill-Kummissjonibiex temenda l-Anness III għal dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tkun tista' tistabbilixxi regoli uniformi u aktar dettaljati għall-kontroll tal-prestazzjoni u għall-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, ovina u dik kaprina.

    (52)

    Għandu jkun possibli li l-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika jsiru minn parti terza magħżula mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-entità tat-tnissil jew minn korp pubbliku anke awtorità li teżerċita din il-missjoni bħala kompitu sovran. Dik il-parti terza tista' tkun awtorizzata u evalwata mill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-programm ta' tnissil. Soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil li jesternalizzaw il-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika għandhom, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Istat Membru rilevanti jew mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, jibqgħu responsabbli biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għal dawk l-attivitajiet u għandhom jispeċifikaw it-terza parti nominata fil-programm ta' tnissil tagħha.

    (53)

    Skont, fost affarijiet oħra, l-ispeċi jew ir-razza, jista' jkun hemm bżonn ta' armonizzazzjoni jew titjib tal-metodi ta' kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil użati mis-soċjetajiet tat-tnissil jew mill-parti terza nominata minnhom. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tkun tista' tinnomina ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea. Sabiex, fejn meħtieġ, jiġi modifikat il-kompitu ta' dawn iċ-ċentri ta' referenza, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni. Dawk iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkwalifikaw għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, dawn il-kompiti jitwettqu miċ-Ċentru Interbull, sottokumitat permanenti tal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrazzjoni tal-Annimali (International Committee for Animal Recording — ICAR), li huwa ċ-ċentru ta' referenza tal-Unjoni Ewropea innominat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE (19).

    (54)

    Minbarra, sabiex jiġu appoġġjati s-soċjetajiet tat-tnissil li jiġġestixxu r-razez fil-periklu ta' estinzjoni, meta jkun hemm ħtieġa rikonoxxuta, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tkun tista' tinnomina ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea inkarigati bil-kompitu speċifiku tal-promozzjoni tal-istabbiliment jew l-armonizzazzjoni tal-metodi użati minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil. Sabiex, fejn meħtieġ, jiġi modifikat il-kompitu ta' dawn iċ-ċentri ta' referenza, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha ukoll tiġi delegata lill-Kummissjoni. Meta tinnomina dawk iċ-ċentri u tiddeskrivi l-kompiti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tqis kif jixraq l-attivitajiet tal-Punt Fokali Reġjonali Ewropew (ERFP) għar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali li ġie stabbilit fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni Globali għar-Riżorsi Ġenetiċi tal-Annimali fl-Ewropa u tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO). Il-metodi stabbiliti minn dawn iċ-ċentri m'għandhomx ikunu vinkolanti.

    (55)

    In-nissiela li jieħdu sehem fi programm ta' tnissil għandu jkollhom id-dritt li jirċievu ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil tagħhom koperti minn dak il-programm ta' tnissil u l-prodotti ġerminali ta' dawk l-annimali. Iċ-ċertifikati żootekniċi għandhom jakkumpanjaw lill-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom meta dawn jiġu nnegozjati jew jidħlu fl-Unjoni fid-dawl ta' dħul jew reġistrazzjoni ta' dawk l-annimali jew tal-wild magħmul minn dawk il-prodotti ġerminali f'kotba tat-tnissil jew f'reġistri tat-tnissil oħra. Iċ-ċertifikati żootekniċi għandhom jgħarrfu lin-nissiel bil-kwalità ġenetika u tal-pedigree tal-annimali miksuba. Tali ċertifikati għandhom, pereżempju, jinħarġu, meta jkun meħtieġ, biex jakkumpanjaw annimali għat-tnissil għal skopijiet ta' wirjiet jew meta jitpoġġew fi stazzjonijiet tal-ittestjar jew f'ċentri ta' inseminazzjoni artifiċjali.

    (56)

    Għandu jiġi mifhum li dan ir-Regolament ma jipprojbixxix li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu li, meta jiġi nnegozjat, is-semen ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina intiżi għall-inseminazzjoni artifiċjali fid-dawl tal-produzzjoni ta' annimali li m'humiex intiżi biex isiru annimali ta' razza pura għat-tnissil ikun akkumpanjat minn informazzjoni dwar il-kwalità u l-pedigree ta' dak l-annimal. B'mod ġenerali, billi dawn il-prodotti ġerminali ta' annimali għat-tnissil, u b'mod partikolari s-semen, u l-informazzjoni relatata dwar iċ-ċertifikati żootekniċi jsiru disponibbli wkoll għall-operaturi li jirriproduċu annimali mingħajr l-intenzjoni li l-wild tagħhom jiddaħħal fi ktieb tat-tnissil, huwa ttamat li l-kompetittività tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem tal-Unjoni jista' jiġi mtejjeb.

    (57)

    Id-dħul fl-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom huma importanti għall-agrikoltura tal-Unjoni. Id-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, għalhekk, għandhom isiru b'kondizzjonijiet li huma komparabbli mar-regoli applikabbli għall-kummerċ fl-Unjoni. Madankollu, l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom għandhom ikunu intitolati għall-inklużjoni fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil jew ta' reġistru tat-tnissil fl-Unjoni kemm-il darba l-livell tal-kontrolli imwettqa fil-pajjiż terz esportatur jiżgurawa l-istess ċertezza ta' dettalji tar-razza, u riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika bħal dawk tal-Unjoni u kemm-il darba dawk il-korpi tat-tnissil li jipprovdu dawk id-dettalji u riżultati jiddaħħlu f'lista miżmuma mill-Kummissjoni. Barra minn dan, il-korpi tat-tnissil fil-pajjiżi terzi għandhom, bħala kwistjoni ta' reċiproċità, jaċċettaw l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom mis-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil rispettivi rikonoxxuti fl-Unjoni.

    (58)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (20) jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi nomenklatura ta' merkanzija, jiġifieri “in-Nomenklatura Magħquda”, jew fil-forma mqassra “NM”, li tissodisfa f'daqqa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità u politiki oħra tal-Unjoni dwar l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' oġġetti. L-Anness I ta' dak ir-Regolament jelenka l-kodiċijiet tan-NM għall-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina u ta' semen bovin u jindika li dawn huma eżentati mir-rata konvenzjonali ta' dazji. F'dak il-każ, dawk l-annimali u l-prodotti ġerminali tagħhom għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikat żootekniku xieraq biex tkun ikkonfermata l-klassifikazzjoni tagħhom bħala annimali ta' razza pura għat-tnissil jew bħala prodotti ġerminali tagħhom. Fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, dawn għandu wkoll jkollhom magħhom dokument li jindika li huma se jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil minn soċjetà tat-tnissil jew se jiġu rreġistrati f'reġistru tat-tnissil miżmum minn entità tat-tnissil.

    (59)

    Malli jidħlu fl-Unjoni dawk l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom għandhom jagħmlu l-kontrolli veterinarji skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE (21) u 97/78/KE (22). Fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil għandhom isirulhom ukoll il-kontrolli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni tar-rata konvenzjonali tad-dazju għal annimali ta' razza pura għat-tnissil.

    (60)

    Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament u dwar attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li huma adattati għas-settur tat-tnissil tal-annimali. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibilità li jwettqu kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi kollha li huma soġġetti għar-regoli ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fuq soċjetajiet tat-tnissil, entitajiet tat-tnissil, partijiet terzi li jwettqu kontrolli tal-prestazzjoni jew evalwazzjonijiet ġenetiċi, fuq ċentri ta' ġbir u ħżin tas-semen, fuq ċentri ta' ħżin tal-embrijuni, u fuq timijiet ta' ġbir jew produzzjoni tal-embrijuni.

    (61)

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali sabiex jivverifikaw il-konformità mar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti fil-programm ta' tnissil approvat. Dawk il-kontrolli jistgħu jinkludu l-ispezzjoni ta' tagħmir użat għall-kontroll tal-prestazzjoni jew għall-verifika tal-proċeduri stabbiliti għar-reġistrazzjoni tad-data żootekniċi u dwar it-tnissil jew l-eżami ta' dokumenti jew sistemi użati għall-ħżin u l-ipproċessar ta' tali data miġbura dwar l-annimali għat-tnissil. Dak l-eżami jista' jqis il-verifiki tal-kwalità jew is-sistemi ta' kontroll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-data rreġistrati bħal kontrolli tal-parentela li jsiru sabiex tiġi vverifikata r-razza tal-annimal. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu kontrolli uffiċjali fil-binjiet u l-uffiċċji u fuq it-tagħmir tan-nissiela, is-soċjetajiet tat-tnissil jew l-entitajiet tat-tnissil kif ukoll fuq l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali miġbura minn dawk l-annimali għat-tnissil koperti mill-programm ta' tnissil.

    (62)

    Fejn, f'dan ir-Regolament, issir referenza għal “attivitajiet uffiċjali oħra”, dan, għandu jiġi nterpretat li jkopri r-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil, l-approvazzjoni ta' programmi ta' tnissil jew il-provvediment ta' assistenza lil Stati Membri oħra u lil pajjiżi terzi.

    (63)

    Għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom stipulati f'dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkooperaw bejniethom u jipprovdu assistenza amministrattiva kull meta jkun meħtieġ. Skont dan, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġenerali f'dan ir-Regolament dwar l-assistenza amministrattiva u l-kooperazzjoni, simili għal dawk stabbiliti bħalissa fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), bl-adattamenti meħtieġa.

    (64)

    Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tadotta, fejn ikun hemm evidenza li f'pajjiż terz ikun hemm nuqqas serjuu mifrux ta'konformità mal-liġital-Unjoni dwar it-tnissil ta' annimali, miżuri speċjali biex tillimita l-impatt ta' tali nuqqas ta' konformità.

    (65)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom ukoll is-setgħat meħtieġa biex jinforzaw r-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi dwar l-annimali għat-tnissil stipulati f'dan ir-Regolament, inkluża s-sospensjoni tal-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil jew l-irtirar tar-rikonoxximent ta' soċjetà tat-tnissil jew ta' entità tat-tnissil fil-każ ta' nonkonformità mar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament.

    (66)

    Il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli fl-Istati Membri kif jixraq, fost l-oħrajn fid-dawl tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqin mill-Istati Membri, biex tiżgura l-applikazzjoni tar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha.

    (67)

    Il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli f'pajjiżi terzi kif xieraq, bil-ħsieb li tistabbilixxi lista ta' korpi tat-tnissil mill-pajjiżi terzi li minnhom għandu jiġi permess id-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom, bil-ħsieb tat-tfassil tal-kondizzjonijiet għad-dħul tagħhom fl-Unjoni u bil-ħsieb li tiksebl-informazzjoni żooteknika u ġenealoġika relatata mal-funzjonament ta' ftehimiet ta' ekwivalenza.Il-Kummissjoni għandha wkoll twettaq kontrolli fil-pajjiżi terzi meta dan ikun iġġustifikat minn kwalunkwe problema rikorrenti jew emerġenti fir-rigward tal-annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali tagħhom.

    (68)

    Il-verifika tal-konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament permezz ta' kontrolli uffiċjali hija ta' importanza fundamentali biex jiġi żgurat li, madwar l-Unjoni, l-objettivi ta' dan ir-Regolament jintlaħqu b'mod effettiv. In-nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll ta' Stat Membru jistgħu, f'ċerti każijiet, ifixklu serjament l-ilħiq ta' dawk l-objettivi, u jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' nuqqas serju u mifrux ta' konformità ma' dawn ir-regoli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirreaġixxi għan-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' kontrolli ta' Stat Membri billi tadotta miżuri applikabbli sakemm l- Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jirrimedja t-tfixkil. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-projbizzjoni jew l-infurzar ta' kondizzjonijiet speċjali għall-kummerċ ta' annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali tagħhom jew kwalunkwe miżura oħra li l-Kummissjoni jidhrilha li tkun xierqa biex jiġi indirizzat dak il-ksur mifrux.

    (69)

    Peress li d-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE għandhom jiġu mħassra u sostitwiti b'dan ir-Regolament, huwa wkoll meħtieġ li jiġu revokati l-atti tal-Kummissjoni adottati skont dawk id-Direttivi u li jiġu sostitwiti, fejn meħtieġ, jew b'atti delegati jew b'atti ta' implimentazzjoni adottati skont is-setgħat rispettivi mogħtija f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, dawk l-atti tal-Kummissjoni għandhom jiġu mħassra u fejn meħtieġ, sostitwiti.

    (70)

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament u biex dan jiġi ssupplimentat, jew biex jiġu emendati l-Annessi tiegħu, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istipular tar-rekwiżiti għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika, il-kompiti taċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea u r-rekwiżiti għalihom, u l-kontenut u l-format taċ-ċertifikati żootekniċi.

    (71)

    Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (24). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

    (72)

    Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar formuli mudell għall-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri lill-pubbliku dwar il-listi ta' soċjetajiet tat-tnissil u ta' entitajiet tat-tnissil rikonoxxuti, il-metodi għall-verifika tal-identità ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika, in-nomina ta' ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea, il-formuli mudell tad-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae, il-mudelli għaċ-ċertifikati żootekniċi li għandhom jakkumpanjaw l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-miżuri applikati f'pajjiżi terzi, tfixkil serju fis-sistema ta' kontroll ta' Stat Membru u l-istabbiliment ta' miżuri speċjali dwar id-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). Meta l-Kumitat Permanenti dwar iż-Żooteknika ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-att ta' implimentazzjoni.

    (73)

    Ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi 87/328/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/118/KEE, 90/119/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE u fid-Deċiżjoni 96/463/KE għandhom jiġu sostitwiti bir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u f'atti delegati u ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottati skont is-setgħat mogħtija minn dan ir-Regolament. Għaldaqstant, dawk l-atti legali għandhom, għalhekk, jitħassru.

    (74)

    Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin li jikkonċernaw inter alia kriterji speċifiċi għall-ispeċi għall-approvazzjoni jew ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u ta' entitajiet tat-tnissil, id-dħul ta' annimali għat-tnissil f'kotba tat-tnissil, l-aċċettazzjoni ta' tnissil u l-inseminazzjoni artifiċjali, għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ġew adottati skont id-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE: id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 84/247/KEE (26), 84/419/KEE (27), 89/501/KEE (28), 89/502/KEE (29), 89/504/KEE (30), 89/505/KEE (31), 89/507/KEE (32), 90/254/KEE (33), 90/255/KEE (34), 90/256/KEE (35), 90/257/KEE (36), 92/353/KEE (37), 96/78/KE (38) u 2006/427/KE (39). Dan ir-Regolament għandu jipprovdi regoli li jissostitwixxu dawk stipulati f' dawk id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

    (75)

    Regoli simili għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/354/KEE (40) għandhom jiġu stipulati f'dan ir-Regolament.

    (76)

    L-atti tal-Kummissjoni li ġejjin ġew adottati skont id-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE. Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 89/503/KEE (41), 89/506/KEE (42), 90/258/KEE (43), 96/79/KE (44), 96/509/KE (45) 96/510/KE (46) u 2005/379/KE (47), u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 (48),. Dan ir-Regolament għandu jipprevedi regoli li jissostitwixxu dawk stipulati f'dawk l-atti legali tal-Kummissjoni.

    (77)

    Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza ġuridika u biex tiġi evitata duplikazzjoni, l-atti leġali tal-Kummissjoni msemmija fil-Premessi 74, 75 u 76 għandhom jiġu mħassra miid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha, tal-anqas 18-il xahar qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-formuli mudell għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi nkluża fil-listi ta' soċjetajiet tat-tnissil jew entitajiet ta' tnissil rikonoxxuti li għandha tiġi magħmula pubblika mill-Istati Membri, kif ukoll il-formuli mudell għaċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu applikabbli sad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (78)

    Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-organizzazzjonijiet tan-nissiela, l-organizzazzjonijiet tat-tnissil, l-assoċjazzjonijiet tan-nissiela, l-impriżi privati jew organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra li jkunu ġew approvati jew rikonoxxuti b'limitu ta' żmien jew mingħajru skont l-atti revokati permezz ta' dan ir-Regolament u għall-programmi ta' tnissil imwettqa minn dawk l-operaturi, dawk l-operaturi u l-programmi ta' tnissil tagħhom għandhom jitqiesu bħala li ġew rikonoxxuti jew approvati skont dan ir-Regolament. Konsegwentement, dawk l-operaturi m'għandhomx ikunu soġġetti għall-proċeduri ta' rikonoxximent, ta' approvazzjoni u ta' notifika tal-estensjoni tat-territorju ġeografiku lil Stati Membri oħra stabbiliti f'dan ir-Regolament, għalkemm id-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament għandhom ikunu applikabbli għalihom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi jkunu konformi mar-regoli kollha previsti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jwettqu kontrolli uffiċjali bbażati fuq ir-riskju fuqhom. F'każ ta' nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedjaw dak in-nuqqas ta'konformità u, fejn meħtieġ, għandhom jissospendu jew jirtiraw ir-rikonoxximent ta' dawk l-operaturi jew l-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil tagħhom.

    (79)

    Il-Kummissjoni reċentement adottat proposta għal Regolament ġdid dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. Dak ir-Regolament il-ġdid huwa intiż biex iħassar ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE (49), id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (50), u d-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE. Huwa maħsub ukoll sabiex jinkorpora, bl-adattamenti meħtieġa, wħud mir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u f'dawk id-Direttivi. Madankollu, it-tnissil tal-annimali mhux intiż li jaqa' fl-ambitu ta' dak ir-Regolament il-ġdid. Għal skopijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, u sakemm jiġu revokati d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE u 97/78/KE permezz ta' dak ir-Regolament il-ġdid, jeħtieġ li jitħassru r-referenzi għal “żootekniċi” mid-Direttivi 89/608/KEE u 90/425/KEE, filwaqt li d-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE ma jeħtiġux din l-emenda. Id-Direttivi 89/608/KEE u 90/425/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

    (80)

    Sad-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) 2016/429, is-soċjetajiet tat-tnissil li jwettqu programmi approvati ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina għandhom jitħallew ikomplu joħorġu dokumenti ta' identifikazzjoni għal dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil f'konformità mal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 90/427/KEE.

    (81)

    Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-ewwel jum tat-tmienja u għoxrin xahar wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 1

    Suġġett u Ambitu

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

    (a)

    regoli żootekniċi u tat-tnissil għall-kummerċ ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali, u għad-dħul tagħhom fl-Unjoni;

    (b)

    regoli għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil u għall-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil tagħhom;

    (c)

    id-drittijiet u l-obbligi tan-nissiela, tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-entitajiet tat-tnissil;

    (d)

    regoli għad-dħul ta' annimali għat-tnissil f'kotba tat-tnissil u f'reġistri ta' tnissil u għall-aċċettazzjoni għal tnissil ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom;

    (e)

    regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali għat-tnissil;

    (f)

    regoli għall-ħruġ ta' ċertifikati żootekniċi għal annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom;

    (g)

    regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali, u b'mod partikolari dawk fuq soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil, u regoli għat-twettiq ta' attivitajiet uffiċjali oħra;

    (h)

    regoli għall- għajnuna amministrattiva u l-kooperazzjoni u regoli għall-infurzar mill-Istati Membri;

    (i)

    regoli għat-twettiq ta' kontrolli mill-Kummissjoni fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.

    2.   Dan ir-Regolament japplika għal annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom meta dawk l-annimali jew il-frieħ li jirriżultaw minn dawk il-prodotti ġerminali jkunu maħsuba biex jiddaħħlu bħala annimali ta' razza pura għat-tnissil jew jiġu reġistrati bħala ħnieżer tat-tnissil ibridi f'reġistru tat-tnissil.

    3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom meta dawk l-annimali u l-prodotti ġerminali kompetenti.jkunu maħsuba għall-esperimenti tekniċi jew xjentifiċi mwettqa taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet

    4.   L-Artikolu 9(4), l-Artikolu 13, l-Artikolu 14(3) u (4), l-Artikoli 23 u 24, Artikolu 28(2) u Artikolu 36(1) ma japplikawx għal impriżi privati, rikonoxxuti bħala entitajiet tat-tnissil, li joperaw f'sistemi ta' produzzjoni magħluqa.

    5.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri li jieħdu miżuri nazzjonali biex jirregolaw it-twettiq ta' programmi ta' tnissil li ma ġewx approvati skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “annimal” tfisser annimal domestiku ta':

    (a)

    l-ispeċijiet bovini (Bos taurus, Bos indicus u Bubalus bubalis),

    (b)

    l-ispeċi porċina (Sus scrofa),

    (c)

    l-ispeċi ovina (Ovis aries),

    (d)

    l-ispeċi kaprina (Capra hircus); jew

    (e)

    l-ispeċijiet ekwini (Equus caballus u Equus asinus);

    (2)

    “razza” tfisser popolazzjoni ta' annimali uniformi biżżejjed sabiex titqies li hi distinta minn annimali oħrajn tal-istess speċi minn grupp wieħed jew aktar ta' nissiela li qablu li jdaħħlu lil dawk l-annimali f'kotba tat-tnissil bid-dettalji ta' axxendenti magħrufa tagħhom, bil-għan li jiġu riprodotti l-karatteristiċi tagħhom li jkunu ntirtu permezz ta' riproduzzjoni, skambju u għażla fil-qafas ta' programm ta' tnissil;

    (3)

    “annimal tat-tnissil” tfisser annimal tat-tnissil ta' razza pura jew ħanżir tat-tnissil ibridu;

    (4)

    “prodotti ġerminali” tfisser semen, ooċiti u embrijuni miġburin jew prodotti minn annimali għat-tnissil għall-fini ta' riproduzzjoni assistita;

    (5)

    “soċjetà tat-tnissil” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' nissiela, organizzazzjoni tat-tnissil jew korp pubbliku, minbarra l-awtoritajiet kompetenti, li jkunu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 4(3) biex iwettqu programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil imdaħħlin fil-ktieb/kotba tat-tnissil li huma jżommu jew jistabbilixxu;

    (6)

    “entità tat-tnissil” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' nissiela, organizzazzjoni tat-tnissil, impriża privata li joperaw f'sistema ta' produzzjoni magħluqa jew korp pubbliku, minbarra l-awtoritajiet kompetenti, li jkunu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 4(3) biex iwettqu programm ta' tnissil fuq ħnieżer tat-tnissil ibridi reġistrati fir-reġistru/i tat-tnissil li huma jżommu jew jistabbilixxu;

    (7)

    “korp tat-tnissil” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' nissiela, organizzazzjoni tat-tnissil, impriża privata, organizzazzjoni ta' trobbija tal-bhejjem jew servizz uffiċjali f'pajjiż terz li, fir-rigward ta' annimali domestiċi tat-tnissil ta' razza pura tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina jew tal-ispeċi ekwina jew tal-ħnieżer tat-tnissil ibridi, ikunu ġew aċċettati minn dak il-pajjiż terz b'konnessjoni mad-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil għal tnissil;

    (8)

    “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet ta' Stat Membru li huma responsabbliskont dan ir-Regolament, għal:

    (a)

    ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil u l-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil li huma jwettqu fuq annimali għat-tnissil;

    (b)

    kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi;

    (c)

    l-għoti ta' assistenza lil Stati Membri oħra u lil pajjiżi terzi fil-każ li jinkixef li jkun hemm każijiet ta' nonkonformità;

    (d)

    attivitajiet uffiċjali barra minn dawk imsemmija fil-punti (a) u (c).

    (9)

    “annimal ta' razza pura għat-tnissil” tfisser annimal li jkun imdaħħal jew reġistrat u eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil;

    (10)

    “ħanżir tat-tnissil ibridu” tfisser annimal tal-ispeċi porċina reġistrat f'reġistru tat-tnissil, li jitnissel minn tnissil inkroċjat deliberat jew jintuża għal tnissil inkroċjat deliberat bejn:

    (a)

    ħnieżer tat-tnissil ta' razza pura ta' razez jew linji differenti;

    (b)

    ħnieżer tat-tnissil li huma stess jitnisslu minn inkroċju (ibridu) bejn razez jew linji differenti;

    (c)

    ħnieżer tat-tnissil li jappartjenu għal kategorija waħda jew l-oħra msemmija f'(a) jew (b);

    (11)

    “linja” tfisser sottopopolazzjoni ġenetikament stabbli u uniformi ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' razza partikolari;

    (12)

    “ktieb tat-tnissil” tfisser:

    (a)

    kull ktieb tal-merħla u kull reġistru għaż-żwiemel tar-razza, fajl jew midjum ta' data li jinżamm minn soċjetà tat-tnissil li jikkonsisti fit-taqsima ewlenija u, fejn is-soċjetà tat-tnissil tiddeċiedi hekk, taqsima supplimentari waħda jew aktar għal annimali tal-istess speċi li ma jkunux eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija;

    (b)

    fejn xieraq, kwalunkwe ktieb korrispondenti miżmum minn korp tat-tnissil;

    (13)

    “taqsima ewlenija” tfisser it-taqsima ta' ktieb tat-tnissil li fiha jiddaħħlu jew ikunu rreġistrati annimali ta' razza pura għat-tnissil u eliġibbli għal dħul b'dettalji tal-axxendenti tagħhom u, fejn ikun japplika, tal-merti tagħhom;

    (14)

    “klassi” tfisser diviżjoni orizzontali tat-taqsima ewlenija li fiha jiddaħħlu annimali għat-tnissil ta' razza pura skont il-merti tagħhom;

    (15)

    “mertu” tfisser karatteristika kwantifikabbli li tintiret jew karatteristika ġenetika ta' annimal tat-tnissil;

    (16)

    “valur tat-tnissil” tfisser stima tal-effett mistenni tal-ġenotip ta' annimal tat-tnissil fuq karatteristika partikolari tal-frieħ tiegħu;

    (17)

    “reġistru tat-tnissil” tfisser:

    (a)

    kwalunkwe fajl jew midjum ta' data li jinżamm minn entità tat-tnissil li fih ikunu rreġistrati ħnieżer tat-tnissil ibridi b'dettalji tal-axxendenti tagħhom;

    (b)

    fejn xieraq, kwalunkwe reġistru korrispondenti miżmum minn korp tat-tnissil;

    (18)

    “kontroll uffiċjali” tfisser kwalunkwe tip ta' kontroll li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu sabiex jivverifikaw il-konformità mar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament;

    (19)

    “attivitajiet uffiċjali oħra” tfisser kwalunkwe attività barra minn kontroll uffiċjali li ssir minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni tar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament;

    (20)

    “ċertifikat żootekniku” tfisser ċertifikati tat-tnissil, attestazzjonijiet u dokumentazzjoni kummerċjali li jinħarġu f'format stampat jew elettroniku għal annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom u li jagħtu informazzjoni dwarpedigree, identifikazzjoni u, fejn ikun disponibbli, riżultati tal-ittestjar tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika;

    (21)

    “li jidħlu fl-Unjoni” jew “dħul fl-Unjoni” tfisser l-azzjoni li biha annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom jinġiebu f'wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness VI minn barra dawk it-territorji bl-esklużjoni ta' tranżitu;

    (22)

    “kummerċ” tfisser l-azzjoni ta' xiri, bejgħ, skambju jew b'xi mod ieħor akkwist jew rilaxx ta' annimali jew tal-prodotti ġerminali tagħhom fl-Unjoni, inkluż fi ħdan Stat Membru;

    (23)

    “operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għar-regoli previsti f'dan ir-Regolament, bħal soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil, partijiet terzi li ġew nominati minn soċjetajiet tat-tnissil jew minn entitajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), ċentri ta' ġbir u ħażna ta' semen, ċentri tal-ħażna tal-embrijuni, timijiet ta' ġbir jew produzzjoni tal-embrijuni u nissiela;

    (24)

    “razza fil-periklu ta' estinzjoni” tfisser razza lokali, rikonoxxuta minn Stat Membru bħala mhedda, adattata b'mod ġenetiku għal waħda jew aktar mis-sistemi jew ambjenti tradizzjonali ta' produzzjoni f'dak l-Istat Membru u fejn l-istatus ta' fil-periklu ta' estinzjoni jkun xjentifikament stabbilit minn korp li għandu l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa fil-qasam tar-razez fil-periklu;

    (25)

    “impriża privata li topera f'sistema ta' produzzjoni magħluqa” tfisser impriża privata bi programm ta' tnissil fejn l-ebda nissiela ma jieħdu sehem jew li fihnumru ristrett ta' nissiela jieħdu sehem li huma marbuta li jaċċettaw il-provvista ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi jew li jipprovdui ħnieżer tat-tnissil ibridi;

    (26)

    “programm ta' tnissil” tfisser sett ta' azzjonijiet sistematiċi, inkluż ir-reġistrar, l-għażla, it-tnissil u l-iskambju ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, imfassla u implimentati biex jippreservaw jew itejbu l-karatteristiċi fenotipiċi u/jew ġenotipiċi mixtieqa fil-popolazzjoni tat-tnissil fil-mira.

    Artikolu 3

    Regoli żootekniċi u tat-tnissil għall-kummerċ ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, u għad-dħul tagħhom fl-Unjoni

    1.   Il-kummerċ u d-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom ma għandhomx ikunu pprojbiti, ristretti jew imfixklin minħabba raġunijiet żootekniċi jew tat-tnissil minbarra dawk ir-raġunijiet li jirriżultaw mir-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

    2.   In-nissiela tal-annimali għat-tnissil, is-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil ma jiġux iddiskrimati kontra abbażi tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom jew tal-pajjiż ta' oriġini tal-annimali għat-tnissil tagħhom jew il-prodotti ġerminali ta' dawn.

    KAPITOLU II

    Ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil fl-Istati Membri u l-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil

    Taqsima 1

    Ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil

    Artikolu 4

    Ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil

    1.   Fir-rigward ta' annimali għat-tnissil ta' razza pura, assoċjazzjonijiet tan-nissiela, organizzazzjonijiet jew korpi pubbliċi tat-tnissil jistgħu japplikaw lill-awtoritajiet kompetenti għar-rikonoxximent bħala soċjetà tat-tnissil.

    Fir-rigward ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, assoċjazzjonijiet tan-nissiela, organizzazzjonijiet jew impriżi privati tat-tnissil li joperaw f'sistema ta' produzzjoni magħluqa jew korpi pubbliċi jistgħu japplikaw lill-awtoritajiet kompetenti għar-rikonoxximent bħala entità tat-tnissil.

    2.   L-applikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru bil-miktub, jew f'format stampat jew f'forma elettronika.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Huma għandhom jirrikonoxxu bħala soċjetà tat-tnissil kwalunkwe applikant imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u bħala entità tat-tnissil kwalunkwe applikant msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    ikollu l-uffiċċju ewlieni tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-awtorità kompetenti;

    (b)

    juri fl-applikazzjoni tiegħu li huwa jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I għall-programmi ta' tnissil tagħhom fir-rigward ta' liema jkun biħsiebu japplika għal approvazzjoni skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12;

    (c)

    l-applikazzjoni tagħhom ikun fiha, fir-rigward ta' kull wieħed minn dawk il-programmi ta' tnissil ippjanati, abbozz tal-programm ta' tnissil li għandu jinkludi t-tagħrif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I, u, barra minn hekk fil-każ ta' annimali ekwini ta' razza pura għat-tnissil, fil-Parti 3 tal-Anness I;

    (d)

    meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huwa jressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' mill-inqas wieħed minn dawk il-programmi ta' tnissil ippjanati skont l-Artikolu 8(2).

    Artikolu 5

    Rifjut tar-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil

    1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1),meta l-awtorità competenti jkollha l-intenzjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi applikant bħala soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil, hija għandha tipprovdi lil dak l-applikant bi spjegazzjoni motivata għal dan. Dak l-applikant għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-awtorità kompetenti tikkunsidra mill-ġdid dak ir-rifjut intenzjonat fi żmien 60 jum mid-data tal-irċevuta tal-ispjegazzjoni motivata, jew fi żmien iqsar fejn ir-regoli nazzjonali ma jipprovdux għal skadenzi iqsar.

    2.   Meta, fid-dawl tal-kunsiderazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tikkonferma r-rifjut tagħha, hija għandha tipprovdi lill-applikant spjegazzjoni motivata tad-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta rikonoxximent fi żmien 90 jum minn meta tkun irċeviet it-talba tal-applikant għal kunsiderazzjoni, jew fi żmien iqsar fejnir-regoli nazzjonali ma jipprovdux għal limiti ta' żmien iqsar. Fl-istess waqt, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta rikonoxximent u r-raġunijiet tagħha għal dan.

    Artikolu 6

    Sottomissjoni ta' programmi ta' tnissil modifikati fil-każ ta' rifjut u rtirar tar-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil jew entitajiet tat-tnissil fin-nuqqas ta' programmi ta' tnissil approvati

    1.   Fejn l-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3) tirrifjuta li tapprova programm ta' tnissil imressaq minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil skont l-Artikolu 8, dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil għandu jkollha l-possibbiltà li tissottometti verżjoni modifikata ta' dak il-programm ta' tnissil fi żmien sitt xhur wara dak ir-rifjut.

    2.   L-awtorità kompetenti għandha tirtira r-rikonoxximent minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil jekk, sa tmiem il-perjodu msemmi filparagrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ma tkun ġiet imressqa ebda verżjoni modifikata tal-programm ta' tnissil u fejn dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil m'għandha ebda programm ta' tnissil ieħor approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    Artikolu 7

    Lista ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil rikonoxxuti

    1.   L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta' soċjetajiet tat-tnissil u ta' entitajiet tat-tnissil li l-awtorità kompetenti tagħhom tkun irrikonoxxiet skont l-Artikolu 4(3) u li jkollhom mill-inqas programm ta' tnissil wieħed li ġie approvat skont l-Artikolu 8(3). L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli pubblikament.

    2.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-isem, id-dettalji ta' kuntatt u, fejn disponibbli, is-sit tal-Internet tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-entità tat-tnissil;

    (b)

    għal kull soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil fuq dik il-lista:

    (i)

    fil-każ ta' annimali ta' razza pura tat-tnissil, l-isem tar-razza jew, fil-każ ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, l-isem tar-razza, linja jew inkroċju, koperti minn kull programm ta' tnissil approvati skont l-Artikolu 8(3), u, fejn is-soċjetà tat-tnissil tagħmel użu mid-derogi msemmija fl-Artikolu 19 jew il-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II, referenza għal dawn id-derogi;

    (ii)

    it-territorju ġeografiku fejn kull wieħed mill-programmi ta' tnissil tagħha għandu jitwettaq;

    (iii)

    fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, fejn applikabbli, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tas-soċjetà tat-tnissil li żżomm ir-reġistru għaż-żwiemel tar-razza dwar l-oriġini tar-razza;

    (iv)

    għal kull programm ta' tnissil tagħha, fejn disponibbli, referenza għal websajt fejn wieħed jista' jaċċedi informazzjoni dwar dawk il-programmi ta' tnissil.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll fil-lista prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu kwalunkwe awtorità kompetenti li twettaq programm ta' tnissil skont l- Artikolu 38.

    4.   Meta r-rikonoxximent ta' soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil ikun irtirat bi qbil mal-punt (e) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 47(1) jew l-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil tkun ġiet sospiża jew irtirata skont il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 47(1), l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jindikaw dik is-sospensjoni jew l-irtirar fil-lista prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Fejn, għal perjodu ta' 24 xahar, dak ir-rikonoxximent jibqa' rtirat jew dik l-approvazzjoni tibqa' sospiża jew irtirata, l-Istati Membri għandhom definittivament ineħħu dik is-soċjetà tat-tnissil, entità tat-tnissil jew programm ta' tnissil mil-lista msemmija fil-paragrafu 1.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabilixxu l-formuli mudell għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-listi ta' soċjetajiet tat-tnissil rikonoxxuti u ta' entitajiet tat-tnissil msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    Taqsima 2

    Approvazzjoni ta' programmi ta' tnissil

    Artikolu 8

    Approvazzjoni ta' programmi ta' tnissil imwettqin minn soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil

    1.   Soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil għandha tressaq l-applikazzjonijiet tagħha għall- approvazzjoni tal-programm ta' tnissil tagħha lill-awtorità kompetenti li tkun irrikonoxxiet lil dik is-soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil f'konformita' mal-Artikolu 4(3).

    2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bil-miktub, f'format stampat jew f'forma elettronika.

    3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tevalwa dawn il-programmi ta' tnissil u tapprovahom, bil-kundizzjoni li:

    (a)

    jinkludu wieħed jew aktar mill-għanijiet li ġejjin:

    (i)

    fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil:

    it-titjib tar-razza;

    il-preservazzjoni tar-razza;

    l-ippjanar ta' razza ġdida;

    ir-rikostruzzjoni ta' razza;

    (ii)

    fil-każ ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi:

    it-titjib tar-razza, linja jew l-inkroċju;

    il-ħolqien ta' razza ġdida, linja jew l-inkroċju;

    (b)

    jiddeskrivu fid-dettall l-objettivi ta' għażla u trobbija;

    (c)

    jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I, u minbarra dan, fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, fil-Parti 3 tal-Anness I.

    4.   Is-soċjetajiet tat-tnissil jew l-entitajiet tat-tnissil jistgħu jagħtu kuntratt lil parti terza b'rabta ma' attivitajiet tekniċi speċifiċi relatati mal-ġestjoni tal-programmi ta' tnissil tagħhom, inklużi kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika, sakemm:

    (a)

    is-soċjetajiet u l-entitajiet tat-tnissil jibqgħu responsabbli lejn l-awtorità kompetenti biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti msemmijin fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I;

    (b)

    ma jkunx hemm konflitt ta' interessi bejn dik il-parti terza u l-attivitajiet ekonomiċi ta' nissiela li jieħdu sehem fil-programm ta' tnissil;

    (c)

    dik il-parti terza tissodisfa r-rekwiżiti kollha meħtieġa biex twettaq dawk l-attivitajiet;

    (d)

    dawk is-soċjetajiet tat- tnissil u entitajiet ta' tnissil jispeċifikaw l-attivitajiet li biħsiebhom jiddelegaw u l-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk il-partijiet terzi fl-applikazzjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2.

    5.   Meta, għal mill-anqas 24 xahar, ma jkunx hemm nissiela li jkollhom stabbilimenti bl-annimali għat-tnissil, li jinsabu f'parti partikolari tat-territorju ġeografiku li qegħdin jieħdu sehem fi programm ta' tnissil approvat skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tista' teħtieġ li s-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil ikkonċernati jaġġustaw t-territorju ġeografiku tal-programm ta' tnissil tagħhom sabiex ma jinkludix dik il-parti partikolari.

    Artikolu 9

    Tibdil għal programm ta' tnissil approvat

    1.   Qabel l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikanti relatata mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(3) fil-programm ta' tnissil tagħha approvat skont dik id-dispożizzjoni, soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil għandha tinnotifika b'dak it-tibdil lill-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet is-soċjetà tat- tnissil jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3).

    2.   In-notifika għandha tkun bil-miktub, jew f'format stampat jew f'forma elettronika.

    3.   Sakemm l-awtorità kompetenti indikat mod ieħor fi żmien 90 jum mid-data tan-notifika, dawn il-bidliet għandhom jitqiesu li ġew approvati.

    4.   Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil għandhom jinformaw b'mod trasparenti u f'waqtu lin-nissiela li jieħdu sehem fil-programm ta' tnissil tagħhom bil-bidliet fil-programm ta' tnissil tagħhom li ġew approvati skont il-paragrafu 3.

    Artikolu 10

    Derogi għall-Artikolu 8(3) dwar l-approvazzjoni ta' programmi ta' tnissil

    1.   B'deroga mill-Artikolu 8(3), l-awtorità kompetenti li tkun irrikonoxxiet soċjetà tat- tnissil skont l-Artikolu 4(3) tista' tirrifjuta li tapprova programm ta' tnissil ta' dik is-soċjetà tat-tnissil li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I, u barra minn hekk fil-każ ta' tnissil ta' annimali ta' razza pura tal-ispeċi ekwina, il-Parti 3 tal-Anness I, għar-raġuni li dak il-programm ta' tnissil jikkomprometti programm ta' tnissil imwettaq minn soċjetà tat-tnissil oħra għall-istess razza li diġà ġie approvat minn dak l-Istat Membru f'dak li jirrigwarda mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    l-elementi essenzjali tal-karatteristiċi tat-tnissil jew l-objettivi ewlenin ta' dak il-programm ta' tnissil;

    (b)

    il-preservazzjoni ta' dik ir-razza jew tad-diversità ġenetika fi ħdan dik ir-razza; jew

    (c)

    meta l-għan ta' dak il-programm ta' tnissil tkun il-preservazzjoni ta' dik ir-razza, l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta' tnissil:

    (i)

    fil-każ ta' razza fil-periklu; jew

    (ii)

    fil-każ ta' razez awtoktoni li mhux komuni li jinstabu f'wieħed jew aktar mit-territorji tal-Unjoni.

    2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tqis kif imiss il-kriterji li ġejjin:

    (a)

    l-għadd ta' programmi ta' tnissil diġà approvati għal dik ir-razza f'dak l-Istat Membru;

    (b)

    id-daqs tal-popolazzjoni għat-tnissil koperti minn dawk il-programmi ta' tnissil;

    (c)

    l-input ġenetiku possibbli minn programmi ta' tnissil imwettqa minn soċjetajiet tat-tnissil oħra għall-istess razza fi Stati Membri oħra jew minn korpi tat-tnissil f'pajjiżi terzi.

    Artikolu 11

    Rifjut tal-approvazzjoni ta' programmi ta' tnissil

    Meta l-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet soċjetà tat- tnissil jew entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3) tirrifjuta li tapprova programm ta' tnissil imressaq minn tali soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil skont l-Artikolu 8(1) jew tirrifjuta li tapprova it-tibdil għal programm ta' tnissil notifikat skont l-Artikolu 9(1), hija għandha tipprovdi lil dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil bi spjegazzjoni motivata għar-rifjut tagħha.

    Artikolu 12

    In-notifika u l-approvazzjoni ta' programmi ta' tnissil imwettqin fl-Istati Membri barra mill-Istat Membru li fih is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil tkun rikonoxxuta

    1.   Meta soċjetà jew entità tat-tnissil tkun biħsiebha twettaq programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3) ukoll fuq annimali għat-tnissil miżmuma fi Stat Membru ieħor barra mill-Istat Membru fejn is-soċjetà ta' tnissil jew l-entità tat-tnissil tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(3) (għall-fini ta' dan l-Artikolu, “l-Istat Membru l-ieħor”), dik is-soċjetà ta' tnissil jew l-entità tat-tnissil għandha tinnotifika l-estensjoni maħsuba tat-territorju ġeografiku tagħha lill-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3).

    2.   L-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet lil dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entita tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3) għandha:

    (a)

    tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor ta' lanqas 90 jum qabel id-data li fiha jkun maħsub li jinbeda l-programm ta' tnissil f'dak l-Istat Membru l-ieħor, u, fuq talba tal-awtorità notifikata, tipprovdi traduzzjoni ta' dik in-notifika b'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor;

    (b)

    fuq talba tal-awtorità notifikata, tipprovdi, ta' lanqas 60 jum qabel id-data li fiha jkun maħsub li jinbeda l-programm ta' tnissil f'dak l-Istat Membru l-ieħor, kopja tal-programm ta' tnissil kif approvat skont l-Artikolu 8(3) akkumpanjata, jekk dan ikun mitlub minn dik l-awtorità, bi traduzzjoni b'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor li għandha tingħata mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-entità tat-tnissil li tkun qed tapplika.

    3.   L-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor tista', fi żmien 90 jum mid-data tal-irċevuta tan-notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, tirrifjuta li tapprova li jsir il-programm ta' tnissil fit-territorju tagħha, meta:

    (a)

    programm ta' tnissil approvat ikun diġà qed isir f'dak l-Istat Membru l-ieħor fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-istess razza; and

    (b)

    l-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil ieħor tkun ta' ħsara għall-programm ta' tnissil imwettaq minn soċjetà tat-tnissil oħra għall-istess razza li diġà ġie approvat minn dak l-Istat Membru l-ieħor f'dak li jirrigwarda mill-anqas waħda minn dawn li ġejjin:

    (i)

    l-elementi essenzjali tal-karatteristiċi tat-tnissil jew l-objettivi ewlenin ta' dak il-programm ta' tnissil;

    ii)

    il-preservazzjoni ta' dik ir-razza jew tad-diversità ġenetika fi ħdan dik ir-razza;

    (iii)

    meta l-għan tal-programm ta' tnissil għall-preservazzjoni ta' dik ir-razza, l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta' tnissil:

    fil-każ ta' razza fil-periklu ta' estinzjoni; or

    fil-każ ta' razez awtoktoni li mhux komuni li jinstabu f'wieħed jew aktar mit-territorji tal-Unjoni.

    4.   L-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet s-soċjetà tat- tnissil jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3)dwar ir-riżultat tan-notifika prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fejn hija rrifjutat l-approvazzjoni għat-twettiq fit-territorju tagħha tal-programm ta' tnissil, għandha tipprovdi spjegazzjoni motivata għar-rifjut tagħha.

    5.   Nuqqas mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor milli twieġeb għan-notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 fi żmien 90 jum mid-data li tkun irċeviet in-notifika jikkostitwixxi approvazzjoni.

    6.   L-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet s-soċjetà tat- tnissil jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3) għandha tgħarraf lis-soċjetà tat-tnissil jew lill-entità tat-tnissil bir-riżultat tan-notifika pprovduta fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mingħajr dewmien bla bżonn u, fil-każ ta' rifjut, għandha tipprovdi lil dik is-soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil bi spjegazzjoni motivata għal dak ir-rifjut kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

    7.   Meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor tirrifjuta approvazzjoni skont il-paragrafu 3, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bir-rifjut tagħha flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dak ir-rifjut.

    8.   Meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor tirrifjuta l-approvazzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u s-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil li biħsiebha twettaq il-programm ta' tnissil f'dak l-Istat Membru titlob eżami mill-ġdid ta' dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor u l-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet s-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3) għandhom jikkooperaw ma' xulxin fir-rigward ta' dik it-talba għal konsiderazzjoni mill-ġdid.

    9.   L-awtorità kompetenti li rrikonoxxiet s-soċjetà tat- tnissil jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3) għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor bil-bidliet fi programmi ta' tnissil approvati skont l-Artikolu 9(3).

    10.   Fuq talba mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil li joperaw f'konformità ma' dan l-Artikolu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata lil dik l-awtorità kompetenti b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' nissiela u annimali għat-tnissil li fuqhom hija twettaq il-programm ta' tnissil f'dak it-territorju. Kwalunkwe tali talba għandha ssir bl-istess mod bħal talbiet għal soċjetajiet ta' tnissil jew entità tat-tnissil rikonoxxuti f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

    11.   L-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor tista' tirtira l-approvazzjoni tal-programm ta' tnissil imsemmi f'dan l-Artikolu, meta, għall-anqas 12-il xahar, ma jkun hemm l-ebda nissiel fit-territorju ta' dak l-Istat Membru l-ieħorli jipparteċipa f'dak il-programm ta' tnissil.

    KAPITOLU III

    Id-drittijiet u l-obbligi tan-nissiela, tas-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil

    Artikolu 13

    Id-drittijiet tan-nissiela li jipparetċipaw fi programmi ta' tnissil approvati skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12

    1.   In-nissiela għandu jkollhom id-dritt li jieħdu sehem fi programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli l-Artikolu 12, sakemm:

    (a)

    l-annimali għat-tnissil tagħhom jinsabu fit-territorju ġeografiku ta' dak il-programm ta' tnissil;

    (b)

    l-annimali għat-tnissil tagħhom jappartjenu, fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, għal dik ir-razza, jew fil-każ ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, għar-razza, linja jew inkroċju, koperti minn dak il-programm ta' tnissil.

    2.   In-nissiela li jieħdu sehem fi programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12 għandu jkollhom id-dritt:

    (a)

    li l-annimali ta' razza pura għat-tnissil tagħhom jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil stabbilit għar-razza mis-soċjetà tat-tnissil skont l-Artikoli 18 u 20;

    (b)

    li l-annimali tagħhom jiġu rreġistrati fit-taqsima supplimentari tal-ktieb tat-tnissil stabbilit għar-razza mis-soċjetà tat-tnissil skont l-Artikolu 20;

    (c)

    li l-ħnieżer tat-tnissil ibridi tagħhom jiġu rreġistrati f'reġistru tat-tnissil stabbilit għar-razza, linja jew għall-inkroċju minn entità tat-tnissil skont l-Artikoli 23;

    (d)

    li jieħdu sehem f'kontroll tal-prestazzjoni u f'evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (e)

    li jingħataw ċertifikat żootekniku skont l-Artikoli 30(1) u (4);

    (f)

    fuq talba, li jiġu pprovduti, b'riżultati aġġornati tal-kontroll tal-prestazzjoni u tal-evalwazzjoni ġenetika għall-annimali għat-tnissil tagħhom, meta dawk ir-riżultati jkunu disponibbli;

    (g)

    li jkollhom aċċess għas-servizzi l-oħra kollha pprovduti b'rabta ma' dak il-programm ta' tnissil lin-nissiela li jieħdu sehem fih mis-soċjetà jew mill-entità tat-tnissil li twettaq dak il-programm ta' tnissil.

    3.   Minbarra d-drittijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2, meta r-regoli tas-soċjetà jew entità tat-tnissil jipprovdu għal sħubija, in-nissiela msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom ukoll id-dritt:

    (a)

    li jkunu membri ta' dik is-soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil;

    (b)

    li jipparteċipaw fid-definizzjoni u l-iżvilupp tal-programm ta' tnissil skont ir-regoli ta' proċedura msemmija fil-Punt B(1)(b) tal-Parti 1 tal-Anness I.

    Artikolu 14

    Drittijiet u obbligi tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-entitajiet tat-tnissil

    1.   Fir-rigward tal-programmi ta' tnissil tagħhom approvati skont l-Artikoli 8(3) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, soċjetajiet u entitajiet tat-tnissil għandu jkollhom id-dritt li jiddefinixxi u li jwettqu tali programmi tat-tnissil li jkunu awtonomi, bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u kull kundizzjoni tal-approvazzjoni tagħhom;

    2.   Is-soċjetajiet tat-tnissil jew l-entitajiet tat-tnissil għandu jkollhom id-dritt li jeskludu nissiela mill-parteċipazzjoni fi programm ta' tnissil meta dawk in-nissiela jonqsu milli jikkonformaw mar-regoli ta' dak il-programm ta' tnissil jew mal-obbligi stabbiliti fir-regoli ta' proċedura msemmija fil-punt B(1)(b) tal-Parti 1 tal-Anness I.

    3.   Minbarra d-dritt imsemmi fil-paragrafu 2, is-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil li jipprovdu għal sħubija għandu jkollhom id-dritt li jeskludu nissiela minn sħubija meta dawk in-nissiela jonqsu milli jkunu konformi mal-obbligi tagħhom stabbiliti fir-regoli ta' proċedura imsemmija fil-Punt B(1)(b) tal-Parti 1 tal-Anness I.

    4.   Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-qrati, ir-responsabbiltà li jsolvu tilwim li jista' jinqala' bejn nissiela, u bejn nissiela u s-soċjetà jew entità tat-tnissil fil-proċess tat-twettiq ta' programmi ta' tnissil approvati skont l-Artikolu 8(3), u fejn applikabbli skont l-Artikolu 12, skont ir-regoli ta' proċedura imsemmija fil-punt B(1)(b) tal-Parti 1 tal-Anness I.

    KAPITOLU IV

    Dħul ta' annimali għat-tnissil f'kotba tat-tnissil u f'reġistri tat-tnissil u aċċettazzjoni għal tnissil

    Taqsima 1

    Dħul ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil f'kotba tat-tnissil u aċċettazzjoni għal tnissil

    Artikolu 15

    Struttura ta' kotba tat-tnissil

    Il-kotba tat-tnissil għandhom ikunu magħmulin minn taqsima ewlenija u, fejn speċifikat fil-programm ta' tnissil approvat skont l- Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, taqsima supplimentari waħda jew aktar.

    Artikolu 16

    Taqsima ewlenija ta' kotba tat-tnissil

    1.   Meta jiġu stabbiliti kriterji jew proċeduri differenti minn soċjetajiet tat-tnissil għad-dħul ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil fi klassijiet differenti, dawk is-soċjetajiet tat-tnissil jistgħu jiddividu it-taqsima ewlenija tal-kotba tat-tnissil fi klassijiet:

    (a)

    skont il-merti ta' dawk l-annimali u jissuddividu dawn il-klassijiet skont l-età jew is-sess tagħhom; or

    (b)

    skont l-età jew is-sess ta' dawk l-annimali sakemm dawk il-klassijiet ikunu wkoll suddiviżi skont il-merti tagħhom.

    Dawk il-kriterji u proċeduri jistgħu jeħtieġu li l-annimal tat-tnissil ta' razza pura jsirlu kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika kif imsemmi fl-Artikolu 25 jew kwalunkwe valutazzjoni oħra deskritta fil-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 12 qabel ma jiddaħħal fi klassi speċifika tat-taqsima ewlenija.

    2.   Fejn il-programm ta' tnissil jistabbilixxi kundizzjonijiet għad-dħul fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil minbarra dawk stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II, is-soċjetà tat-tnissil li twettaq dak il-programm ta' tnissil għandha tistabbilixxi, f'dik it-taqsima ewlenija, mill-inqas klassi waħda li fiha għandhom jiddaħħlu annimali ta' razza pura għat-tnissil li jissodisfaw biss il-kundizzjonijiet tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II u l-Artikolu 21, meta ssir applikazzjoni min-nissiel.

    Artikolu 17

    Taqsimiet supplimentari ta' kotba tat-tnissil

    Is-soċjetajiet tat-tnissil jistgħu jistabbilixxu taqsima supplimentari waħda jew aktar fil-ktieb tat-tnissil għal annimali tal-istess speċi li ma jkunux eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija, bil-kondizzjoni li skont ir-regoli stabbiliti fil-programm ta' tnissil il-frieħ ta' dawk l-annimali jitħallew jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija b'mod konformi mar-regoli stabbiliti:

    (a)

    fil-każ ta' annimali nisa tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina, fil-punt 1(a) tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II;

    (b)

    fil-każ ta' annimali li jappartjenu għal speċijiet f'periklu ta' estinzjoni tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina jew tar-razez “b'saħħithom” ta' nagħaġ, fil-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II; jew

    (c)

    fil-każ ta' annimali rġiel u nisa tal-ispeċi ekwina, fil-punt 1(b) tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II.

    Artikolu 18

    Dħul ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil

    1.   Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom, fuq talba tan-nissiela, idaħħlu jew jirreġistraw għal dħul fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħhom kwalunkwe annimal ta' razza pura għat-tnissil tar-razza koperta mill-programm ta' tnissil tagħhom, sakemm dawk l-annimali jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II u, fejn applikabbli, sakemm dawk l-annimali jkunu l-frieħ ta' annimali għat-tnissil jew jirriżultaw minn mill-prodotti ġerminali tagħhom, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 21.

    2.   Is-soċjetajiet tat-tnissil m'għandhomx jirrifjutaw id-dħul fit-taqsima ewlenija tal-kotba tat-tnissil tagħhom ta' annimal ta' razza pura tat-tnissil minħabba li jkun diġà mdaħħal fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil tal-istess razza jew, fil-każ ta' programm tal-inkroċjar tar-razez imwettaq fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina ta' razza differenti stabbilita minn soċjetà tat-tnissil oħra rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(3) jew minn korp tat-tnissil f'pajjiż terz inkluż fil-lista prevista fl-Artikolu 34.

    3.   Meta t-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tkun diviża fi klassijiet, l-annimali ta' razza pura għat-tnissil li jissodisfaw il-kriterji għad-dħul fit-taqsima ewlenija għandhom jiddaħħlu mis-soċjetà tat-tnissil fil-klassi li tkun taqbel mal-merti ta' dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil.

    Artikolu 19

    Derogi mir-rekwiżiti għad-dħul ta' annimali fit-taqsima ewlenija ta' kotba tat-tnissil fil-każ tal-ħolqien ta' razza ġdida jew tar-rikostruzzjoni ta' razza

    1.   B'deroga għall-Artikolu 18(1), meta soċjetà tat-tnissil twettaq programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, għal razza li għaliha ma jeżistix ktieb tat-tnissil fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz inkluż fil-lista provduta fl-Artikolu 34, dik is-soċjetà tat-tnissil tista' ddaħħal, fit-taqsima ewlenija ta' dak il-ktieb tat-tnissil ġdid li jkun ġie stabbilit, annimali ta' razza pura għat-tnissil jew dixxendenti ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' razez differenti jew kwalunkwe annimal li jitqies mis-soċjetà tat-tnissil li jkun konformi mal-karatteristiċi ta' dik ir-razza ġdida u, fejn applikabbli, jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni stabbiliti fil-programm ta' tnissil.

    Is-soċjetajiet tat-tnissil li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom:

    (a)

    jistabbilixxu fil-programm ta' tnissil tagħhom, perjodu għall-istabbiliment tal-ktieb tat-tnissil ġdid, adegwat għall-intervall ġenerazzjonali tal-ispeċi jew ir-razza kkonċernata;

    (b)

    jagħmlu referenza għal kwalunkwe ktieb tat-tnissil eżistenti li fih ikunu ddaħħlu l-annimali ta' razza pura għat-tnissil jew missierhom u ommhom iddaħħlu għall-ewwel darba wara t-twelid, flimkien man-numru ta' reġistrazzjoni oriġinali f'dak il-ktieb tat-tnissil;

    (c)

    fis-sistema tagħhom ta' reġistrazzjoni ta' pedigrees, jidentifikaw l-annimali li huma meqjusa minnhom bħala materjal primarju tar-razza.

    2.   Meta soċjetà tat-tnissil tkun biħsiebha tibni mill-ġdid razza li sparixxiet jew li tkun tinsab f'periklu serju li tgħib, Stat Membru jew, jekk jiġi deċiż hekk, l-awtorità kompetenti, jistgħu jawtorizzaw lil dik is-soċjetà tat-tnissil iddaħħal fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil dixxendenti ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tar-razza li għandha tinbena mill-ġdid jew annimali ta' razza pura għat-tnissil jew dixxendenti ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' razez oħra li jidħlu fir-rikostruzzjoni ta' dik ir-razza jew kwalunkwe annimal li jitqies mis-soċjetà tat-tnissil li jkun konformi mal-karatteristiċi tar-razza li għandha tinbena mill-ġdid u li, fejn applikabbli, jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni stabbiliti fil-programm ta' tnissil sakemm:

    (a)

    perjodu għall-istabbiliment mill-ġdid ta' dak il-ktieb tat-tnissil, xieraq għar-razza kkonċernata, jiġi stabbilit fil-programm ta' tnissil;

    (b)

    fejn applikabbli, issir referenza għal kwalunkwe ktieb tat-tnissil li fih dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil jew axxendenti ddaħħlu flimkien man-numru ta' reġistrazzjoni oriġinali f'dak il-ktieb tat-tnissil;

    (c)

    l-annimali li huma kkunsidrati minn dik is-soċjetà tat-tnissil bħala l-istokk għar-rikostruzzjoni tar-razza huma identifikati fis-sistema ta' reġistrazzjoni ta' pedigrees.

    3.   Soċjetà tat-tnissil li trid tagħmel użu mid-deroga msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew mid-deroga msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi pjan dettaljat għall-ħolqien jew rikostruzzjoni tar-razza fil-programm ta' tnissil tagħha msemmi fl- Artikolu 8(1).

    4.   Sa tmiem il-perjodi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel il-kontrolli uffiċjali msemmijin fl-Artikolu 43.

    5.   Fejn razza tkun qed tiġi kreata jew rikostitwita f'konformita' ma' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni pubblikament disponibbli billi jinkludu indikazzjoni dwar dan fil-lista msemmija fl-Artikolu 7.

    Artikolu 20

    Reġistrar ta' annimali f'taqsimiet supplimentari u promozzjoni tal-frieħ tagħhom għat-taqsima ewlenija

    1.   Meta jiġu stabbiliti taqsimiet supplimentari minn soċjetà tat-tnissil skont l-Artikolu 17, dik is-soċjetà tat-tnissil għandha, meta jkun hemm applikazzjoni minn nissiela, tirreġistra, fit-taqsimiet supplimentari adegwati msemmija fl-Artikolu 17, annimali tal-ispeċijiet koperti mill-programm ta' tnissil tagħha li ma jkunux eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija, bil-kondizzjoni li dawk l-annimali jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Parti 1 tal-Anness II.

    2.   Is-soċjetajiet tat-tnissil għandhom, fuq applikazzjoni min-nissiela, idaħħlu l-frieħ tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fit-taqsima ewlenija imsemmija fl-Artikolu 16 u għandhom iqisu li l-frieħ ikunu magħmula minn annimali ta' razza pura għat-tnissil, bil-kondizzjoni li l-frieħ jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II.

    Artikolu 21

    Aċċettazzjoni għar-riproduzzjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom

    1.   Soċjetà tat-tnissil li twettaq programm ta' tnissil approvat skont l- Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12 għal razza għandha taċċetta:

    (a)

    għal servizz naturali, kwalunkwe annimal ta' razza pura għat-tnissil ta' dik ir-razza;

    (b)

    għal inseminazzjoni artifiċjali, is-semen miġbur minn annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina li jkunu ġew soġġetti għal evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (c)

    għal inseminazzjoni artifiċjali, is-semen miġbur minn annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet porċina, ovina jew kaprina li jkunu ġew soġġetti għal kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (d)

    għal inseminazzjoni artifiċjali, is-semen miġbur minn annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina li jkun sarilhom, meta jkun meħtieġ skont il-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (e)

    għal trasferiment ta' embrijuni, ooċiti miġburin u użati għall-produzzjoni in vitro ta' embrijuni derivati in vivo u embrijuni mnisslin bl-użu tas-semen imsemmi fil-punt (b) jew (c) ta' dan il-paragrafu, sakemm dawk l-ooċiti u l-embrijuni ikunu nġabru minn annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina jew kaprina li jkunu ġew soġġetti għal kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (f)

    għal trasferiment ta' embrijuni, ooċiti miġburin u użati għall-produzzjoni in vitro ta' embrijuni derivati in vivo u embrijuni mnisslin bl-użu tas-semen imsemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, sakemm dawk l-ooċiti u embrijuni jkunu nġabru minn annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina li jkun sarilhom, meta jkun meħtieġ skont il-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (g)

    għall-ittestjar ta' annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina, is-semen miġbur minn annimali ta' razza pura għat-tnissil li ma sarilhomx kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika bil-kundizzjoni li dan il-materjal jintuża biss għall-iskop ta' ttestjar ta' dawk l-annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil fil-limiti tal-kwantitajiet meħtieġa biex jippermettu lil dik is-soċjetà tat-tnissil twettaq dawn it-testijiet f'konformità mal-Artikolu 25.

    2.   Fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, b'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, soċjetà tat-tnissil tista' tipprojbixxi jew tillimita l-użu ta' teknika ta' riproduzzjoni waħda jew iktar imsemmija f'dak il-paragrafu jew l-użu ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil għal waħda jew aktar minn dawk it-tekniki ta' riproduzzjoni, inkluż l-użu tal-prodotti ġerminali tagħhom, dment li tali projbizzjoni jew limitazzjoni tkun speċifikata fil-programm ta' tnissil tagħha approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    Kwalunkwe tali projbizzjoni jew limitazzjoni speċifikati fl-ewwel subparagrafu li huma speċifikati fil-programm ta' tnissil tas-soċjetà tat-tnissil li stabbilixxiet il-ktieb tat-tnissil ta' oriġini tar-razza skont il-punt 3(a) tal-Parti 3 tal-Anness I għandha tkun vinkolanti għall-programmi ta' tnissil ta' soċjetajiet tat-tnissil li jistabbilixxu l-kotba ta' tnissil filjali tal-istess razza skont il-punt 3(b) tal-Parti 3 tal-Anness I.

    3.   Fil-każ ta' razza fil-periklu, soċjetà tat-tnissil tista' tipprojbixxi jew tillimita l-użu ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' dik ir-razza tal-annimali, inkluż l-użu tal-prodotti ġerminali tagħha, meta tali użu jista' jkun ta' ħsara għall-preservazzjoni ta' dik ir-razza jew għad-diversità ġenetika tagħha.

    4.   Is-semen imsemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1 miġbur minn annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil li huma mdaħħlin fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil stabbilit minn soċjetà tat-tnissil li twettaq programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli l-Artikolu 12, għandu jkun aċċettat minn soċjetà tat-tnissil li twettaq programm ta' tnissil approvat għall-istess razza fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor bl-istess kondizzjonijiet u limiti tal-kwantitajiet għall-kontroll tal-prestazzjoni u, fejn ikun applikabbli, l-evalwazzjoni ġenetikabħal dawk applikati għal annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil tagħha stess.

    5.   Għall-fini tal-paragrafi 1 u 4, il-prodotti ġerminali ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil msemmija f'dawk il-paragrafi għandhom jinġabru, jiġu prodotti, ikunu pproċċessati u jinħażnu f'ċentru ta' ġbir u ħżin ta' semen, jew minn tim ta' ġbir jew produzzjoni ta' embrijuni, approvat għal kummerċ fl-Unjoni ta' dawn il-komoditajiet skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali.

    6.   B'deroga mill-paragrafu 5, Stat Membru jista' jawtorizza l-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin għall-użu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru ta' prodotti ġerminali ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil f'ċentru ta' ġbir jew ħżin ta' semen, f'ċentru ta' ħżin tal-embrijuni, tim ta' ġbir jew ta' produzzjoni tal-embrijuni jew minn persunal kwalifikat b'mod speċifiku, approvat skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

    7.   Permezz ta' deroga mill-punti (b), (c) u (e) tal-paragrafu 1, fejn l-għan tal-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, huwa il-preservazzjoni tar-razza jew il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika eżistenti fir-razza, il-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika għandhom isiru biss fejn dak il-programm ta' tnissil ikun jeħtieġ tali kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika.

    Artikolu 22

    Metodi ta' kontroll tal-identità

    1.   Fejn annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprina u tal-ispeċi ekwina jintużaw għall-ġbir ta' semen għal inseminazzjoni artifiċjali, is-soċjetajiet tat- tnissil għandhom jeżiġu li dawk l-annimali ta' razza pura jkunu identifikati b'analiżi tal-grupp tad-demm tagħhom, jew bi kwalunkwe metodu ieħor adatt li jipprovdi mill-anqas l-istess grad ta' ċertezza bħal analiżi tad-DNA.

    2.   Meta l-annimali għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u tal-ispeċi ekwina huma użati għall-ġbir ta' ooċiti u embrijuni, u meta l-annimali għat-tnissil tal-ispeċi porċina huma użati għall-ġbir ta' semen għal inseminazzjoni artifiċjali, is-soċjetajiet u l-entitajiet tat-tnissil jistgħu jitolbu li dawk l-annimali għat-tnissil jiġu identifikati permezz ta' wieħed mill-metodi msemmija fil-paragrafu 1.

    3.   Fuq talba ta' Stat Membru jew ta' assoċjazzjoni Ewropea għall-annimali għat-tnissil tal-ispeċi konċernata, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, sakemm huma joffru metodi għall-kontroll tal-identità ta' annimali għat-tnissil li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta' ċertezza bħall-analiżi tal-grupp tad-demm ta' dawk l-annimali għat-tnissil, billi jitqiesu avvanzi tekniċi u r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 29, l-ICAR jew tal-International Society for Animal Genetics (ISAG).Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    Taqsima 2

    Reġistrazzjoni ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi f'reġistri tat-tnissil u aċċettazzjoni għal tnissil

    Artikolu 23

    Reġistrazzjoni ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi f'reġistri tat-tnissil

    1.   L-entitajiet tat-tnissil għandhom, fuq talba tan-nissiela tagħhom, jirreġistraw fir-reġistru tat-tnissil tagħhom kwalunkwe ħanżir tat-tnissil ibridu tal-istess razza, linja jew inkroċju li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II.

    2.   L-entitajiet tat-tnissil m'għandhomx jirrifjutaw li jirreġistraw fir-reġistri tat-tnissil tagħhom kwalunkwe ħanżir tat-tnissil ibridu li jkun ġie reġistrat mal-Parti 2 tal-Anness II f'reġistru tat-tnissil stabbilit għall-istess razza, linja jew inkroċju minn entità tat-tnissil rikonoxxut skont l-Artikolu 4(3) fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru differenti.

    Artikolu 24

    Aċċettazzjoni ta' ħnieżer għat-tnissil ibridi u l-prodotti ġerminali tagħhom għat-tnissil

    1.   Entità tat-tnissil li twettaq programm ta' tnissil, approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, dwar ħnieżer tat-tnissil ibridi ta' razza, linja jew inkroċju għandu jaċċetta:

    (a)

    għal servizz naturali, kwalunkwe ħanżir tat-tnissil ibridu tal-istess razza, linja jew inkroċju kif definit f'dak il-programm ta' tnissil;

    (b)

    għal inseminazzjoni artifiċjali, is-semen miġbur minn ħnieżer tat-tnissil ibridi li jkunu ġew soġġetti, meta meħtieġ mill-programm ta' tnissil, approvat skont l-Artikolu 8(3),u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, għal kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (c)

    għal trasferiment ta' embrijuni, ooċiti miġburin u użati għall-produzzjoni in vitro ta' embrijuni derivati in vivo u embrijuni mnisslin bl-użu ta' semen imsemmi fil-punt (b), sakemm dawk l-ooċiti u l-embrijuni li jkunu nġabru minn ħnieżer tat-tnissil ibridi li jkunu ġew soġġetti, fejn meħtieġ skont il-programm ta' tnissil, approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, għal kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25;

    (d)

    għall-kontroll ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, is-semen miġbur minn dawk il-ħnieżer tat-tnissil ibridi li ma sarulhomx kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika, bil-kondizzjoni li s-semen jintuża biss għall-iskop ta' kontrolli ta' dawk il-ħnieżer tat-tnissil ibridi fil-limiti tal-kwantita' meħtieġa għal dik l-entità tat-tnissil biex twettaq tali kontrolli skont l-Artikolu 25.

    2.   Il-ħnieżer irġiel tat-tnissil ibridi li jkunu reġistrati f'reġistru tat-tnissil stabbilit minn entità tat-tnissil li twettaq programm ta' tnissil, approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, u l-prodotti ġerminali tagħhom, għandhom jiġu aċċetatti minn entità tat-tnissil oħra li twettaq programm ta' tnissil fuq l-istess razza, linja jew inkroċju fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor bl-istess kondizzjonijiet u limiti kwantitattivi għall-kontrolli tal-prestazzjoni, u, fejn applikabbli, għall-evalwazzjoni ġenetika, kif applikati għall-ħnieżer tat-tnissil ibridi tiegħu stess.

    3.   Għall-fini tal-paragrafu 1 u 2, il-prodotti ġerminali tal-annimali ta' razza pura għat-tnissil imsemmija f'dawk il-paragrafi għandhom jinġabru, jiġu prodotti, jiġu pproċessati u jinħażnu minn ċentru ta' ġbir u ħżin ta' semen, jew minn tim ta' ġbir jew ta' produzzjoni ta' embrijuni, approvat uffiċjalment għall-kummerċ fl-Unjoni ta' dawn il-komoditajiet skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali.

    4.   B'deroga mill-paragrafu 3, Stat Membru jista' jawtorizza għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin għall-użu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru prodotti ġerminali ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi f'ċentru ta' ġbir u ħżin ta' semen f' ċentru ta' ħżin ta' embrijuni, tim ta' ġbir jew ta' produzzjoni tal-embrijuni jew minn persunal kwalifikat b'mod speċifiku, approvat skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

    KAPITOLU V

    Kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika

    Artikolu 25

    Metodi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika

    Fejn soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil, jew parti terza nnominataskont l-Artikolu 27(1)(b), twettaq kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika ta' annimali għat-tnissil, dik is-soċjetà tat-tnissil, entità tat-tnissil jew parti terza għandha tiżgura li tali kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika jitwettqu skont regoli stabbiliti:

    (a)

    fil-każ ta' anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina u fil-każ ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, fl-Anness III;

    (b)

    fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, il-programm ta' tnissil imwettaq minn dik is-soċjetà tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    Artikolu 26

    Setgħat iddelegati u setgħat ta' implimentazzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-metodi użati għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika

    1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 61 rigward l-emendi għall-Anness III fir-rigward ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, ovina u kaprina meħtieġa biex jittieħed kont ta':

    (a)

    avvanzi xjentifiċi;

    (b)

    żviluppi tekniċi; jew

    (c)

    il-ħtiġijiet għall-preservazzjoni ta' riżorsi ġenetiċi ta' siwi.

    2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli uniformi għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, ovina u kaprina msemmija f'dan l-Artikolu, inklużi l-interpretazzjoni tar-riżultati tagħhom. Meta tagħmel dan, hija għandha tqies l-avvanzi xjentifiċi u tekniċi jew r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċentri ta' referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 29(1) jew, fin-nuqqas tagħhom, il-prinċipji maqbula mill-ICAR. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    Artikolu 27

    Twettiq ta' kontrolli tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika

    1.   Meta l-kontrolli tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika jseħħu skont il-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u meta applikabbli, l-Artikolu 12, is-soċjetajiet u entitajiet tat-tnissil għandhom:

    (a)

    iwettqu dak il-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika huma stess; jew

    (b)

    jaħtru partijiet terzi li lilhom għandhom jiġu esternalizzati dak il-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika.

    2.   Stat Membru, jew, jekk dak l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, jistgħu jeħtieġu li, sabiex il-partijiet terzi jinħatru skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, dawk il-partijiet terzi għandhom ikunu ġew awtorizzati biex iwettqu kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika ta' annimali għat-tnissil minn dak l-Istat Membru, jew, l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, ħlief meta l-parti terza maħtura f'dak il-każ ma tkunx korp pubbliku soġġett għal kontroll minn dak l-Istat Membru, jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

    3.   Stat Membru, jew, jekk dak l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, li jagħmlu użu mid-dispożizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiżguraw li tingħata awtorizzazzjoni lill-partijiet terzi msemmija f'dak il-paragrafu, jekk huma għandhom:

    (a)

    il-faċilitajiet u t-tagħmir meħtieġa sabiex iwettqu kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika;

    (b)

    persunal ikkwalifikat kif xieraq; u

    (c)

    il-kapaċità sabiex iwettqu kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 25.

    4.   B'deroga mill-Artikolu 8(4)(a), Stat Membru jew l-awtorità kompetenti tagħha jistgħu jiddeċiedu li parti terza li tkun awtorizzata skont is-subparagrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew il-korp pubbliku maħtur suġġett għall-kontroll mill-Istat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu responsabbli għall-awtorità kompetenti biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament applikabbli għal dak il-kontroll tal-prestazzjoni jew dik l-evalwazzjoni ġenetika esternalizzata.

    5.   Soċjetajiet tat-tnissil jew entitajiet tat-tnissil li jwettqu huma stess kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika jew partijiet terzi nominati minn soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew awtorizzati minn Stat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jimpenjaw ruħhom li josservaw r-regoli u standards stabbiliti mill-ICAR jew jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet imwettqa minn ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 29.

    Ir-riżultati ta' dawn l-impenji jew parteċipazzjoni f'attivitajiet bħal dawn jistgħu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jiġu rikonoxxuti dawk is-soċjetajiet jew entitajiet tat-tnissil, meta tingħata approvazzjoni lill-programmi ta' tnissil tagħhom, meta jiġu awtorizzati dawk il-partijiet terzi jew jitwettqu kontrolli uffiċjali fuq dawk l-operaturi.

    6.   Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-informazzjoni dettaljata dwar dawk li jwettqu l-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika.

    Artikolu 28

    Obbligi ta' soċjetajiet u entitajiet tat-tnissil u ta' partijiet terzi li jwettqu kontrolli tal-prestazzjoni jew valutazzjoni ġenetika

    1.   Meta soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil twettaq kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika ta' annimali għat-tnissil jew testernalizza dawn l-attivitajiet lil parti terza skont l-Artikolu 27(1)(b), dik is-soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil għandha, fuq talba mill-awtorità kompetenti msemmija fl- Artikolu 8(3), jew, fejn applikabbli, fl-Artikolu 12(5), tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    ir-rekords tad-data kollha li jirriżultaw minn kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika b'rabta ma' annimali għat-tnissil minn proprjetà li tinsab fit-territorju fejn dik l-awtorità kompetenti topera;

    (b)

    dettalji tal-metodi ta' reġistrazzjoni għal karatteristiċi;

    (c)

    dettalji tal-mudell ta' deskrizzjoni ta' prestazzjoni użat għall-analiżi tar-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni;

    (d)

    dettalji tal-metodi ta' statistika użati għall-analiżi tar-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni għal kull karatteristika evalwata;

    (e)

    dettalji tal-parametri ġenetiċi użati għal kull karatteristika evalwata, inkluż, fejn applikabbli, dettalji tal-evalwazzjoni ġenomika.

    2.   Is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil jew, fuq talba minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil, il-parti terza maħtura minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), għandhom jagħmlu r-riżultati tal-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali għat-tnissil li s-semen tagħhom jintuża għal inseminazzjoni artifiċjali skont l-Artikolu 21(1)(b), (c) u (d) u l-Artikolu 24(1)(b) disponibbli pubblikament u għandhom jżommuhom aġġornati.

    KAPITOLU VI

    Ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea

    Artikolu 29

    Ċentri ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea

    1.   Fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta għall-promozzjoni tal-armonizzazzjoni jew titjib tal-metodi ta' kontrolli ta' prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil użati minn soċjetajiet tat-tnissil jew minn partijiet terzi nnominati minn soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jinnominaw iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea responsabbli għall-kontribut xjentifiku u tekniku għall-armonizzazzjoni jew it-titjib ta' dawk il-metodi.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    2.   Fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġi promoss l-istabbiliment jew l-armonizzazzjoni tal-metodi użati minn soċjetajiet tat-tnissil, partijiet terzi nominati minn soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), l-awtoritajiet kompetenti jew awtoritajiet oħra tal-Istati Membri, għall-preservazzjoni ta' razez fil-periklu jew il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika eżistenti fi ħdan dawk ir-razez, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jinnominaw iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea responsabbli għal kontribut xjentifiku u tekniku għall-istabbiliment jew l-armonizzazzjoni ta' dawk il-metodi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    3.   In-nominazzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom isegwu proċess ta' selezzjoni pubblika u għandhom ikunu limitati fiż-żmien jew jiġu riveduti regolarment.

    4.   Ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea nnominati skont l-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu għandhom:

    (a)

    ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV; u

    (b)

    ikunu responsabbli għall-kompiti:

    (i)

    fil-każ ta' ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea nnominati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, stipulati fil-punt 2 tal-Anness IV;

    (ii)

    fil-każ ta' ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea nnominati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu stipulati fil-punt 3 tal-Anness IV;

    jekk dawk il-kompiti huma inklużi fil-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali taċ-ċentri ta' referenza stabbiliti f'konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni skont l- Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014.

    5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 61 biex temenda:

    (a)

    ir-rekwiżiti għal ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV;

    (b)

    il-kompiti ta' ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fil-punti 2 u 3 tal-Anness IV.

    L-atti delegati previsti f'dan il-paragrafu għandhom iqisu kif imiss:

    (a)

    l-ispeċi ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil li għalihom il-metodu ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għandhom jiġu armonizzati jew imtejba u l-avvanzi xjentifiċi u tekniċi fil-qasam ta' kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika; jew

    (b)

    ir-razez fil-periklu li għalihom il-metodi ta' preservazzjoni ta' dawk ir-razez jew il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fi ħdan dawk ir-razez għandhom jiġu stabbiliti jew armonizzati u avvanzi xjentifiċi u tekniċi f'dawk l-oqsma.

    6.   Ċentri ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula skont il-paragrafu 1 jew 2 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-Kummissjoni għall-verifika li:

    (a)

    ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV;

    (b)

    jissodisfaw il-kompiti:

    (i)

    fil-każ ta' ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula skont il-paragrafu 1, stipulati fil-punt 2 tal-Anness IV;

    (ii)

    fil-każ ta' ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula skont il-paragrafu 2, stipulati fil-punt 3 tal-Anness IV.

    Jekk ir-riżultati ta' dan il-kontroll jiżvelaw li ċentru ta' referenza tal-Unjoni Ewropea ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV jew ma jissodisfax il-kompiti stabbiliti fil-punt 2 jew 3 tal-Anness IV, il-Kummissjoni tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jnaqqsu l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mogħtija skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jew jirtiraw in-nomina bħala ċentru ta' referenza tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl- Artikolu 62(2).

    KAPITOLU VII

    Ċertifikati żootekniċi

    Artikolu 30

    Il-ħruġ, il-kontenut u l-format ta' ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom

    1.   Fejn nissiela li jieħdu sehem fi programm tat-tnissil li kien approvat skont l-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, jitolbu ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil tagħhom jew prodotti ġerminali tagħhom, is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil li twettaq dak il-programm ta' tnissil għandha toħroġ dawn iċ-ċertifikati.

    2.   Ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw annimali għat-tnissil jew prodotti ġerminali tagħhom għandhom jinħarġu biss minn:

    (a)

    soċjetajiet tat-tnissil jew entitajiet tat-tnissil li jwettqu programmi ta' tnissil approvati skont l-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, fuq dawk l-annimali għat-tnissil;

    (b)

    l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(3) jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 12(2)(a), jekk dawk l-awtoritajiet jiddeċiedu hekk; jew

    (c)

    korpi tat-tnissil inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 34 li jwettqu programmi ta' tnissil fuq dawk l-annimali għat-tnissil.

    3.   Is-soċjetajiet tat-tnissil jew l-entitajiet tat-tnissil għandhom jiżguraw trażmissjoni f'waqtha ta' ċertifikati żootekniċi.

    4.   Fejn annimali għat-tnissil li jkunu ddaħħlu fi ktieb tat-tnissil minn soċjetà tat-tnissil jew jiġu rreġistrati f'reġistru tat-tnissil miżmum minn entità tat-tnissil, jew il-prodotti ġerminali tagħhom jiġu nnegozjati u fejn dawk l-annimali għat-tnissil jew il-wild prodott minn dawk il-prodotti ġerminali, huma maħsuba biex jiddaħħlu jew jiġu rreġistrati fi ktieb tat-tnissil jew reġistru tat-tnissil, dawk l-annimali għat-tnissil, jew il-prodotti ġerminali, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku.

    Is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil minn fejn jintbagħtu l-annimali għat-tnissil, jew tal-prodotti ġerminali tagħhom, li jżommu l-ktieb tat-tnissil jew ir-reġistru fejn dawk l-annimali għat-tnissil jiddaħħlu jew ikunu rreġistrati għandhom joħorġu ċertifikat żootekniku.

    5.   Fejn annimali għat-tnissil li ġew imdaħħla fi ktieb tat-tnissil jew reġistrati f'reġistru tat-tnissil miżmum minn korp tat-tnissil inkluż fil-lista prevista fl-Artikolu 34, jew il-prodotti ġerminali tagħhom, jiddaħħlu fl-Unjoni u fejn dawk l-annimali għat-tnissil,jew il-frieħ prodotti minn dawk il-prodotti ġerminali huma maħsuba biex jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil miżmum minn soċjetà tat-tnissil jew reġistrati f'reġistru tat-tnissil miżmum minn entità tat-tnissil, dawk l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku.

    Dak iċ-ċertifikat żootekniku għandu jinħareġ mill-korp tat-tnissil elenkat skont l-Artikolu 34 li jkun qed iżomm il-ktieb tat-tnissil jew ir-reġistru tat-tnissil fejn dawk l-annimali għat-tnissil jiddaħħlu jew ikunu rreġistrati, jew mis-servizz uffiċjali tal-pajjiż li jibgħat l-annimali jew il-prodotti.

    6.   Iċ-ċertifikati żootekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom:

    (a)

    jinkludu l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet u l-Kapitoli rilevanti tal-Anness V;

    (b)

    ikunu konformi mal-formuli mudell korrispondenti ta' ċertifikati żootekniċi msemmijin fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 10.

    7.   Soċjetà tat-tnissil jew korp tat-tnissil li jagħmlu kontrolli tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika jew it-tnejn skont il-programm tat-tnissil tagħhom jew jesternalizzaw dawn l-attivitajiet lil partijiet terzi, fil-każ ta' entità tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b) għandhom jindikaw fiċ-ċertifikat żootekniku maħruġ għal annimal ta' razza pura għat-tnissil jew għall-prodotti ġerminali tiegħu:

    (a)

    ir-riżultati ta' dak il-kontroll tal-prestazzjoni;

    (b)

    riżultati aġġornati ta' dik l-evalwazzjoni ġenetika; u

    (c)

    difetti ġenetiċi u pekuljaritajiet ġenetiċi b'rabta ma' dak il-programm tat-tnissil li jolqtu lil dak l-annimal għat-tnissil jew id-donaturi ta' dawk il-prodotti ġerminali.

    8.   Entità tat-tnissil jew korp tat-tnissil li twettaq kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika, jew it-tnejn,skont il-programm tat-tnissil tagħha, jew li testernalizza dawn l-attivitajiet lil partijiet terzi, fil-każ ta' operazzjoni tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), għandha, fejn meħtieġ li jagħmlu hekk minn dak il-programm tat-tnissil, tindika fiċ-ċertifikat żootekniku maħruġ għal ħanżir tat-tnissil ibridu jew għall-prodotti ġerminali tiegħu:

    (a)

    ir-riżultati ta' dak il-kontroll tal-prestazzjoni;

    (b)

    ir-riżultati aġġornati ta' dik l-evalwazzjoni ġenetika; u

    (c)

    id-difetti ġenetiċi u l-pekuljaritajiet ġenetiċi b'rabta ma' dak il-programm tat-tnissil li jolqtu lil dak l-annimal għat-tnissil jew id-donaturi ta' dawk il-prodotti ġerminali.

    9.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa litadotta atti delegati skont l-Artikolu 61 biex temenda l-kontenut ta' ċertifikati żootekniċi stipulati fl-Anness V, sabiex taġġornahom biex jittieħed kont ta':

    (a)

    avvanzi xjentifiċi;

    (b)

    żviluppi tekniċi;

    (c)

    il-funzjonament tas-suq intern; jew

    (d)

    il-ħtiġijiet għall-preservazzjoni ta' riżorsi ġenetiċi ta' siwi.

    10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-formuli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għal annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    Artikolu 31

    Derogi mir-rekwiżiti dwar il-ħruġ, il-kontenut u l-format ta' ċertifikati żootekniċi għall-kummerċ ta' annimali għat-tnissil u il-prodotti ġerminali tagħhom

    1.   B'deroga mill-Artikolu 30(2)(a), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza li prodotti ġerminali jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku maħruġ fuq il-bażi ta' informazzjoni riċevuta mingħand is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil, minn ċentru ta' ġbir jew ħżin ta' semen, jew minn tim ta' ġbir jew produzzjoni ta' embrijuni, approvat għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni f'dawk il-prodotti ġerminali skont liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali.

    2.   B'deroga mill-Artikolu 30(6)(b), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza li l-formoli msemmija fl-Artikolu 30(6)(b) ma jintużawx sakemm:

    (a)

    fil-każ ta' annimali għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina, l-informazzjoni stabbilita fil-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V jew tal-Kapitolu I tal-Parti 3 tal-Anness V tkun inkluża f'dokumenti oħra li jakkumpanjaw dawk l-annimali għat-tnissil, maħruġa mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-entità tat-tnissil;

    (b)

    fil-każ ta' prodotti ġerminali ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina:

    (i)

    l-informazzjoni relatata mad-donaturi ta' dawk il-prodotti ġerminali tkun inkluża f'dokumenti oħra jew f'kopji taċ-ċertifikat żootekniku oriġinali li jakkumpanja dawk il-prodotti ġerminali jew, qabel jew wara li jintbagħtu dawk il-prodotti ġerminali, fuq talba, hija tiġi magħmula disponibbli mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-entità tat-tnissil jew operaturi oħra msemmija fil-paragrafu 1;

    (ii)

    l-informazzjoni relatata ma' semen, ooċiti jew embrijuni tkun inkluża f'dokumenti oħra li jakkumpanjaw dak is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, maħruġa mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-entità tat-tnissil jew l-operaturi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 30(7)(a) u (b) u l-Artikolu 30(8)(a) u (b), fejn ir-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika jkunu disponibbli pubblikament fuq websajt, soċjetajiet tat-tnissil, entitajiet tat-tnissil jew l-operaturi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu, fiċ-ċertifikat żootekniku jew fid-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu, jirreferu għall-websajt minn fejn wieħed ikun jista' jara dawk ir-riżultati.

    Artikolu 32

    Derogi mir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-format ta' ċertifikati żootekniċi maħruġa għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina

    1.   B'deroga mill-Artikolu 30(6), fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, l-informazzjoni stabbilita fil-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V għandha tkun inkluża f'dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 61 dwar il-kontenut u l-format ta' tali dokumenti ta' identifikazzjoni.

    2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, tfassal formuli mudell ta' dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fejn riżultati aġġornati ta' kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika huma disponibbli pubblikament fuq websajt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw in-non-inklużjoni tal-informazzjoni stabbilita fil-punt (1)(m) tal-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V fid-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 bil-kundizzjoni li s-soċjetà tat-tnissil tirreferi għal dik il-websajt f'dak id-dokument.

    4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw li l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1)(m) u (n) tal-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness V tiġi inkluża f'dokumenti oħra maħruġa mis-soċjetà tat-tnissil għall-annimali ta' razza pura għat-tnissil imdaħħlin fi ktieb tat-tnissil miżmum minn dik is-soċjetà tat-tnissil.

    Artikolu 33

    Derogi mir-rekwiżiti dwar il-ħruġ, il-kontenut u l-format ta' ċertifikati żootekniċi għad-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u prodotti ġerminali tagħhom

    1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 30(2)(c) u (5), prodotti ġerminali jistgħu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku maħruġ f'isem il-korp tat-tnissil fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta minn dak tal-korp tat-tnissil, minn ċentru ta' ġbir jew ħżin ta' semen, jew minn tim ta' ġbir jew ta' produzzjoni ta' embrijuni, approvat għad-dħul fl-Unjoni ta' dawk il-prodotti ġerminali skont liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali.

    2.   B'deroga mill-Artikolu 30(6)(b), il-formoli mudell imsemmija fl-Artikolu 30(6)(b) ma għandhomx għalfejn jiġu użati jekk:

    (a)

    l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet u l-Kapitoli rilevanti tal-Anness V tkun inkluża f'dokumenti oħra li jakkumpanjaw l-annimal għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tiegħu;

    (b)

    il-korp tat-tnissil li jwettaq il-programm ta' tnissil jew operatur ieħor imsemmi fil-paragrafu 1, jipprovdi lista eżawrjenti ta' dawk id-dokumenti, jiddikjara li l-informazzjoni stabbilita fil-Partijiet u l-Kapitoli rilevanti tal-Anness V tkun inkluża f'dawk id-dokumenti u jiċċertifikaw il-kontenut ta' dawk id-dokumenti.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 30(7)(a) u (b) u l-Artikolu 30(8)(a) u (b), fejn ir-riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni jew l-evalwazzjoni ġenetika jkunu disponibbli pubblikament fuq websajt, soċjetajiet tat-tnissil jew operaturi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jistgħu, fiċ-ċertifikat żootekniku jew fid-dokumenti l-oħra msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jirreferu għall-websajt minn fejn wieħed ikun jista' jara dawk ir-riżultati.

    KAPITOLU VIII

    Dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom

    Artikolu 34

    Elenkar ta' korpi tat-tnissil

    1.   Il-Kummissjoni għandha żżomm, taġġorna u tippubblika lista ta' korpi tat-tnissil.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tinkludi biss fil-lista pprovduta fil-paragrafu 1 korp tat-tnissil li dwaru tkun irċeviet minn awtorità kompetenti tal-pajjiż terz dokumentazzjoni li turi li l-korp tat-tnissil jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    iwettaq programm ta' tnissil li jkun ekwivalenti għal programmi ta' tnissil approvati skont l-Artikolu 8(3) imwettaq minn soċjetajiet tat-tnissil fuq l-istess razza jew imwettaq minn entitajiet tat-tnissil fuq l-istess razza, linja jew inkroċju fir-rigward ta':

    (i)

    id-dħul ta' annimali għat-tnissil f'kotba tat-tnissil jew ir-reġistrazzjoni tagħhom f'reġistri ta' tnissil;

    (ii)

    l-aċċettazzjoni ta' annimali għat-tnissil;

    (iii)

    l-użu ta' prodotti ġerminali ta' annimali għat-tnissil għall-kontrolli u t-tnissil;

    (iv)

    il-metodi użati għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika;

    (b)

    ikollu superviżjoni jew ikun ikkontrollat minn servizz uffiċjali f'dak il-pajjiż terz;

    (c)

    ikun adotta regoli ta' proċedura biex jiġi żgurat li annimali għat-tnissil imdaħħlin f'kotba tat-tnissil minn soċjetajiet tat-tnissil jew irreġistrati f'reġistri tat-tnissil minn entitajiet tat-tnissil, u l-frieħ prodotti minn prodotti ġerminali ta' tali annimali għat-tnissil jiddaħħlu jew ikunu eliġibbli għal dħul mingħajr diskriminazzjoni fuq abbażi tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom,fil-każ ta'annimali ta' razza pura għat-tnissil, fil-ktieb tat-tnissil tal-istess razza jew fil-każ ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, fir-reġistru tal-istess razza, linja jew inkroċju, miżmuma minn dak tal-korp tat-tnissil.

    3.   Il-Kummissjoni għandha wkoll tinkludi fil-lista prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, referenza għal dawk il-pajjiżi terzi li għandhom miżuri f'posthom li huma meqjusa bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 35, inkluża referenza għal kull korp tat-tnissil f'dawk il-pajjiżi terzi.

    4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tneħħi mil-lista kwalunkwe korpi tat-tnissil li ma jibqgħux jissodisfaw mill-inqas waħda mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2.

    Artikolu 35

    Ekwivalenza ta' miżuri applikati għat-tnissil ta' annimali f'pajjiżi terzi

    1.   Il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jirrikonoxxu li miżuri applikati f'pajjiż terz ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament b'rabta ma' dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u ta' entitajiet tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 4;

    (b)

    l-approvazzjoni tal-programmi ta' tnissil ta' soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 8;

    (c)

    id-dħul ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil f'kotba tat-tnissil u r-reġistrazzjoni ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi f'reġistri previsti fl-Artikoli 18, 20 u 23;

    (d)

    l-aċċettazzjoni ta' annimali għat-tnissil għal tnissil previst fl-Artikoli 21, 22 u 24;

    (e)

    l-użu ta' prodotti ġerminali ta' annimali għat-tnissil għal kontrolli u tnissil previsti fl-Artikoli 21 u 24;

    (f)

    il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika previsti fl-Artikolu 25;

    (g)

    il-kontrolli uffiċjali fuq operaturi previsti fl- Artikolu 43.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    2.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati abbażi ta':

    (a)

    eżami bir-reqqa tal-informazzjoni u d-data mogħtija mill-pajjiż terz li qiegħed ifittex li jkollu l-miżuri tiegħu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament;

    (b)

    meta jkun xieraq, ir-riżultat sodisfaċenti ta' kontroll magħmul mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57.

    3.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jistipulaw l-arrangamenti dettaljati li jirregolaw id-dħul ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom fl-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat u jistgħu jinkludu:

    (a)

    il-format u l-kontenut ta' ċertifikati żootekniċi li jakkumpanjaw dawn l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom;

    (b)

    rekwiżiti speċifiċi applikabbli għad-dħul fl-Unjoni ta' dawk l-annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali tagħhom u l-kontrolli uffiċjali li għandhom isiru fuq dawk l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom mad-dħul fl-Unjoni;

    (c)

    meta jkun meħtieġ, proċeduri għat-tfassil u l-emendar ta' listi ta' korpi tat-tnissil li jinsabu fil-pajjiż terz ikkonċernat, li minnu d-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom jkun permess.

    4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien mhux dovut tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrevokaw l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 meta xi waħda mill-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta' miżuri stabbiliti fiż-żmien tal-adozzjoni tagħhom ma tibqax tiġi sodisfatta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    Artikolu 36

    Dħul f'kotba tat-tnissil jew reġistrazzjoni f'reġistri ta' tnissil ta' annimali għat-tnissil u l-wild prodott minn prodotti ġerminali li daħlu fl-Unjoni

    1.   Meta ssir applikazzjoni min-nissiel, soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil għandha ddaħħal fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil jew fir-reġistru tat-tnissil tagħha kwalunkwe annimali għat-tnissil li daħlu fl-Unjoni u l-wild prodott minn prodotti ġerminali li daħlu fl-Unjoni fejn:

    (a)

    dak l-annimal għat-tnissil jew id-donaturi ta' dawk il-prodotti ġerminali jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil jew jiġu rreġistrati f'reġistru tat-tnissil miżmum minn korp tat-tnissil fil-pajjiż terz minn fejn ikunu ntbagħtu;

    (b)

    dawk il-prodotti ġerminali jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21(1) jew (2), fejn dak huwa rekwiżit tal-programm ta' tnissil magħmul minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew dik l-entità tat-tnissil;

    (c)

    dak l-annimal tat-tnissil jissodisfa l-karatteristiċi tar-razza jew, fil-każ ta' ħanżir tat-tnissil ibridu, il-karatteristiċi tar-razza, il-linja jew l-inkroċju stabbiliti fil-programm ta' tnissil imwettaq minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil;

    (d)

    il-korp tat-tnissil imsemmi fil-punt (a) huwa inkluż fil-lista ta' korpi tat-tnissil previsti fl-Artikolu 34.

    2.   L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu, għal raġunijiet żootekniċi jew ġenealoġiċi, d-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali tagħhom u l-użu sussegwenti ta' dawk l-annimali jew il-prodotti ġerminali tagħhom, meta dawk l-annimali għat-tnissil jew id-donaturi ta' dawk il-prodotti ġerminali jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil jew jiġu reġistrati f'reġistru tat-tnissil miżmum minn korp tat-tnissil inkluż fil-lista ta' korpi tat-tnissil stabbilita skont l-Artikolu 34.

    Artikolu 37

    Verifiki tad-dritt għar-rata konvenzjonali tad-dazju għal annimali ta' razza pura għat-tnissil li jidħlu fl-Unjoni

    1.   Fejn l-operatur responsabbli għall-konsenja ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil jitlob l-applikazzjoni tar-rata konvenzjonali tad-dazju għal annimali ta' razza pura għat-tnissil prevista fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar l-annimali ta' dik il-konsenja:

    (a)

    dawk l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati minn:

    (i)

    iċ-ċertifikat żootekniku kif imsemmi fl- Artikolu 30(5) jew l-Artikolu 32;

    (ii)

    dokument li jindika li huma għandhom jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil miżmum minn soċjetà tat-tnissil jew ikunu rreġistrati f'reġistru tat-tnissil miżmum minn entità tat-tnissil;

    (b)

    għandhom jitwettqu verifiki fuq dik il-konsenja fil-post ta' spezzjoni mal-fruntiera li fih isiru l-verifiki ta' dokumenti, ta' identità u verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/496/KEE

    2.   Il-fini tal-verifiki previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhu jkun li jivverifika li:

    (a)

    il-konsenja tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

    (b)

    il-kontenut u t-tikkettar tal-konsenja tikkorrispondi mal-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

    KAPITOLU IX

    L-awtoritajiet kompetenti li jwettqu programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura

    Artikolu 38

    L-awtoritajiet kompetenti li jwettqu programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil

    1.   Jekk, f'territorju fejn topera l-awtorità kompetenti, m'hemm l-ebda organizzazzjoni tat-tnissil, assoċjazzjoni ta' nissiela jew korp pubbliku li jwettaq programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil li jappartjenu għal razza ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina jew ekwina jistgħu jiddeċiedu li jwettqu programm ta' tnissil għal dik ir-razza, sakemm:

    (a)

    hemm il-ħtieġa li tinżamm dik ir-razza jew li tiġi stabbilita dik ir-razza fl-Istat Membru jew fit-territorju fejn dik l-awtorità kompetenti topera; jew

    (b)

    dik ir-razza hija razza fil-periklu.

    2.   Awtorità kompetenti li twettaq programm ta' tnissil f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li dan ma jkollu l-ebda effett negattiv fuq il-possibbiltà:

    (a)

    li organizzazzjonijiet tat-tnissil, assoċjazzjonijiet tan-nissiela jew korpi pubbliċi jiġu rikonoxxuti bħala soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 4(3);

    (b)

    li soċjetajiet tat-tnissil ikollhom il-programmi ta' tnissil tagħhom approvati skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    3.   Fejn awtorità kompetenti twettaq programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil, dik l-awtorità kompetenti:

    (a)

    għandu jkollha persunal biżżejjed ikkwalifikat suffiċjentement u faċilitajiet u tagħmir adegwati biex timplimenta b'mod effiċjenti dak il-programm ta' tnissil;

    (b)

    kapaċi tagħmel il-verifiki meħtieġa biex tirreġistra l-pedigree tal-annimali għat-tnissil koperti minn dak il-programm ta' tnissil;

    (c)

    għandu jkollha popolazzjoni kbira biżżejjed ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil u numru suffiċjenti ta' nissiela fit-territorju ġeografiku kopert minn dak il-programm ta' tnissil;

    (d)

    kapaċi tiġġenera, jew tkun iġġenerat għalihom, u tkun kapaċi tuża data miġbura dwar annimali ta' razza pura għat-tnissil metieġa biex jitwettaq dak il-programm ta' tnissil;

    (e)

    tkun adottat regoli ta' proċedura:

    (i)

    li jirregolaw ir-riħoluzzjoni ta' tilwim ma' nissiela li jieħdu sehem f'dak il-programm ta' tnissil;

    (ii)

    li jiżguraw trattament ugwali tan-nissiela li jipparteċipaw f'dak il-programmi ta' tnissil;

    (iii)

    li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tan-nissiela li jipparteċipaw fi programmi ta' tnissil.

    4.   Il-programm ta' tnissil imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:

    (a)

    l-informazzjoni dwar l-għan tiegħu li għandu jkun il-preservazzjoni tar-razza, it-titjib tar-razza, il-ħolqien ta' razza ġdida jew ir-rikostruzzjoni ta' razza, jew kwalunkwe taħlita ta'waħda minn dawn;

    (b)

    l-isem tar-razza koperta minn dak il-programm ta' tnissil biex tiġi evitata konfużjoni ma' annimali simili ta' razza pura għat-tnissil ta' razez oħra mdaħħlin f'kotba tat-tnissil oħra eżistenti;

    (c)

    il-karatteristiċi dettaljati tar-razza, inkluża indikazzjoni ta' elementi essenzjali, koperti minn dak il-programm ta' tnissil;

    (d)

    l-informazzjoni dwar it-territorju ġeografiku fejn dan jitwettaq;

    (e)

    l-informazzjoni dwar is-sistema għall-identifikazzjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil li trid tiżgura li annimali ta' razza pura għat-tnissil jiddaħħlu biss fil-ktieb tat-tnissil meta jkunu identifikati individwalment u skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta' annimali tal-ispeċi konċernata;

    (f)

    l-informazzjoni dwar is-sistema ta' reġistrazzjoni ta' pedigrees ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil imdaħħla jew reġistrati u eliġibbli għad-dħul f'kotba tat-tnissil;

    (g)

    l-objettivi tal-għażla u tat-tnissil tal-programm ta' tnissil, inkluża indikazzjoni tal-objettivi ewlenin ta' dak il-programm ta' tnissil, u, fejn applikabbli, il-kriterji dettaljati ta' evalwazzjoni relatati ma' dawk l-objettivi għall-għażla ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil;

    (h)

    fejn il-programm ta' tnissil jitlob kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika:

    (i)

    l-informazzjoni dwar is-sistemi użata biex jiġu ġġenerati, irreġistrati, ikkomunikati u użati r-riżultati ta' kontroll tal-prestazzjoni;

    (ii)

    l-informazzjoni dwar is-sistemi tal-evalwazzjoni ġenetika u, fejn applikabbli, għall-evalwazzjoni ġenomika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil;

    (i)

    fejn taqsimiet supplementari huma stabbiliti, kif previst fl-Artikolu 17, jew fejn is-sezzjoni ewlenija hi sottodiviża fi klassijiet kif previst fl-Artikolu 16, ir-regoli għad-diviżjoni tal-ktieb tat-tnissil u l-kriterji jew il-proċeduri applikati għar-reġistrazzjoni tal-annimali f'dawk it-taqsimiet jew il-klassifikazzjoni tagħhom f'dawk il-klassijiet;

    (j)

    fejn, fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, il-programm ta' tnissil jipprojbixxi jew jillimita l-użu ta' teknika ta' riproduzzjoni waħda jew aktar jew l-użu ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil għal teknika ta' riproduzzjoni waħda jew iktar imsemmija fl-Artikolu 21(2), informazzjoni dwar tali projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet;

    (k)

    fejn l-awtorità kompetenti testernalizza attivitajiet tekniċi speċifiċi relatati mal-ġestjoni tal-programm ta' tnissil lil partijiet terzi, l-informazzjoni dwar dawk l-attivitajiet u l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-partijiet terzi nominati;

    5.   Fejn awtorità kompetenti twettaq programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1, 2, 3, 4(a), 4(c) tal-Parti 3 tal-Anness I għandhom japplikaw b'żieda ma' dawk stipulati fil-paragrafi 3 u 4.

    6.   Fejn awtorità kompetenti twettaq programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil, dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma b'mod trasparenti u f'waqtu lin-nissiela li jieħdu sehem f'dak il-programm ta' tnissil dwar kwalunkwe tibdil fih.

    7.   Fejn awtorità kompetenti twettaq programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil, l-Artikoli 3, 13 sa 22, 25, 27, l-Artikolu 28(2), l-Artikoli 30, 31, 32 u l-Artikolu 36(1) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    KAPITOLU X

    Kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, assistenza amministrattiva, kooperazzjoni u infurzar mill-Istati Membri

    Artikolu 39

    Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti bir-responsabbiltà għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità tal-operaturi mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament, u għat-twettiq ta' attivitajiet uffiċjali oħra biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli.

    2.   Kull Stat Membru għandu:

    (a)

    ifassal u jżomm aġġornata lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1,inkluż id-dettalji ta' kuntatt tagħhom;

    (b)

    jispeċifika fil-lista prevista fil-punt (a) l-indirizz fejn iridu jintbagħtu li ġejjin:

    (i)

    in-notifiki msemmija fl-Artikolu 12; jew

    (ii)

    l-informazzjoni, it-talbiet jew in-notifiki msemmija fl-Artikoli 48 u 49.

    (c)

    jagħmel il-lista msemmija fil-punt (a) disponibbli għall-pubbliku fuq websajt u jinnotifika din il-websajt lill-Kummissjoni.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u żżomm aġġornata lista tal-websajts imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 u tagħmel din il-lista disponibbli pubblikament.

    Artikolu 40

    Konformità mill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu programmi ta' tnissil

    B'deroga mill-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jivverifikaw li l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu programmi ta' tnissil skont l-Artikolu 38, jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'dak l-Artikolu.

    Artikolu 41

    Obbligi ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti

    L-awtoritajiet kompetenti:

    (a)

    għandu jkollhom proċeduri jew arranġamenti, jew it-tnejn, stabbiliti biex jiżguraw u jivverifikaw l-effettività, l-adegwatezza, l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali oħra li jwettqu;

    (b)

    għandu jkollhom proċeduri jew arranġamenti, jew it-tnejn, stabbiliti biex jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jkunu ħielsa minn kull kunflitt ta' interess fir-rigward tal-operaturi li fir-rigward tagħhom huma jwettqu dawk il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra;

    (c)

    ikollhom, jew għandu jkollhom aċċess għal għadd suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikat b'mod adegwat, imħarreġ u b'esperjenza, sabiex il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effiċjenti u effettiv;

    (d)

    għandu jkollhom faċilitajiet u tagħmir adegwat u miżmuma sew biex jiżguraw li l-persunal tagħhom ikun jista' jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra b'mod effiċjenti u effettiv;

    (e)

    għandu jkollhom is-setgħat legali biex iwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, u biex jieħdu l-azzjoni prevista f'dan ir-Regolament;

    (f)

    għandu jkollhom proċeduri legali stabbiliti biex jiġi żgurat li l-persunal tagħhom ikollu aċċess għall-proprjetà, u għad-dokumenti u sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni miżmuma minn operaturi, bil-għan li jkun jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom kif xieraq.

    Artikolu 42

    Obbligi ta' kunfidenzjalità tal-awtoritajiet kompetenti

    1.   Mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet fejn l-iżvelar tagħhahuwa meħtieġ mill-atti legali tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li l-membri tal-persunal tagħhom li jintrabtu li ma jiżvelawx lil partijiet terzi informazzjoni miksuba waqt il-qadi tal-kompiti tagħhom fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra, li hija, min-natura tagħha koperta bil-kunfidenzjalità professjonali, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tagħha.

    2.   Informazzjoni koperta mill-kunfidenzjalità professjonali, għandha tinkludi tagħrif li l-iżvelar tiegħu jimmina:

    (a)

    l-iskop ta' kontrolli jew investigazzjonijiet uffiċjali;

    (b)

    il-protezzjoni ta' interessi kummerċjali ta' operatur jew kwalunkwe persuna oħra fiżika jew ġuridika;

    (c)

    il-protezzjoni ta' proċedimenti fil-qrati u parir legali.

    Artikolu 43

    Regoli dwar kontrolli uffiċjali

    1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq operaturi bi frekwenza adegwata, filwaqt li jqisu:

    (a)

    ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament;

    (b)

    ir-reġistrazzjonijiet l-imgħoddija ta' operaturi fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali magħmulin fir-rigward tagħhom u l-konformità tagħhom mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament;

    (c)

    l-affidabbiltà u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-operaturi, jew minn partijiet terzi fuq talba tagħhom, għall-iskop li tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament;

    (d)

    kwalunkwe informazzjoni li tista' tindika nuqqas ta' konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

    2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel kontrolli uffiċjali skont proċeduri dokumentati li għandhom jinkludu istruzzjonijiet għal persunal li jagħmel kontrolli uffiċjali.

    3.   Kontrolli uffiċjali għandhom isiru wara li l-operatur jkun ġie notifikat minn qabel sakemm ma jkunx hemm raġunijiet biex il-kontrolli uffiċjali jsiru mingħajr avviż minn qabel.

    4.   Il-kontrolli uffiċjali għandhom, sa fejn hu possibbli, jsiru b'mod li l-piż jiġi minimizzat fuq l-operaturi mingħajr ma dan jolqot ħażin il-kwalità ta' dawk il-kontrolli uffiċjali.

    5.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel kontrolli uffiċjali bl-istess mod irrispettivament minn jekk l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom:

    (a)

    joriġinawx fl-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli uffiċjali jew fi Stat Membru ieħor; jew

    (b)

    jidħlux fl-Unjoni.

    Artikolu 44

    Transparenza ta' kontrolli uffiċjali

    L-awtorità kompetenti għandha tagħmel kontrolli uffiċjali b'livell għoli ta' trasparenza u għandha tagħmel informazzjoni rilevanti dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq ta' kontrolli uffiċjali disponibbli pubblikament.

    Artikolu 45

    Dokumentazzjoni bil-miktub ta' kontrolli uffiċjali

    1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu dokumentazzjoni bil-miktub ta' kull kontroll uffiċjali li jwettqu.

    Din id-dokumentazzjoni bil-miktub għandu jkun fiha:

    (a)

    deskrizzjoni tal-iskop tal-kontroll uffiċjali;

    (b)

    il-metodi ta' kontroll applikati;

    (c)

    ir-riżultati tal-kontroll uffiċjali;

    (d)

    fejn xieraq, l-azzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jobbligaw lill-operaturi jieħdu bħala riżultat tal-kontroll uffiċjali.

    2.   Sakemm l-iskopijiet ta' investigazzjonijiet ġudizzjarji jew il-protezzjoni ta' proċedimenti tal-qorti jirrikjedu mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-operaturi li kienu ġew soġġetti għal kontroll uffiċjali b'kopja ta' dokumentazzjoni bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 46

    Obbligi tal-operaturi soġġetti għal kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra

    1.   Sa fejn ikun meħtieġ biex isiru kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra, l-operaturi għandhom, meta mitluba biex jagħmlu dan mill-awtoritajiet kompetenti, jagħtu lill-persunal ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti l-aċċess meħtieġ għal:

    (a)

    it-tagħmir tagħhom, il-proprjetà u postijiet oħra taħt il-kontroll tagħhom;

    (b)

    is-sistemi ta' ġestjoni ta' informazzjoni kompjuterizzata tagħhom;

    (c)

    l-annimali għat-tnissil tagħhom u l-prodotti ġerminali tagħhom taħt il-kontroll tagħhom;

    (d)

    id-dokumenti tagħhom u kull informazzjoni oħra rilevanti.

    2.   Matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, l-operaturi għandhom jassistu lil u jikkooperaw mal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

    Artikolu 47

    Azzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità stabbilita

    1.   Meta tkun ġiet stabbilita nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

    (a)

    jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tkun determinata l-oriġini u l-gravità ta' dik in-nonkonformità u biex jiġu stabbiliti r-responsabbiltajiet tal-operaturi kkonċernati;

    (b)

    jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-operaturi kkonċernati jirrimedjaw in-nonkonformità u ma jħallux li terġa' sseħħ.

    Meta jiddeċiedu x'miżuri għandhom jieħdu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura tan-nonkonformità u r-rekord li kellhom fl-imgħoddi l-operaturi kkonċernati fir-rigward ta' konformità.

    B'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti għandhom, skont kif xieraq:

    (a)

    jordnaw li s-soċjetà tat-tnissil tipposponi d-dħul fil-kotba tat-tnissil ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil jew li l-entità tat-tnissil tipposponi r-reġistrazzjoni f'reġistri tat-tnissil ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi;

    (b)

    jordnaw li l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom ma għandhomx jintużaw għat-tnissil f'konformità ma' dan ir-Regolament;

    (c)

    jissospendu l-ħruġ ta' ċertifikati żootekniċi mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-entità tat-tnissil;

    (d)

    jissospendu jew jirtiraw l-approvazzjoni ta' programm ta' tnissil magħmul minn soċjetà tat-tnissil jew entità tat-tnissil, fejn l-attivitajiet ta' dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil ripetutament, kontinwament jew ġeneralment jonqsu milli jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-programm ta' tnissil approvat skont l- Artikolu 8(3) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12;

    (e)

    jirtiraw ir-rikonoxximent tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-entità tat-tnissil mogħti skont l-Artikolu 4(3), fejn dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil ripetutament, kontinwament jew ġeneralment jonqsu milli jkunu konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(3);

    (f)

    jieħdu kwalunkwe miżuri oħra li lhuma jqisu li jkunu xierqa biex jiżguraw konformità mar-regoli msemmijin f'dan ir-Regolament.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-operaturi kkonċernati, jew lir-rappreżentanti tagħhom:

    (a)

    b'notifika bil-miktub dwar id-deċiżjoni tagħhom rigward l-azzjoni jew il-miżura li għandha tittieħed skont il-paragrafu 1, flimkien mar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni;

    (b)

    b'informazzjoni dwar kwalunkwe dritt ta' appell kontra tali deċiżjonijiet, u dwar il-proċedura applikabbli u t-termini ta' żmien.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw is-sitwazzjoni u għandhom jimmodifikaw, jissospendu jew jirtiraw l-miżuri li huma jkunu ħadu skont dan l-Artikolu, skont il-gravità tan-nonkonformità u u l-eżistenza ta' evidenza ċara ta' ritorn għall-konformità.

    4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-operaturi konċernati għandhom iġarrbu l-ispejjeż kollha jew parti minnhom magħmula skont dan l-Artikolumill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

    Artikolu 48

    Kooperazzjoni u assistenza amministrattiva

    1.   Fejn in-nuqqas ta' konformità joriġina fi, jestendi għal jew jaffetwa aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti f'dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin kif ukoll jipprovdu lil xulxin b'assistenza amministrattiva biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

    2.   Il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva previsti fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

    (a)

    it-talba motivata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru (“l-awtorità kompetenti rikjedenti”) għal informazzjoni minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor (“l-awtorità kompetenti rikjesta”) li hija meħtieġa sabiex jiġu mwettqa kontrolli uffiċjali jew biex jingħatalhom segwitu;

    (b)

    fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jista' jkollu implikazzjonijiet fi Stati Membri oħra, in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri l-oħra mill-awtorità kompetenti konxji min-nuqqas ta' konformità;

    (c)

    l-għoti, mill-awtorità kompetenti rikjesta, ta' informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa lill-awtorità kompetenti rikjedenti, mingħajr dewmien żejjed meta l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti jsiru disponibbli;

    (d)

    it-twettiq ta' investigazzjonijiet jew kontrolli uffiċjali mill-awtorità kompetenti rikjesta li huma meħtieġa biex:

    (i)

    lill-awtorità kompetenti rikjedenti tingħata l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa, inkluża informazzjoni dwar ir-riżultati ta' tali investigazzjonijiet jew kontrolli uffiċjali u, fejn xieraq, il-miżuri meħuda;

    (ii)

    tiġi verifikata, fejn ikun meħtieġ fuq il-post, il-konformità, fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom, mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament;

    (e)

    bi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, il-parteċipazzjoni minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru f'kontrolli uffiċjali fuq il-post li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor iwettqu.

    3.   Fejn kontrolli uffiċjali mwettqa fuq annimali għat-tnissil jew fuq il-prodotti ġerminali tagħhom li joriġinaw fi Stat Membru ieħor juru istanzi ripetuti ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun wettaq dawk il-kontrolli uffiċjali għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien żejjed.

    4.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali li huma:

    (a)

    applikabbli għall-ħruġ ta' dokumenti li jkunu l-oġġett ta', jew relatati ma' proċedimenti ġudizzjarji;

    (b)

    li jkollhom bħala għan il-ħarsien ta' interessi kummerċjali vestiti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

    5.   Il-komunikazzjoni kollha bejn awtoritajiet kompetenti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu bil-miktub, kemm fuq il-karta kif ukoll f'forma elettronika.

    Artikolu 49

    Notifika lill-Kummissjoni u tal-Istati Membri fuq abbażi ta' informazzjoni mogħtija minn pajjiżi terzi

    1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni minn pajjiż terz li tindika nuqqas ta' konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament, huma għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn:

    (a)

    jinnotifikaw tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra magħrufa li huma kkonċernati minn dik in-nonkonformità;

    (b)

    fejn tali informazzjoni tkun jew tista' tkun rilevanti fil-livell tal-Unjoni, jikkomunikaw tali informazzjoni lill-Kummissjoni.

    2.   Informazzjoni miksuba permezz ta' kontrolli uffiċjali jew investigazzjonijiet magħmulin skont dan ir-Regolament tista' tkun ikkomunikata lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1, bil-kondizzjoni li:

    (a)

    l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom għal tali komunikazzjoni;

    (b)

    ikun hemm konformità ma' regoli rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjoni ta' data personali lil pajjiżi terzi.

    Artikolu 50

    Assistenza koordinata u segwitu mill-Kummissjoni

    1.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkoordina l-miżuri u l-azzjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti skont dan il-Kapitolu meta:

    (a)

    l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tindika l-eżistenza tal-attivitajiet li jkunu, jew li jidhru, ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament u li jikkonċernaw iktar minn Stat Membru wieħed;

    (b)

    l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati ma jkunux jistgħu jaqblu dwar azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw in-nonkonformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

    2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista':

    (a)

    titlob li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mill-attivitajiet li huma, jew li jidhru li huma, nonkonformi mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament, jipprovduha b'rapport dwar il-miżuri li huma jkunu ħadu;

    (b)

    b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati mill-attivitajiet li huma, jew li jidhru li huma, nonkonformi mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament, tibgħat tim ta' spezzjoni biex jagħmel kontroll tal-Kummissjoni fuq il-post;

    (c)

    titlob li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' dispaċċ u, fejn xieraq, fi Stati Membri oħra kkonċernati, jintensifikaw b'mod xieraq il-kontrolli uffiċjali tagħhom u jipprovduha b'rapport dwar il-miżuri li huma jkunu ħadu;

    (d)

    tissottometti informazzjoni dwar każijiet bħal dawn lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(1), flimkien ma' proposta għal miżuri biex jiġu rimedjati l-każijiet ta' nonkonformità msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

    (e)

    tieħu kwalunkwe miżuri oħra xierqa.

    Artikolu 51

    Prinċipju ġenerali għall-finanzjament ta' kontrolli uffiċjali

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-persunal u riżorsi oħra meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali oħra.

    Artikolu 52

    Pieni

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni applikabbli għal vjolazzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2018 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li teffettwahom.

    KAPITOLU XI

    Kontrolli tal-Kummissjoni

    Taqsima 1

    Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri

    Artikolu 53

    Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri

    1.   L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jagħmlu kontrolli fl-Istati Membri, kif xieraq, sabiex:

    (a)

    jivverifikaw l-applikazzjoni tar-regoli previsti f'dan ir-Regolament;

    (b)

    jivverifikaw prattiki ta' infurzar u l-funzjonament ta' sistemi ta' kontroll uffiċjali u tal-awtoritajiet kompetenti li joperawhom;

    (c)

    jinvestigaw u jiġbru informazzjoni:

    (i)

    dwar problemi importanti jew li jseħħu sikwit rigward l-applikazzjoni jew l-infurzar tar-regoli previsti f'dan ir-Regolament;

    (ii)

    dwar problemi li jinqalgħu jew żviluppi ġodda b'relazzjoni ma' prattiki partikolari ta' operaturi.

    2.   Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu organizzati f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    3.   Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu verifiki mwettqa fuq il-post b'kooperazzjoni mal-pawtoritajiet kompetenti li jwettqu kontrolli uffiċjali.

    4.   L-esperti tal-Istati Membri jistgħu jassistu lill-esperti tal-Kummissjoni. L-esperti tal-Istati Membri li jakkumpanjaw esperti tal-Kummissjoni għandhom jingħataw l-istess drittijiet ta' aċċess bħal dawk l-esperti tal-Kummissjoni.

    Artikolu 54

    Rapporti mill-Kummissjoni dwar kontrolli magħmulin mill-esperti tagħha fl-Istati Membri

    1.   Il-Kummissjoni għandha:

    (a)

    tħejji abbozz ta' rapport dwar ir-riżultati li tikseb u r-rakkomandazzjonijiet billi tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-esperti tagħha matul il-kontrolli previsti fl-Artikolu 53(1);

    (b)

    tibgħat lill-Istat Membru fejn ikunu saru dawk il-kontrolli kopja tal-abbozz tar-rapport msemmi fil-punt (a), għall-kummenti tiegħu;

    (c)

    tqis il-kummenti tal-Istat Membru msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu fit-tħejjija tar-rapport finali dwar is-sejbiet li jirriżultaw mill-kontrolli previsti fl-Artikolu 53(1) imwettqa mill-esperti tagħha f'dak l-Istat Membru;

    (d)

    tagħmel disponibbli pubblikament ir-rapport finali msemmi fil-punt (c) u l-kummenti tal-Istat Membru msemmi fil-punt (b).

    2.   Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista', fir-rapport finali tagħha imsemmi fil-punt (c) tal- paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tirrakkomanda azzjoni korrettiva jew preventiva li għandha tittieħed mill-Istati Membri biex jindirizzaw in-nuqqasijiet speċifiċi jew sistemiċi identifikati matul il-kontrolli tal-Kummissjoni mwettqa skont l-Artikolu 53(1).

    Artikolu 55

    Obbligi tal-Istati Membri fir-rigward ta' kontrolli tal-Kummissjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom:

    (a)

    fuq talba tal-esperti tal-Kummissjoni, jipprovdu l-assistenza teknika meħtieġa u d-dokumentazzjoni disponibbli u appoġġ tekniku ieħor biex dawn l-esperti jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 53(1) b'mod effiċjenti u effettiv;

    (b)

    jipprovdu l-assistenza meħtieġa biex jiżguraw li l-esperti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-proprjetà kollha, inklużi partijiet minnhom, u għall-postijiet oħra, għal tagħmir u għal informazzjoni, inklużi sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, għal annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, meħtieġa biex jitwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 53(1).

    2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa ta' segwitu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport finali msemmija fl-Artikolu 54(1)(c) biex jiżguraw konformità mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 56

    Tħarbit serju fis-sistema ta' kontroll ta' Stat Membru

    1.   Fejn il-Kummissjoni jkollha evidenza ta' tħarbit serju fis-sistemi ta' kontroll ta' Stat Membru u fejn tali tħarbit jista' jirriżulta fi ksur mifrux ħafna tar-regoli previsti f'dan ir-Regolament, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)

    kundizzjonijiet speċjali għal, jew projbizzjoni fuq il-kummerċ fl-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom milqutin mit-tħarbit fis-sistema ta' kontroll uffiċjali;

    (b)

    kwalunkwe miżuri oħra xierqa temporanji.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni ma jibqgħux japplikaw ladarba dak it-tfixkil ikun ġie eliminat.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati biss fejn il-Kummissjoni talbet lill-Istat Membru kkonċernat jirrimedja s-sitwazzjoni f'limitu ta' żmien xieraq u l-Istat Membru jkun naqas milli jagħmel dan.

    3.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja s-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jemendaw jew iħassru l-miżuri adottati, skont il-mod li bih tiżviluppa s-sitwazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    Taqsima 2

    Kontrolli tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi

    Artikolu 57

    Kontrolli tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi

    1.   Esperti tal-Kummissjoni jistgħu jagħmlu kontrolli f'pajjiż terz, kif xieraq, sabiex:

    (a)

    jivverifikaw il-konformità jew l-ekwivalenza tal-leġiżlazzjoni u s-sistemi tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament;

    (b)

    jivverifikaw il-kapaċità tas-sistema ta' kontroll tal-pajjiż terz biex jiġi żgurat li konsenji ta' annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom li jidħlu fl-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti fil-Kapitolu VIII ta' dan ir-Regolament;

    (c)

    jiġbru informazzjoni u data biex jiċċaraw il-kawżi ta' problemi rikorrenti jew emerġenti fir-rigward ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom minn pajjiż terz li jidħlu fl-Unjoni.

    2.   Il-kontrolli tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu b'mod partikolari:

    (a)

    il-leġiżlazzjoni żooteknika u ġenealoġika tal-pajjiż terz dwar annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom;

    (b)

    l-organizzazzjoni tal-awtoritjiet kompetenti tal-pajjiż terz, is-setgħat u l-indipendenza tagħhom, is-superviżjoni li għaliha huma soġġetti u l-awtorità li għandhom biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni applikabbli b'mod effettiv;

    (c)

    it-taħriġ tal-persunal fil-pajjiż terz responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli fuq il-korpi tat-tnissil, jew is-superviżjoni tagħhom;

    (d)

    ir-riżorsi li huma disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz;

    (e)

    l-eżistenza u t-tħaddim ta' proċeduri ta' kontroll dokumentati u ta' sistemi ta' kontroll abbażi ta' prijoritajiet;

    (f)

    kemm ikun hemm kontrolli u l-operazzjoni tagħhom imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz fuq annimali għat-tnissil u fuq il-prodotti ġerminali tagħhom li jaslu minn pajjiżi terzi oħra;

    (g)

    il-garanziji li l-pajjiż terz ikun jista' jagħti dwar il-konformità ma', jew l-ekwivalenza għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 58

    Frekwenza u organizzazzjoni ta' kontrolli tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi

    1.   Il-frekwenza tal-kontrolli f'pajjiż terz imsemmija fl-Artikolu 57(1) għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta':

    (a)

    il-prinċipji u l-objettivi tar-regoli previsti f'dan ir-Regolament;

    (b)

    il-volum u n-natura tal-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom li jidħlu fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz;

    (c)

    ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 57(1) li jkunu saru diġà;

    (d)

    ir-riżultati ta' kontrolli uffiċjali fuq annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom li jidħlu fl-Unjoni mill-pajjiż terz u ta' kull kontroll uffiċjali ieħor imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

    (e)

    kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tqis xierqa.

    2.   Biex tħaffef l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontrolli previsti fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista', qabel ma tagħmel tali kontrolli, titlob li l-pajjiż terz ikkonċernat jipprovdi:

    (a)

    l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2); jew l-Artikolu 35(2)(a);

    (b)

    fejn xieraq u meħtieġ, ir-reġistrazzjonijiet bil-miktub dwar il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz.

    3.   Il-Kummissjoni tista' taħtar esperti mill-Istati Membri biex jassistu lill-esperti tagħha stess matul il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 57(1).

    Artikolu 59

    Rapporti mill-Kummissjoni dwar kontrolli magħmulin mill-esperti tagħha f'pajjiżi terzi

    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-riżultati li tikseb dwar kull kontroll imwettaq skont l-Artikoli 57 u 58.

    Dawn ir-rapporti għandhom, fejn xieraq, jinkludu rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-rapporti disponibbli pubblikament.

    Artikolu 60

    L-istabbiliment ta' miżuri speċjali rigward id-dħul fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom;

    1.   Fejn ikun hemm evidenza li tkun qed isseħħ nonkonformità serja mifruxa mar-regoli previsti f'dan ir-Regolament f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)

    il-projbizzjoni tad-dħul fl-Unjoni bħala annimali għat-tnissil jew prodotti ġerminali tagħhom, ta' annimali, jew is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni tagħhom li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz;

    (b)

    il-projbizzjoni tad-dħul f'kotba tat-tnissil miżmuma minn soċjetajiet tat-tnissil jew ir-reġistrazzjoni f'reġistri tat-tnissil miżmuma minn entitajiet tat-tnissil ta' annimali għat-tnissil u l-wild prodotti mill-prodotti ġerminali tagħhom li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

    Flimkien ma', jew minflok dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tieħu waħda jew aktar minn dan li ġejjin:

    (a)

    tħassar dak il-pajjiż terz jew il-korpi tat-tnissil ta' dak il-pajjiż terz mil-lista prevista fl-Artikolu 34(1);

    (b)

    tieħu kwalunkwe miżura oħra xierqa.

    2.   L-atti ta' implimentazzjoni u il-miżuri l-oħra msemmiija fil-paragrafu 1 għandhom jidentifikaw l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom permezz tal-kodiċijiet tagħhom, fin-Nomenklatura Magħquda.

    3.   Fl-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni u tal-miżuri l-oħra msemmiija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqies:

    (a)

    l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 58(2);

    (b)

    kwalunkwe informazzjoni oħra li l-pajjiż terz milqut min-nonkonformità kif previst fil-paragrafu 1 ikun ta;

    (c)

    fejn ikun meħtieġ, ir-riżultati ta' kontrolli previsti fl-Artikolu 57(1).

    4.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja n-nuqqas ta' konformitàimsemmi fil-paragrafu 1 u għandha, f'konformità mal-istess proċedura bħall-adozzjoni, temenda jew tirrevoka l-miżuri adottati, skont kif is-sitwazzjoni tiżviluppa.

    KAPITOLU XII

    Delegazzjoni u implimentazzjoni

    Artikolu 61

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 26(1), 29(5), 30(9) u 32(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-19 ta' Lulju 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 26(1), 29(5) u 30(9) u 32(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea jew f'data wara speċifikata fih. Hija m'għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

    5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 26(1), 29(5), 30(9) u 32(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista' jkun estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 62

    Proċedura tal-Kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Żootekniku Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 77/505/KEE. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

    Artikolu 63

    Miżuri tranżitorji relatati mad-data ta' adozzjoni ta' ċerti atti ta' implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 7(5) u 30(10) sal-1 ta' Mejju 2017. Skont l-Artikolu 69 dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom japplikaw mill-1 ta' Novembru 2018.

    KAPITOLU XIII

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 64

    Revoki u miżuri tranżitorji

    1.   Id-Direttivi 87/328/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/118/KEE, 90/119/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE u d-Deċiżjoni 96/463/KE huma rrevokati.

    2.   Referenzi għad-Direttivi revokati u għad-Deċiżjoni revokata għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

    3.   L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 90/427/KEE għandu jkompli japplika sal-21 ta' April 2021.

    4.   L-organizzazzjonijiet ta' nissiela, l-organizzazzjonijiet tat-tnissil, l-assoċjazzjonijiet tan-nissiela, l-impriżi privati, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra li ġew approvati jew rikonoxxuti skont l-atti revokati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew rikonoxxuti f'konformità ma' dan ir-Regolament; fl-aspetti kollha l-oħra, huma għandhom ikunu soġġetti għar-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

    5.   Programmi ta' tnissil imwettqin minn operaturi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jitqiesu li jkunu ġew approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament; fl-aspetti kollha l-oħra, huma għandhom ikunu soġġetti għar-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

    6.   Fejn operaturi msemmija fil-paragrafu 4 diġà jwettqu programmi ta' tnissil fi Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn l-approvazzjoni jew ir-rikonoxximent tagħhom ikun ingħata taħt l-atti revokati msemmija fil-paragrafu 1, dawk l-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni jew ir-rikonoxximent dwar dawk l-attivitajiet.

    L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor dwar it-twettiq ta' dawk l-attivitajiet.

    7.   Fejn, qabel id-19 ta' Lulju 2016 operatur imsemmi fil-paragrafu 4 jżomm, skont l-atti revokati msemmija fil-paragrafu 1, ktieb ta' tnissil b'taqsima speċifika fejn annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' razza tal-ispeċi porċina minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz li jkollhom karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuhom minn popolazzjoni ta' dik ir-razza koperti mill-programm ta' tnissil imwettaq minn dak l-operatur huma mdaħħla, dan l-operatur jista' jkompli jżomm din it-taqsima speċifika.

    Artikolu 65

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 652/2014

    L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-intestatura tinbidel b'dan li ġej:

    “Laboratorji u ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea”;

    (2)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-għotjiet jistgħu jingħataw lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u liċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għall-ispejjeż li jġarrbu biex jimplimentaw il-programmi ta' ħidma approvati mill-Kummissjoni.

    (*)  Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 8 ta' Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u li jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).”;"

    (3)

    Fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    spejjeż tal-persunal, irrispettivament mill-istatus tagħhom, li jkunu direttament involuti f'attivitajiet tal-laboratorji jew taċ-ċentri, u li jiġu mwettqa fil-kapaċità tagħhom bħala laboratorju jew ta' ċentru ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;”.

    Artikolu 66

    Emendi għad-Direttiva 89/608/KEE

    Id-Direttiva 89/608/KEE hija emendata kif ġej:

    (1)

    It-titolu jinbidel b'dan li ġej;

    “Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji”;

    (2)

    L-Artikolu 1, jinbidel b' li ġej:

    “Artikolu 1

    Id-Direttiva tistabbilixxi l-modi li bihom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għas-sorveljanza tal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji għandhom jikkooperaw ma' dawk tal-Istati Membri l-oħra u mad-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konformità ma' tali leġiżlazzjoni.”;

    (3)

    Fl-Artikolu 2(1), jitħassar it-tieni inċiż;

    (4)

    Fl-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż, jinbidel b'dan li ġej;

    “—

    tikkomunika mal-awtorità applikanti t-tagħrif kollu, attestazzjonijiet, dokumenti jew kopji ċertifikati dwar dan fil-pussess tagħha jew li tista tikseb kif stabbilit fil-paragrafu 2 u li jkunu tali li jkunu jippermettulha li tivverifika l-konformita' md-dispożizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji,”;

    (5)

    L-Artikolu 5(1), jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha, waqt li tosserva r-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab, tavża lill-awtorità applikanti jew iġġiegħel li tiġi nnotifikata b'kull strument jew deċiżjoni li toħroġ mill-awtorità kompetenti u li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji.”;

    (6)

    L-Artikolu 7, jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 7

    Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li tirċievi t-talba għandha tipprovdiha b'kull tagħrif rilevanti fil-pussess tagħha jew li tista' tikseb b'mod konformi ma l-Artikolu 4(2), b'mod partikolari fil-forma ta' rapporti jew dokumenti oħra jew kopji ċertifikati ta' jew estratti minn dawk ir-rapporti jew dokumenti, li jikkonċernaw l-operazzjonijiet attwalment mikxufa li jkunu jidhru lill-awtorità applikanti li jkunu kuntrarju għall-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji.”;

    (7)

    L-Artikolu 8(2), jinbidel b'dan li ġej:

    “2.   Meta jkun kkunsidrat utli fir-rigward ta' konformità mal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat membru għandhom:

    (a)

    safejn hu possibbli jżommu l-għassa li għaliha saret referenza fl-Artikolu 6 jew jirranġaw li tinżamm tali għassa;

    (b)

    jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra konċernati kemm jista' jkun malajr bit-tagħrif kollu disponibbli, b'mod partikolari fil-forma ta' rapporti jew dokumenti oħra jew kopji ta' jew estratti minn dawk ir-rapporti jew dokumenti li jikkonċernaw l-operazzjonijiet li huma jew li jkunu jidhru li huma kuntrarju għall-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, u b'mod partikolari bil-mezzi jew metodi użati biex jitwettqu dawk l-operazzjonijiet.”;

    (8)

    L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 9

    1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni malli jkun disponibbli għalihom:

    (a)

    kull tagħrif li jqiesu utli li jikkonċerna:

    oġġetti li jkunu jew li jkun ġie suspettat li kienu is-suġġett ta' transazzjonijiet kuntrarju għall-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji,

    il-metodi jew proċessi użati jew li jkunu suspettat li jkunu ġew użati għall-ksur ta' dik il-leġiżlazzjoni;

    (b)

    kull tagħrif dwar defiċjenzi ta', jew lakuni fi, l-imsemmija leġiżlazzjoni li l-applikazzjoni tagħha jkunu nkixfu jew ġew suġġeriti.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru, malli jkun disponibbli għaliha, kull tagħrif li jkun tali li jippermetti il-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji li għandha tiġi infurzata.”;

    (9)

    L-Artikolu 10, huwa emendat kif ġej;

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jsiru jafu b'operazzjonijiet li huma, jew jidhru li huma, kuntrarji għar-regoli dwar kwistjonijiet veterinarji u li huma ta' interess partikolari f'livell tal-Unjoni, u b'mod partikolari:”;

    (b)

    il-paragrafu 3, jinbidel b'dan li ġej:

    “3.   Tagħrif li jirrelata ma' persuni naturali jew legali għandu jiġi kkomunikat kif provdut fil-paragrafu 1 biss sal-limitu strettament meħtieġ biex jippermetti li ħidmiet li huma kuntrarji għal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji jiġu nnotati.”;

    (10)

    Fl-Artikolu 11, il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

    “Il-Kummissjoni u l-Istati Membri waqt li jiltaqgħu fil-Kumitat Veterinarju Permanenti għandhom:”;

    (11)

    Fl-Artikolu 15(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:.

    “2.   Il-paragrafu 1 m'għandux jimpedixxi l-użu tat-tagħrif miksub kif previst b'din id-Direttiva f'kull azzjoni legali jew proċedimenti sussegwenti istitwit għan-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji jew fil-prevenzjoni u kxif ta' irregolaritajiet ta' detriment għall-fondi tal-Unjoni.”.

    Artikolu 67

    Emendi għad-Direttiva 90/425/KEE

    Id-Direttiva 90/425/KEE hija emendata kif ġej:

    (1)

    It-titolu, jinbidel b'dan li ġej:

    “Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern”;

    (2)

    Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa mħassar;

    (3)

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 2 huwa mħassar;

    (b)

    il-punt 6, jinbidel b'dan li ġej:

    “6.

    'awtorità kompetenti' għandha tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru li hi kompetenti li twettaq verifiki veterinarji jew kwalunqwe awtorità li lilha tkun iddelegat dik il-kompetenza;”;

    (4)

    Fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu tal-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

    “Dawk iċ-ċertifikati jew id-dokumenti, maħruġa mill-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-azjenda, iċ-ċentru jew l-entità tal-oriġini għandhom jakkumpanjaw l-annimali u l-prodotti lejn id-destinazzjoni tagħhom.”;

    (5)

    L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    il-pussessuri tal-bhejjem ħajjin u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jikonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa nazzjonali jew tal-Unjoni msemmija f'din id-Direttiva f'kull stadju tal-produzzjoni u l-bejgħ;”

    (b)

    il-paragrafu 3, jinbidel b'dan li ġej:;

    “3.   L-Istati Membri tat-tluq għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippenalizzaw kull ksur ta' leġiżlazzjoni veterinarja minn persuna naturali jew ġurika meta jinstab li r-regoli tal-Unjoni ġew miksura, u b'mod partikolari meta jinstab li ċ-ċertifikati, id-dokumenti jew il-marki ta' identifikazzjoni ma jikkorrispondux mal-istatus tal-annimali jew l-ażjendi tagħhom tal-oriġini jew mal-karatteristiċi attwali tal-prodotti.”;

    (6)

    L-Artikolu 19 huwa mħassar;

    (7)

    Fl-Anness A, il-Kapitolu II huwa mħassar.

    Artikolu 68

    Traspożizzjoni

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 66 u 67 sal-1 ta' Novembru 2018. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

    Fejn l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal dan ir-Regolament jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom jinkludu ukoll dikjarazzjoni li referenzi f' liġijiet eżistenti, regolamenti jew dispożżizzjonijiet amministrattivi għad-Direttivi mħassra minn dan ir-Regolament għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif dik id-dikjarazzjoni tiġi fformulata.

    Artikolu 69

    Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

    Tapplika mill-1 ta' Novembru 2018.

    L-Artikolu 65 għandu japplika mid-19 ta' Lulju 2016.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 70.

    (2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2016.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta' Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta' annimali tal-ispeċi tal-majjal (ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta' Mejju 1989 li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir (ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30).

    (5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f'equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55).

    (6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta' Marzu 1991 li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-tqegħid fis-suq tal-annimali ta' razza pura u li temenda d-Direttivi 77/504/KEE u 90/425/KEE (ĠU L 85, 5.4.1991, p. 37).

    (7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura tal-ispeċi bovina (ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66).

    (8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-annimali tal-ispeċi tal-bovini ta' razza pura għat-tnissil (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1).

    (9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE tat-18 ta' Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni għall-iskopijiet tat-tnissil ta' bhejjem tal-ifrat tar-refgħa ta' razza pura (ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54).

    (10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE tal-5 ta' Marzu 1990 fuq l-aċċettazzjoni ta' nisel pur tal-majjali tal-ifrat (ĠU L 71, 17.3.1990, p. 34).

    (11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/119/KEE tal-5 ta' Marzu 1990 dwar it-tnissil minn razza differenti tal-majjali tal-ifrat (ĠU L 71, 17.3.1990, p. 36).

    (12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/505/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 li twaqqaf Kumitat Żootekniku Permanenti (ĠU L 206, 12.8.1977, p. 11).

    (13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bioloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).

    (14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/283/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 231).

    (15)  Ir-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar miżuri ta' konformità għall-utenti mill-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 59).

    (16)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

    (17)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

    (18)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

    (19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta' Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta' referenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta' razza pura tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19).

    (20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (21)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

    (22)  Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).

    (23)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

    (24)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    (25)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/247/KEE tas-27 ta' April 1984 li tniżżel il-kriterji għall-għarfien tal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu, u li jżommu jew jistabilixxu kotba tar-razza tal-merħla għall-bovini tal-ifrat ta' razza pura (ĠU L 125, 12.5.1984, p. 58).

    (27)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/419/KEE tad-19 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu rreġistrati l-ifrat fil-kotba tal-merħliet (ĠU L 237, 5.9.1984, p. 11).

    (28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/501/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li tippreskrivi l-kriterji għal approvazzjoni u sorveljanza tal-assoċjazzjonijiet ta' min irabbi u organizzazzjonijiet għat-tinissil li jistabbilixxu jew iżommu kotba tal-merħliet għal majjali ta' razza pura għat-tnissil (ĠU L 247, 23.8.1989, p. 19).

    (29)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/502/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li tippreskrivi l-kriterji li jirregolaw id-dħul fil-kotba tal-merħliet għal majjali ta' razza pura għat-tnissil (ĠU L 247, 23.8.1989, p. 21).

    (30)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/504/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li tistipula l-kriterji għall-approvazzjoni u sorveljanza ta' assoċjazzjonijiet ta' min irabbi, organizzazzjonijiet tat-tagħmir u impriżi privati li jwaqqfu jew jistabbilixxu reġistri għal majjal ibridu għat-tnissil (ĠU L 247, 23.8.1989, p. 31).

    (31)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/505/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li jistipulaw il-kriterji li jirregolaw dħul fir-reġistri għal majjal ibridu għat-tnissil (ĠU L 247, 23.8.1989, p. 33).

    (32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/507/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li tistipula metodi għall-immonitorjar tal-qadi u għall-assessjar tal-valur ġenetiku ta' majjali tar-razza u ibridi tat-tnissil (ĠU L 247, 23.8.1989, p. 43).

    (33)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/254/KEE tal-10 ta' Mejju 1990 li tfassal il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta' nissiela liema jistabbilixxu jew iżommu kotba tal-merħliet tan-nagħaġ u l-mogħoż tat-tnissil ta' razza pura (ĠU L 145, 8.6.1990, p. 30).

    (34)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/255/KEE tal-10 ta' Mejju 1990 li tistabbilixxi l-kriterji għad-dħul regolat fil-kotba tal-merħliet għan-ngħaġ u mogħoż tat-tnissil ta' razza pura (ĠU L 145, 8.6.1990, p. 32).

    (35)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/256/KEE tal-10 ta' Mejju 1990 li tistabbilixxi metodi għall-munitraġġ tal-kapaċità u għall-valutazzjoni tal-valur ġenetiku tan-ngħaġ u tal-mogħoż tat-tnissil ta' razza pura (ĠU L 145, 8.6.1990, p. 35).

    (36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/257/KEE tal-10 ta' Mejju 1990 li tfassal kriterji għall-aċċettazzjoni għal skopijiet tat-tnissil ta' ngħaġ u mogħoż ta' razza pura u l-użu tas-semen, ova jew embryos tagħhom (ĠU L 145, 8.6.1990, p. 38).

    (37)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/353/KEE tal-11 ta' Ġunju 1992 li tippreskrivi l-kriterji għall-approvazzjoni jew l-għarfien ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu kotba stud għal equidae reġistrati (ĠU L 192, 11.7.1992, p. 63).

    (38)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/78/KE tal-10 ta' Jannar 1996 li tistabbilixxi l-kriterji biex jitniżżlu u jiġu reġistrati l-equidae fil-kotba li jkun fihom ir-razez taż-żwiemel għal skopijiet ta' tagħmir (ĠU L 19, 25.1.1996, p. 39).

    (39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/429/KE tal-20 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi l-metodi ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-metodi tal-ivvalutar tal-valur ġenetiku tal-bovini mnissla minn razza pura (ĠU L 169, 22.6.2006, p. 56).

    (40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/354/KEE tal-11 ta' Ġunju 1992 li tipprovdi ċerti regoli biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu kotba ta' annimali maskili miżmumin għar-razza ta' equidae reġistrati (ĠU L 192, 11.7.1992, p. 66).

    (41)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li tippreskrivi ċ-ċertifikat għal ħnieżer tar-razza tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom (ĠU L 247, 23.8.1989, p. 22).

    (42)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li tippreskrivi ċ-ċertifikat ta' majjal ibridu għat-tnissil, l-isperma, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 247, 23.8.1989, p. 34).

    (43)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/258/KEE tal-10 ta' Mejju 1990 li tfassal għal ċertifikati żootekniċi għal razza ta' ngħaġ u mogħoż tat-tnissil pur, is-semen, bajd u embriji tagħhom (ĠU L 145, 8.6.1990, p. 39).

    (44)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE tat-12 ta' Jannar 1996 li tistabilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, tal-ova u tal-embriji mill-ekwidi rreġistrati (ĠU L 19, 25.1.1996, p. 41).

    (45)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/509/KE tat-18 ta' Lulju 1996 li tistipula l-ħtiġijiet tal-linja tan-nisel u ħtiġijiet zootekniċi għall-importazzjoni tas-semen ta' ċerti annimali (ĠU L 210, 20.8.1996, p. 47).

    (46)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE tat-18 ta' Lulju 1996 li tippreskrivi ċ-ċertifikati tal-annimali tar-razza u żootekniċi għall-importazzjoni ta' annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom (ĠU L 210, 20.8.1996, p. 53).

    (47)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE tas-17 ta' Mejju 2005 dwar iċ-ċertifikati tal-pedigree u l-partikolaritajiet għall-annimali tat-trobbija ta' razza pura mis-speċi bovina, l-isperma, il-bajd u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 125, 18.5.2005, p. 15).

    (48)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1).

    (49)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34).

    (50)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29).


    ANNESS I

    IR-RIKONOXXIMENT TA' SOĊJETAJIET TAT-TNISSIL U ENTITAJIET TAT-TNISSIL U L-APPROVAZZJONI TA' PROGRAMMI TA' TNISSIL IMSEMMIJA FIL-KAPITOLU II

    PARTI 1

    Rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet tat-tnissil u ta' entitajiet tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)(b)

    A.

    Assoċjazzjonijiet tan-nissiela, organizzazzjonijiet tat-tnissil, azjendi privati li joperaw f'sistemi ta' produzzjoni magħluqa u entitajiet pubbliċi għandu:

    1.

    jkollhom personalità ġuridika skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni għal rikonoxximent;

    2.

    jkollhom biżżejjed persunal ikkwalifikat u faċilitajiet adegwati u tagħmir biex jimplimentaw b'mod effiċjenti l-programmi tat-tnissil li fir-rigward tagħhom beħsiebhom japplikaw għal approvazzjoni skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12;

    3.

    jkollhom il-kapaċita' li jwettqu l-verifiki meħtieġa biex jirreġistraw il-pedigree tal-annimali għat-tnissil li għandhom jiġu koperti minn dawk il-programmi ta' tnissil;

    4.

    jkollhom, fir-rigward ta' kull programm ta' tnissil għadd kbir biżżejjed ta' annimali għat-tnissil fit-territorji ġeografiċi li għandhom jiġu koperti mill-programmi ta' tnissil;

    5.

    ikollhom il-kapaċita' li jiġġeneraw, jew li jkunu diġà ġġeneraw għalihom, u jkollhom il-kapaċita' li jużaw data li tkun inġabret dwar annimali għat-tnissil neċessarji għat-twettiq ta' dawk il-programmi ta' tnissil.

    B.

    Barra mir-rekwiżiti msemmija fil-punt A:

    1.

    l-assoċjazzjonijiet tan-nissiela, l-organizzazzjonijiet tat-tnissil u l-entitajiet pubbliċi

    (a)

    għandu jkollhom numru biżżejjed ta' nissiela li jipparteċipaw f'kull wieħed mill-programmi ta' tnissil tagħhom;

    (b)

    għandhom ikunu adottaw regoli ta' proċedura:

    (i)

    biex tiġi regolata s-soluzzjoni għat-tilwim ma' nissiela li jieħdu sehem fi programmi ta' tnissil tagħhom;

    (ii)

    biex ikun żgurat it-trattament ugwali tan-nissiela li jipparteċipaw fil-programmi ta' tnissil tagħhom;

    (iii)

    li jistipulaw id-drittijiet u l-obbligi tan-nissiela parteċipanti fil-programmi ta' tnissil u tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-entità tat-tnissil;

    (iv)

    li jistipulaw d-drittijiet u l-obbligi ta' nissiela membri fejn is-sħubija tan-nissiela hija prevista;

    2.

    xejn fir-regoli ta' proċedura msemmija fil-punt 1(b) m'għandu jipprevjeni lin-nissiela milli jipparteċipaw fil-programmi ta' tnissil li:

    (a)

    jeżerċitaw il-liberta' tal-għażla fl-għażla u fit-tnissil tal-annimali għat-tnissil tagħhom;

    (b)

    l-ħrief imnissla minn dawk l-annimali għat-tnissil jiddaħħlu fil-kotba tat-tnissil jew jiġu reġistrati fir-reġistri tat-tnissil, f'konformità mar-regoli stipulati fil-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament;

    (c)

    jkollhom is-sjieda tal-annimali għat-tnissil tagħhom.

    PARTI 2

    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' programmi ta' tnissil imwettqin minn soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikoli 8(3), u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 12

    1.

    Il-programm tat-tnissil imsemmi fl-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 12 għandu jinkludi:

    (a)

    informazzjoni dwar l-għan tiegħu, li għandha tkun il-preservazzjoni tar-razza, it-titjib tar-razza, il-linja jew l-inkroċju, il-ħolqien ta' razza, linja jew inkroċju ġodda, jew ir-rikostruzzjoni ta' razza, jew taħlita ta' dawn;

    (b)

    l-isem tar-razza, fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil jew, tar-razza, linja jew inkroċju fil-każ ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, kopert mill-programm ta' tnissil biex tiġi evitata konfużjoni ma' annimali simili tat-tnissil ta' razez, linji jew inkroċjii mdaħħla jew reġistrati f'kotba tat-tnissil jew f'reġistri tat-tnissil eżistenti oħra;

    (c)

    fil-każ ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, il-karatteristiċi dettaljati tar-razza koperti mill-programm ta' tnissil, inkluża indikazzjoni ta' karatteristiċi essenzjali;

    (d)

    fil-każ ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, il-karatteristiċi dettaljati tar-razza, il-linja jew inkroċju kopert mill-programm ta' tnissil;

    (e)

    informazzjoni dwar it-territorju ġeografiku fejn dan jitwettaq jew fejn hu intiż li jiġi mwettaq;

    (f)

    informazzjoni dwar is-sistema għall-identifikazzjoni ta' annimali għat-tnissil, trid tiżgura li annimali jiddaħħlu biss fi ktieb tat-tnissil jew tkun reġistrata f'reġistru tat-tnissil meta jkunu identifikati individwalment u skont liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta' annimali tal-ispeċi konċernata;

    (g)

    informazzjoni dwar is-sistema ta' reġistrazzjoni ta' pedigrees ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil imdaħħla jew reġistrati u eliġibbli għal dħul f'kotba tat-tnissil jew ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi reġistrati f'reġistri tat-tnissil;

    (h)

    l-objettivi ta' għażla u tat-tnissil tal-programm ta' tnissil, inkluż l-indikazzjoni tal-objettivi ewlenin ta' dak il-programm ta' tnissil u, fejn applikabbli, il-kriterji dettaljati ta' evalwazzjoni, relatati ma' dawk l-objettivi għal-għażla ta' annimali għat-tnissil;

    (i)

    fil-każ li tkun ġiet stabbilita razza ġdida, jew fil-każ ta' rikostruzzjoni ta' razza, kif imsemmi fl-Artikolu 19, l-informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi dettaljati li jiġġustifikaw l-istabbiliment tar-razza l-ġdida jew ir-rikostruzzjoni ta' dik ir-razza;

    (j)

    fejn il-programm ta' tnissil jitlob kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika:

    (i)

    l-informazzjoni dwar is-sistemi użati biex jiġġeneraw, jirreġistraw, jikkomunikaw u jużaw ir-riżultati ta' kontroll tal-prestazzjoni;

    (ii)

    l-informazzjoni dwar is-sistemi għal-evalwazzjoni ġenetika u fejn ikun applikabbli, għal-evalwazzjoni ġenomika ta' annimali għat-tnissil;

    (k)

    fejn jiġu stabbiliti taqsimiet supplementari jew fejn it-taqsima ewlenija hi sottodiviża fi klassijiet, ir-regoli għad-diviżjoni tal-ktieb tat-tnissil u tal-kriterji jew proċeduri applikabbli għar-reġistrazzjoni tal-annimali f'dawk it-taqsimiet jew il-klassifikazzjoni tagħhom f'dawk il-klassijiet;

    (l)

    meta s-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil testernalizza attivitajiet tekniċi speċifiċi relatati mal-ġestjoni tal-programm ta' tnissil lil partijiet terzi, kif imsemmi fl-Artikolu 8(4), l-informazzjoni dwar dawk l-attivitajiet u l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-partijiet terzi magħżula;

    (m)

    meta s-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil tkun biħsiebha tagħmel użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 31(1), informazzjoni dwar iċ-ċentru ta' kollezzjoni jew ħżin tas-semen, jew tat-tim ta' kollezzjoni jew produzzjoni, tal-embrijuni li joħroġ ċertifikati żootekniċi u informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati żootekniċi;

    (n)

    meta l-entità tat-tnissil tiddeċiedi li tindika informazzjoni dwar ir-riżultati ta' kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika, dwar difetti ġenetiċi u dwar pekuljaretajiet ġenetiċi f'ċertifikati żootekniċi maħruġa għal ħnieżer tat-tnissil ibridi tagħha u l-prodotti ġerminali tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 30(8), informazzjoni dwar dik id-deċiżjoni.

    2.

    Il-programm ta' tnissil għandu jkopri kampjun kbir biżżejjed ta' annimali għat-tnissil u għadd biżżejjed ta' nissiela fi ħdan it-territorju ġeografiku fejn dan jitwettaq jew fejn hu previst li jitwettaq.

    PARTI 3

    Rekwiżiti addizzjonali għas-soċjetajiet tat-tnissil li jistabilixxu jew iżommu kotba tat-tnissil għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina

    1.

    Barra mir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni stipulati fil-punt 1(f) tal-Parti 2, annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina għandhom jiddaħħlu biss fi ktieb tat-tnissil fejn jiġu identifikati permezz ta' ċertifikat ta' kopertura u, fejn meħtieġ mill-programm ta' tnissil, bħala “moħor mhux miftum minn ommu”.

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jew, jekk huwa hekk jiddeċiedi, l-awtorità kompetenti tiegħu, jistgħu jawtorizzaw soċjetà tat-tnissil biex iddaħħal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina fil-ktieb tat-tnissil miżmum minn dik is-soċjetà tat-tnissil fejn dawk l-annimali jiġu identifikati b'kull metodu ieħor adatt li jipprovdi tal-anqas l-istess grad ta' ċertezza bħal ċertifikat ta' kopertura, bħal kontroll tal-ġenituri bbażat fuq analiżi tad-DNA jew fuq analiżi tal-gruppi tad-demm tagħhom, sakemm din l-awtorizzazzjoni timxi skont il-prinċipji stabbiliti mis-soċjetà tat-tnissil li żżomm il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini ta' dik ir-razza.

    2.

    Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2, programmi ta' tnissil approvati skont l-Artikoli 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, imwettqa fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' razza tal-ispeċi ekwina għandhom jinkludu:

    (a)

    fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet għal dħul fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil li jappartjenu għal razza oħra jew għal linja ta' stallun speċifika jew ta' familja ta' debba fi ħdan ir-razza l-oħra;

    (b)

    fejn il-programm ta' tnissil jipprojbixxi jew jillimita l-użu ta' teknika ta' riproduzzjoni waħda jew aktar jew l-użu ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil għal teknika ta' riproduzzjoni waħda jew iktar kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), informazzjoni dwar dik il-projbizzjoni jew limitazzjoni;

    (c)

    ir-regoli fir-rigward tal-ħruġ ta' ċertifikati ta' kopertura, għal użu ta' metodi ta' koperturaxierqa oħrajn imsemmija fil-paragrafu 1, u, fejn ikun meħtieġ mill-programm ta' tnissil, għal-identifikazzjoni bħala “moħor mhux miftum minn ommu”.

    3.

    Ir-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, flimkien ma' dawk stabbiliti fil-punt 1 tal-Partijiet1u 2:

    (a)

    Meta soċjetà tat-tnissil tiddikjara lill-awtorità kompetenti li dak il-ktieb tat-tnissil li tkun stabbiliet ikun il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini tar-razza kopert mill-programm tat-tnissil tagħha, dik is-soċjetà tat-tnissil għandha:

    (i)

    ikollha fil-possessjoni tagħha reġistrazzjoni storika tal-istabbiliment ta' dak il-ktieb tat-tnissil u tkun għamlet il-prinċipji tal-programm tat-tnissil disponibbli pubblikament;

    (ii)

    tagħti prova li fiż-żmien tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) ma kien hemm ebda soċjetà tat-tnissil oħra jew entità tat-tnissil li hija rikonoxxuta fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz li jkun stabbilixxa ktieb tat-tnissil għall-istess razza, u li tkun qedtwettaq programm ta' tnissil fuq dik ir-razza abbażi tal-prinċipji msemmija fil-punt (i);

    (iii)

    tikkoopera mill-qrib mas-soċjetajiet tat-tnissil imsemmija fil-punt (b), u b'mod partikolari tinforma, b'mod trasparenti u f'waqtu, lil dawk is-soċjetajiet tat-tnissil bi kwalunkwe tibdil fil-prinċipji msemmija fil-punt (i);

    (iv)

    tkun, fejn meħtieġ, stabbiliet, regoli mhux diskriminatorji dwar l-attivitajiet tagħha fir-rigward ta' kotba tat-tnissil stabbiliti għall-istess razza minn korpi tat-tnissilf'pajjiżi terzi li ma jkunux inklużi fil-lista stipulata fl-Artikolu 34.

    (b)

    Meta soċjetà tat-tnissil tiddikjara lill-awtorità kompetenti li l-ktieb tat-tnissil li tkun stabbiliet ikun reġistru tad-dixxendenti tar-razza, tar-razza koperta mill-programm tat-tnissil tagħha, dik is-soċjetà tat-tnissil għandha:

    (i)

    tinkorpora fil-programm tat-tnissil tagħha stess il-prinċipji stabbiliti mis-soċjetà tat-tnissil imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu li żżomm il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini tal-istess razza;

    (ii)

    tagħmel l-informazzjoni dwar l-użu tal-prinċipji msemmija fil-punt (i) u s-sors tagħhom disponibbli pubblikament;

    (iii)

    ikollha mekkaniżmi stabbiliti biex tiżgura l-aġġustamenti meħtieġa tar-regoli stipulati fil-programm tat-tnissil tagħha, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli fl-Artikolu 12, għat-tibdiliet magħmulin għal dawk il-prinċipji mis-soċjetà tat-tnissil imsemmija fil-punt (a) ta'dan il-paragrafu li żżomm il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini tar-razza.

    4.

    Id-derogi li ġejjin għandhom japplikaw għar-rekwiżiti għar-rikonoxximent tas-soċjetajiet tat-tnissil għal annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina:

    (a)

    B'deroga mill-punt B(1)(b) tal-Parti 1, meta, għal razza waħda fit-territorji elenkati fl-Anness VI, jkun hemm diversi soċjetajiet tat-tnissil li jżommu kotba tat-tnissil għal dik ir-razza, u meta l-programmi ta' tnissil tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 8(3) jkopru flimkien l-intier tat-territorji kollha elenkati fl-Anness VI, ir-regoli ta' proċedura msemmija fil-punt B(1)(b) tal-Parti 1 magħmula minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil:

    (i)

    ikunu jistgħu jipprovdu li annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina ta' dik ir-razza jridu jitwieldu f'territorju speċifiku elenkat fl-Anness VI biex jikkwalifikaw għal dħul fil-ktieb tat-tnissil ta' dik ir-razza għal finijiet ta' dikjarazzjoni tat-twelid;

    (ii)

    għandhom jiżguraw li r-restrizzjoni msemmija fil-punt (i) ma tkunx tapplika għad-dħul fi ktieb tat-tnissil ta' dik ir-razza għal finijiet ta' riproduzzjoni

    (b)

    B'deroga mill-punt 3(a) ta' din il-Parti, meta l-prinċipji tal-programm tat-tnissil ikunu stabbiliti esklussivament minn organizzazzjoni internazzjonali li tkun topera fuq livell dinji u meta ma jkunx hemm la soċjetà tat-tnissil fi Stat Membru jew korp tat-tnissil f'pajjiż terz li jżommu l-ktieb tat-tnissil tal-oriġini ta' dik ir-razza, l-awtorità kompetenti fi Stat Membru tista' tirrikonoxxi soċjetajiet tat-tnissil li jżommu ktieb tad-dixxendenti tat-tnissil għal dik ir-razza, bil-kondizzjoni li jistipulaw l-objettivi u l-kriterji msemmija fil-punt 1(h) tal-Parti 2 bi qbil mal-prinċipji stabbiliti minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali, u li dawk il-prinċipji jkunu:

    (i)

    magħmula disponibbli minn dik is-soċjetà tat-tnissil lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(3) għal finijiet ta' verifika;

    (ii)

    inkorporati fil-programm tat-tnissil ta' dik is-soċjetà tat-tnissil.

    (c)

    B'deroga mill-punt 3(b) ta' din il-Parti, soċjetà tat-tnissil li żżomm ktieb tad-dixxendenti tat-tnissil tista' tistabbilixxi klassijiet addizzjonali skont merti, bil-kondizzjoni li l-annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina mdaħħlin fil-klassijiet fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tal-oriġini tar-razza jew ta' kwalunkwe ktieb tad-dixxendenti tat-tnissil tar-razza jkunu jistgħu jiddaħħlu fil-klassijiet korispondenti tat-taqsima ewlenija tal-ktieb tad-dixxendenti tat-tnissil.


    ANNESS II

    ENTRATA FIL-KOTBA TAT-TNISSIL U REĠISTRAZZJONI FIR-REĠISTRU TAT-TNISSIL IMSEMMIJA FIL-KAPITOLU IV

    PARTI 1

    Dħul ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil f'kotba tat-tnissil u reġistrAR tal-annimali f'taqsimiet supplementari

    KAPITOLU I

    Dħul ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil fit-taqsima ewlenija

    1.

    Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 18(1) huma kif ġej:

    (a)

    l-annimal għandu jissodisfa l-kriterji ta' parentela li ġejjin:

    (i)

    għall-ispeċi bovina, l-ispeċi porċina, l-ispeċi ovina u l-ispeċi kaprina, l-annimal għandu jkun dixxendenti tal-ġenituri u tan-nanniet li jkunu ġew imdaħħla fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tal-istess razza;

    (ii)

    għall-ispeċi ekwina, l-annimal għandu jkun dixxendenti tal-ġenituri li jkunu ġew elenkati fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tal-istess razza;

    (b)

    l-annimal għandujkollu l-pedigree tiegħu stabbilit skont ir-regoli stipulati fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli,l-Artikolu 12;

    (c)

    l-annimal għandu jkun identifikat skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ispeċi kkonċernata u skont ir-regoli stabbiliti fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli,l-Artikolu 12;

    (d)

    f'każ ta' negozju jew dħul fl-Unjoni ta' annimal u l-post li fih hu maħsub li dak l-annimal se jiddaħħal jew ikun reġistrat biex jiddaħħal fil-ktieb tat-tnissil, dak l-annimal għandu jkun akkumpanjat, minn ċertifikat żootekniku maħruġ skont l-Artikolu 30;

    (e)

    meta annimal jitnissel minn prodott ġerminali li huwa nnegozjat jew li ddaħħal fl-Unjoni u fejn hu previst li dak l-annimal jiġi mdaħħal jew reġistrat biex jiddaħħal fi ktieb tat-tnissil, dak il-prodott ġerminali għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat żootekniku maħruġ skont l-Artikolu 30.

    2.

    B'deroga mill-punt 1(a)(ii), ta' dan il-Kapitolu, soċjetà tat-tnissil li tagħmel programm ta' tnissil dwar annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina tista' ddaħħal fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħha annimal tat-tnissil ta' razza pura tal-ispeċi ekwina:

    (a)

    li, fil-każ ta' inkroċjar tar-razez ikun imdaħħal fit-taqsima ewlenija ta' ktieb tat-tnissil għal razza differenti, bil-kondizzjoni li dik ir-razza l-oħra u l-kriterji għad-dħul ta' dak l-annimal ta' razza pura għat-tnissil ikunu stipulati fil-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12; jew

    (b)

    li, fil-każ ta' nisel ta' dixxendenza, tkun tagħmel parti minn linja speċifika ta' stallun jew ta' familja tad-debba ta' razza differenti, bil-kondizzjoni li dawk il-linji u l-familji u l-kriterji għad-dħul ta' annimal ta' razza pura għat-tnissil ikunu stabbiliti fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    3.

    Barra mir-regoli stipulati fil-punt 1(c) ta' dan il-Kapitolu, soċjetà tat-tnissil li ddaħħal fil-ktieb tat-tnissil tagħha annimal ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina li jkun iddaħħal diġà fi ktieb tat-tnissil stabbilit minn soċjetà tat-tnissil oħra, li tkun qed twettaq programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, għandha ddaħħal dak l-annimal ta' razza pura għat-tnissil taħt in-numru tal-identifikazzjoni mogħti lilha skont ir-Regolament (UE) 2016/429, li għandha tiżgura l-uniċità u l-kontinwità tal-identifikazzjoni ta' dak l-annimal, ħlief meta jkun hemm qbil bejn iż-żewġ soċjetajiet tat-tnissil konċernati dwar deroga, taħt l-istess isem, b'indikazzjoni, skont ftehimiet internazzjonali għar-razza konċernata, tal-kodiċi tal-pajjiż tat-twelid.

    KAPITOLU II

    Reġistrar tal-annimali f'taqsimiet supplimentari

    1.

    Il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1) huma kif ġej:

    (a)

    l-annimal għandu jkun identifikat skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ispeċi kkonċernata u skont ir-regoli stabbiliti fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    (b)

    l-annimal għandu jkun ġie meqjus mis-soċjetà tat-tnissil li jkun konformi mal-karatteristiċi tar-razza msemmija fil-punt (1)(c)tal-Parti 2 tal-Anness I;

    (c)

    l-annimal għandu, fejn applikabbli, jissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni stabbiliti fil-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u fejn applikabbli, l-Artikolu 12, għal dawk il-karatteristiċi ta' anninali ta' razza pura għat-tnissil imdaħħlin fit-taqsima ewlenija jkunu ttestjati skont l-Anness III.

    2.

    Is-soċjetà tat-tnissil tista' tapplika rekwiżiti differenti għall-konformità mal-karatteristiċi tar-razza msemmija fil-punt 1(b) ta' dan il-Kapitolujew għal rekwiżiti ta' prestazzjoni msemmija fil-punt 1(c) ta' dan il-Kapitolu skont jekk l-annimal:

    (a)

    ikunx ta' dik ir-razza, għalkemm ma jkollux oriġini magħrufa; or

    (b)

    inkisibx minn programm tal-inkroċjar tar-razez imsemmi fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    KAPITOLU III

    Titjib fil-kwalità tal-wild ta' annimali reġistrati f'taqsimiet supplimentari fit-taqsima ewlenija

    1.

    Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(2) huma kif ġej:

    (a)

    għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina, l-annimal mara għandha tkun dixxendenti ta':

    (i)

    omm u nanna materna reġistrati fit-taqsima supplimentari tal-ktieb tat-tnissil tal-istess razza kif imsemmi fl-Artikolu 20(1);

    (ii)

    missier u żewġ nanniet li jkunu mdaħħlin fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tal-istess razza.

    Nisel tal-ewwel ġenerazzjoni ta' dixxendenti minn annimali nisa msemmija fil-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu u ta' annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil imdaħħla fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tal-istess razza għandhom jitqiesu bl-istess mod bħala annimali ta' razza pura għat-tnissil u għandhom jiddaħħlu jew jiġu reġistrati u jkunu eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija ta' dak il-ktieb tat-tnissil.

    (b)

    għal speċi ekwina, l-annimali għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal dħul fit-taqsima ewlenija ta' annimali rġiel u nisa dixxendenti minn annimali rreġistrati fit-taqsima supplimentari kif stabbilit fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    2.

    B'deroga mill-punt 1 ta' dan il-Kapitolu u l-punt 1(a)(i) tal-Kapitolu I, Stat Membru jew, jekk huwa hekk jiddeċiedi, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(3), jistgħu jawtorizzaw soċjetà tat-tnissil li twettaq programm ta' tnissil fuq annimali ta' razza pura għat-tnissil ta' razez fil-periklu ta' estinzjoni tal-ispeċi bovina, porċina, ovina jew kaprina jew razza “b'saħħitha” tar-razza tan-nagħaġ, biex tidħol fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħha, annimal dixxendenti minn ġenituri u nanniet imdaħħla jew reġistrati fit-taqsimiet prinċipali jew supplimentari tal-ktieb tat-tnissil ta' dik ir-razza.

    Stat Membru jew, jekk huwa hekk jiddeċiedi, l-awtorità kompetenti tiegħu, jistgħu jawtorizzaw soċjetà tat-tnissil biex tagħmel użu minn dik id-deroga, u għandhom jiżguraw li:

    (a)

    dik is-soċjetà tat-tnissil tkun iġġustifikat il-bżonn li tagħmel użu minn dik id-deroga, b'mod partikolari billi turi bil-provi n-nuqqas ta' annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil ta' dik ir-razza disponibbli għal finijiet ta' tnissil;

    (b)

    dik is-soċjetà tat-tnissil tkun stabbiliiet taqsima supplimentari waħda jew aktar fil-ktieb tat-tnissil tagħha;

    (c)

    ir-regoli li bihom is-soċjetà tat-tnissil iddaħħal jew tirreġistra annimali fit-taqsimiet ewlenin jew supplimentari ta' dak il-ktieb tat-tnissil huma stabbiliti fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli r-razez li jingħataw tali deroga fil-lista msemmija fl-Artikolu 7.

    PARTI 2

    Reġistrazzjoni ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi f'reġistri ta' razez

    Ir-rekwiżiti msemmija fl- Artikolu 23 huma kif ġej:

    (a)

    il-ħanżir tat-tnissil ibridu għandu jkun dixxendenti tal-ġenituri u nanniet imdaħħla f'kotba tat-tnissil jew reġistrati f'reġistri tat-tnissil;

    (b)

    il-ħanżir tat-tnissil ibridu għandu jkun identifikat wara t-twelid skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ispeċi porċina u skont ir-regoli stabbiliti fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u fejn applikabbli l-Artikolu 12;

    (c)

    il-ħanżir tat-tnissiel ibridu għandu jkollu parentela stabbilita skont ir-regoli stipulati fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u fejn applikabbli, l-Artikolu 12;

    (d)

    il-ħanżir tat-tnissil ibridu għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn ċertifikat żootekniku maħruġ skont l-Artikolu 30.


    ANNESS III

    KONTROLL TAL-PRESTAZZJONI U EVALWAZZJONI ĠENETIKA IMSEMMI FL-ARTIKOLU 25

    PARTI 1

    Rekwiżiti ġenerali

    Meta soċjetajiet tat-tnissil jew entitajiet tat-tnissil, jew partijiet terzi nominati minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil jew minn entitajiet ta' tnissil, skont l-Artikolu 27(1)(b), jagħmlu kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika, huma għandhom jistabbilixxu u jużaw metodi għall-kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika li għandhom ikunu xjentifikament aċċettabbli skont il-prinċipji żootekniċi stabbiliti, u għandhom iqisu, fejn dawn jeżistu:

    (a)

    tar-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentri ta' referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea previsti fl-Artikolu 29(1); jew

    (b)

    fin-nuqqas ta' dawn ir-regoli u l-istandards, japplikaw il-prinċipji li sar qbil dwarhom mal-ICAR.

    PARTI 2

    Rekwiżiti għall-kontroll tal-prestazzjoni

    1.

    Il-kontroll tal-prestazzjoni għandu jitwettaq fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar minn dawn l-iskemi ta' kontroll tal-prestazzjoni li ġejjin, stabbiliti skont il-metodi msemmija fil-Parti 1:

    (a)

    il-kontroll tal-prestazzjoni individwali tal-annimali għat-tnissil infushom jew tal-annimali għat-tnissil fuq il-bażi tal-wild tagħhom, tal-aħwa (“sib”) jew tal-kollaterali fi stazzjonijiet ta' kontroll;

    (b)

    kontrolli tal-prestazzjoni individwali ta' annimali għat-tnissil infushom jew fuq annimali għat-tnissil fuq il-bażi tal-wild tagħhom, aħwa (“Sib”), il-kollaterali u l-qraba oħra fl-azjendi agrikoli;

    (c)

    kontroll tal-prestazzjoni permezz ta' data tal-istħarriġ miġbura mill-azjendi agrikoli, punti ta' bejgħ, il-punti tal-qatla jew operaturi oħra;

    (d)

    kontroll tal-prestazzjoni ta' gruppi kontemporanji ta' annimali għat-tnissil (grupp kontemporanja ta' paragun);

    (e)

    kwalunkwe skema oħra ta' kontroll tal-prestazzjoni mwettqa skont il-metodi msemmija f'Parti 1.

    L-iskemi għall-kontroll tal-prestazzjoni għandhom ikunu stabbiliti b'tali mod li joffru paragun validu bejn l-annimali għat-tnissil. Il-wild, l-aħwa jew il-kollaterali għal kontroll fi stazzjonijiet ta' kontroll jew fl-azjenda agrikola għandhom jintgħażlu b'mod imparzjali u ma għandhomx jiġu trattati b'mod selettiv. F'każ ta' kontrolli f'azjenda agrikola, dawn għanhom jitqassmu fost l-azjendi agrikoli b'tali mod li joffru paragun validu bejn l-annimali għat-tnissil ikkontrollati.

    Soċjetajiet tat-tnissil u entitajiet tat-tnissil li jwettqu dawk l-iskemi ta' kontroll tal-prestazzjoni fl-istazzjonijiet tal-kontroll, għandhom, skont il-metodi msemmija fil-Parti 1, jistabbilixxu, protokoll tat-test, f'termini ta' ammissjoni tal-annimali għat-tnissil, informazzjoni dwar l-identità u r-riżultati tal-kontrolli preċedenti rilevanti tal-bhejjem li jipparteċipaw, il-karatteristiċi li għandhom ikunu rreġistrati, il-metodi tal-kontrolli użati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

    2.

    Is-soċjetajiet tat-tnissil u l-entitajiet tat-tnissil għandhom jiddefinixxu l-programmi ta' tnissil tagħhom approvati skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12, il-karatteristiċi li għandhom ikunu rreġistrati skont l-objettivi ta' għażla stabbiliti f'dawn il-programmi ta' tnissil.

    3.

    Fejn il-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-ħalib għandhom jiġu rreġistrati, għandha tiġi rreġistrata data fuq il-produzzjoni tal-ħalib, il-karatteristiċi tal-kompożizzjoni tal-ħalib u l-karatteristiċi rilevanti oħra stabbiliti fil-metodi msemmija fil-Parti 1. Data addizzjonali tista' tiġi rreġistrata dwar karatteristiċi oħra tal-ħalib jew ta' kwalità tal-ħalib.

    4.

    Meta jiġu reġistrati l-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-laħam, id-data għandha tiġi rreġistrata dwar il-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-laħam u ta' karatteristiċi rilevanti oħra stabbiliti fil-metodi msemmija fil-Parti 1. Data addizzjonali tista' tiġi rreġistrata dwar karatteristiċi oħra tal-laħam jew ta' kwalità tal-laħam.

    5.

    Fejn karatteristiċi oħra apparti dawk imsemmija fil-punti 3 u 4 ta' din il-Parti għandhom ikunu rreġistrati, dawk il-karatteristiċi għandhom jiġu rreġistrati skont il-metodi msemmija fil-Parti 1. Dawn jistgħu jinkludu speċi u karatteristiċi partikolari għar-razza bħal konformazzjoni, fertilità, faċilità ta' ħlas, karatteristiċi relatati mas-saħħa, il-vijabilità tal-ulied, il-lonġevità, il-kwalità tal-fibra, l-effikaċja tal-għalf, id-doċilità, il-karatteristiċi ta' sostenibilità u kwalunkwe karatteristika rilevanti oħra fir-rigward tal-objettivi tal-għażla fil-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12;

    6.

    Data li tinġabar dwar il-karatteristiċi msemmija fil-punti 3, 4 u 5 għandha tiġi inkluża biss fl-evalwazzjoni ġenetika meta dik id-data tkun iġġenerata abbażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni speċifikata fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    7.

    Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija fil-punti 3, 4 u 5 għandha tiġi speċifikata informazzjoni dwar l-iskemi ta' kontrolli tal-prestazzjoni applikati, il-protokoll ta' kontroll applikat, u fejn rilevanti, il-metodu applikat għall-ivvalidar tar-riżultati tal-kontroll, għandhom jiġu speċifikati fil-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3) u fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    8.

    Meta titwettaq evalwazzjoni ġenetika dwar il-karatteristiċi msemmija fil-punti 3, 4 u 5, ir-reġistrazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi għandha tiżgura li, fl-aħħar tal-kontrolli, ikunu jistgħu jiġu stmati valuri ta' tnissil affidabbli għal dawk il-karatteristiċi.

    9.

    Id-data mill-istħarriġ imsemmija fil-punt 1(c) ta' din il-Parti tista' tiġi rreġistrata u inkluża fl-evalwazzjoni ġenetika biss meta dik id-data tkun ġiet ivvalidata skont il-metodi msemmija fil-Parti 1.

    PARTI 3

    Rekwiżiti għal evalwazzjoni ġenetika

    1.

    L-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali għat-tnissil għandha tinkludi l-produzzjoni rilevanti u l-karatteristiċi tan-nonproduzzjoni msemmija fil-Parti 2 skont l-objettivi ta' għażla stabbiliti fi programmi ta' tnissil approvati skont l- Artikolu 8(3) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    2.

    L-evalwazzjoni ġenetika għandha tinkludi biss il-karatteristiċi msemmija fil-Parti 2 fir-rigward ta' liema r-reġistrazzjoni titwettaq skont il-programm ta' tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12.

    3.

    Il-valuri tat-tnissil ta' annimali għat-tnissil għandhom ikunu stmati skont il-metodi msemmija fil-Parti 1 fuq il-bażi ta':

    (a)

    data miġbura fuq annimali għat-tnissil permezz ta' kontrolli tal-prestazzjoni, msemmija fil-Parti 2;

    (b)

    informazzjoni ġenomika miġbura fuq annimali għat-tnissil;

    (c)

    data ġġenerata bi kwalunkwe metodu ieħor skont il-metodi msemmija fil-Parti 1; jew

    (d)

    taħlita tal-informazzjoni u tad-data, msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

    4.

    Il-metodi ta' statistika applikati għall-evalwazzjoni ġenetika għandhom ikunu konformi mal-metodi msemmija fil-Parti 1. Dawk il-metodi ta' statistika għandhom jiggarantixxu evalwazzjoni ġenetika li mhijiex influenzata mill-effetti ambjentali ewlenin u mill-istruttura tad-data, u li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha disponibbli għat-tnissil tal-annimali, il-wild, l-aħwa, il-kollaterali u qraba oħra li jiddependu fuq l-iskema tal-kontroll tal-prestazzjoni.

    5.

    L-affidabilitajiet ta' kull wieħed mill-valuri ta' tnissil stmati għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodi msemmija fil-Parti 1. Meta jiġu ppublikati l-valuri tat-tnissil stmati għal annimali għat-tnissil, għandhom jiġu indikati l-affidabilità ta' dawk il-valuri tat-tnissil ippubblikati u d-data tal-evalwazzjoni.

    6.

    Annimali rġiel ta' razza pura tat-tnissil tal-ispeċi bovina li s-semen tagħhom huwa intiż għal inseminazzjoni artifiċjali għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni ġenetika. Dik l-evalwazzjoni ġenetika għandha titwettaq b'rabta mal-karatteristiċi ta' produzzjoni ewlenin tal-programm ta' tnissil kif stipulat fil-metodi imsemmija fil-Parti 1 u tista' titwettaq fuq karatteristiċi oħra ta' produzzjoni u ta' nuqqas ta' produzzjoni rilevanti stabbiliti fil-metodi msemmija fil-Parti 1. Meta, għal dawk il-karatteristiċi, titwettaq evalwazzjoni ġenetika fuq annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina li s-semen tagħhom huwa maħsub biex jintuża għall-inseminazzjoni artifiċjali, il-valuri ta' tnissil relatati ma' dawk il-karatteristiċi għandhom jiġu ppubblikati bl-eċċezzjoni ta' dawk b'rabta mal-annimali msemmija fl-Artikolu 21(1)(g) (barrin mhux pruvati).

    7.

    Għal annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina li s-semen tagħhom huwa maħsub biex jintuża għall-inseminazzjoni artifiċjali, l-affidabilità minima ta' valuri għat-tnissil għandha tkun mill-inqas:

    (a)

    fil-każ ta' barrin li jappartjenu għal razez tal-ħalib (inklużi razez għal finijiet doppji), 0,5 għal karatteristiċi ta' produzzjoni tal-ħalib ewlenin jew għal indiċijiet komposti ewlenin għal diversi valuri ta' tnissil stmati għal bosta karatteristiċi individwali;

    (b)

    fil-każ ta' barrin li jappartjenu għal razez taċ-ċanga (inklużi razez għal finijiet doppji), 0,3 għal karatteristiċi ta' produzzjoni tal-laħam ewlenin jew għal indiċijiet komposti ewlenin għal diversi valuri ta' tnissil stmati għal bosta karatteristiċi individwali.

    8.

    Ir-rekwiżiti dwar l-affidabilità minima tal-valuri msemmija fil-punt 7 ma għandhomx japplikaw għal annimali rġiel ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina li huma:

    (a)

    użati bil-għan ta' kontrolli fil-limiti tal-kwantitajiet meħtieġa għal soċjetà tat-tnissil biex jitwettqu dawn it-testijiet kif imsemmi fl-Artikolu 21(1)(g) (barrin mhux pruvati); jew

    (b)

    il-parteċipazzjoni fi programm ta' tnissil li jeħtieġ kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika u li għandu bħala l-għan tiegħu l-preservazzjoni tar-razza jew il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fi ħdan ir-razza.

    9.

    annimali rġiel tat-tnissil ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina evalwati ġenomikament għandhom jitqiesu tajbin għal inseminazzjoni artifiċjali jekk l-evalwazzjoni ġenomika tagħhom tkun:

    (a)

    ivvalidataskont il-metodi msemmija f'Parti 1 għal kull karatteristika ġenomika evalwata;

    (b)

    validazzjoni mill-ġdid ta' dawn il-karatteristiċi għandha tkun meħtieġa f'intervalli regolari u f'kull żmien meta jkun hemm tibdiliet maġġuri fl-evalwazzjoni ġenomika jew fl-evalwazzjoni ġenetika jew fl-għadd tal-popolazzjoni ta' referenza.

    10.

    Is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil, jew, fuq talba ta' dik is-soċjetà tat-tnissil jew l-entità tat-tnissil, il-parti terza magħżula minn dik is-soċjetà tat-tnissil, jew l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli l-informazzjoni dwar id-difetti ġenetiċi u l-pekularitajiet ġenetiċi tal-annimali għat-tnissil relatati mal-programm ta' tnissil.


    ANNESS IV

    ĊENTRI TA' REFERENZA TAL-UNJONI EWROPEA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 29

    1.   Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 29(4)(a)

    Iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula skont l-Artikolu 29 għandu:

    (a)

    ikollhom persunal ikkwalifikat kif jixraq;

    (i)

    li jkollutaħriġ adegwat:

    fejn dawk iċ-ċentri jiġu magħżula skont l-Artikolu 29(1), fil-kontroll tal-prestazzjoni u fl-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil;

    fejn dawk iċ-ċentri jiġu magħżula skont l-Artikolu 29(2), fil-preservazzjoni ta' razez fil-periklu;

    (ii)

    li jkun ġie istruwit jirrispetta n-natura konfidenzjali ta' ċerti suġġetti, riżultati jew komunikazzjonijiet; u

    (iii)

    li jkollu tagħrif suffiċjenti ta' attivitajiet ta' riċerka f'livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali;

    (b)

    ikollhom fil-pussess tagħhom, jew ikollhom aċċess għal, infrastruttura, tagħmir u prodotti meħtieġa biex iwettqu l-kompiti:

    (i)

    fejn dawn iċ-ċentri huma magħżula skont l-Artikolu 29(1), kif imsemmi fil-punt (2); u

    (ii)

    fejn dawn iċ-ċentri huma magħżula skont l-Artikolu 29(2), kif imsemmi fil-punt (3).

    2.   Il-kompiti msemmija fl-Artikolu 29(4)(b)(i) għal ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula skont l-Artikolu 29(1)

    Iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula skont l-Artikolu 29(1) għandhom:

    (a)

    jaħdmu ma' soċjetajiet tat-tnissil u partijiet terzi nominati minn soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b) biex iħaffu l-applikazzjoni uniformi ta' metodi ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għal annimali ta' razza pura għat-tnissil, kif imsemmi fl-Artikolu 25;

    (b)

    jgħarrfu lis-soċjetajiet tat-tnissil, partijiet terzi nominati minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), jew minn awtoritajiet kompetenti dwar metodi ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil

    (c)

    jirrevedu regolarment ir-riżultati ta' kontroll tal-prestazzjoni u ta' evalwazzjonijiet ġenetiċi magħmulin minn soċjetajiet tat-tnissil jew minn partijiet terzi nominati minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b) u d-data li fuqha huma msejsa;

    (d)

    iqabblu il-metodi ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil;

    (e)

    meta jintalbu mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru:

    (i)

    jagħtu assistenza fl-armonizzazzjoni tal-metodi ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil;

    (ii)

    jirrakkomandaw metodi ta' kalkulazzjoni li għandhom jintużaw għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil;

    (iii)

    jistabbilixxu pjattaforma għat-tqabbil tar-riżultati tal-metodi ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil użati fl-Istati Membri, b'mod partikolari billi:

    jiżviluppaw protokolli ta' kontroll għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil magħmulin fl-Istati Membri biex itejbu l-komparabbiltà tar-riżultati u l-effikaċja ta' programmi ta' tnissil;

    jagħmlu valutazzjoni internazzjonali ta' bhejjem abbażi tar-riżultati konġunti ta' kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil magħmulin fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi;

    ixerrdu r-riżultati, ta' dawk il-valutazzjonijiet internazzjonali;

    jippubblikaw il-formuli ta' konverżjoni u l-informazzjoni relatata li abbażi tagħhom ġew stabbiliti il-formoli;

    (f)

    jipprovdu data dwar l-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil u taħriġ biex jgħinu lil soċjetajiet tat-tnissil jew partijiet terzi nominati minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil, skont l-Artikolu 27(1)(b), li qed jipparteċipaw fi tqabbil internazzjonali tar-riżultati ta' evalwazzjonijiet ġenetiċi;

    (g)

    jħaffu s-soluzzjoni ta' problemi li jinqalgħu fl-Istati Membri b'rabta mal-evalwazzjoni ġenetika ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil;

    (h)

    jikkooperaw fl-ambitu tal-kompiti tagħhom ma' organizzazzjonijiet rikonoxxuti fil-livell internazzjonali;

    (i)

    jipprovdu, fuq talba tal-Kummissjoni, kompetenzi tekniċi lill-Kumitat Żootekniku Permanenti.

    3.   Il-kompiti msemmija fl-Artikolu 29(4)(b)(ii) għal ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea maħturin skont l-Artikolu 29(2).

    Iċ-Ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula skont l-Artikolu 29(2) għandhom:

    (a)

    jaħdmu ma' soċjetajiet tat-tnissil, partijiet terzi nominati minn soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), mal-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw il-preservazzjoni ta' razez fil-periklu jew il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika eżistenti fi ħdan dawk ir-razez;

    (b)

    jinformaw lis-soċjetajiet tat-tnissil, partijiet terzi maħtura minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil, skont l-Artikolu 27(1)(b), awtoritajiet kompetenti jew awtoritajiet oħra dwar il-metodi użati għall-preservazzjoni ta' razez fil-periklu u l-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fi ħdan dawk ir-razez;

    (c)

    fuq talba tal-Kummissjoni:

    (i)

    jiżviluppaw jew jarmonizzaw il-metodi użati għal konservazzjoni in situ u ex situ ta' razez fil-periklu jew il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fi ħdan dawk ir-razez jew jipprovdu assistenza f'dan it-tip ta' żvilupp jew ta' armonizzazzjoni;

    (ii)

    jiżviluppaw il-metodi użati għal karatterizzazzjoni tal-istatus ta' razez fil-periklu b'rabta mad-diversità ġenetika tagħhom jew mal-periklu li jintilfu minħabba l-biedja jew jipprovdu assistenza f'dan it-tip ta' żvilupp;

    (iii)

    jinkoraġixxu skambji bejn Stati Membri ta' informazzjoni dwar il-preservazzjoni ta' razez fil-periklu jew il-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fi ħdan dawk ir-razez;

    (iv)

    jipprovdu taħriġ b'appoġġ għas-soċjetajiet tat-tnissil jew partijiet terzi nominati minn dawk is-soċjetajiet tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), awtoritajiet kompetenti jew awtoritajiet oħra dwar il-metodi użati għall-preservazzjoni ta' razez fil-periklu u l-preservazzjoni tad-diversità ġenetika fi ħdan dawk ir-razez;

    (v)

    jikkooperaw fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti tagħhom ma' organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali rikonoxxuti;

    (vi)

    jipprovdu, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti tagħhom, kompetenzi tekniċi lill-Kumitat Żootekniku Permanenti.


    ANNESS V

    INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIĊ-ĊERTIFIKATI ŻOOTEKNIĊI IMSEMMI FIl-KAPITOLU VII

    PARTI 1

    Rekwiżiti ġenerali

    It-titolu taċ-ċertifikat żootekniku għandu:

    (a)

    jindika jekk l-annimal huwiex annimal ta' razza pura għat-tnissil jew jekk huwiex ħanżir tat-tnissil ibridu jew jekk il-prodotti ġerminali joriġinawx minn annimali ta' razza pura għat-tnissil jew minn ħnieżer tat-tnissil ibridi;

    (b)

    jinkludi referenza għall-ispeċi tassonomiċi;

    (c)

    jindika jekk il-konsenja tkunx maħsuba għall-kummerċ fl-Unjoni jew għal dħul fl-Unjoni.

    (d)

    jinkludi referenza għal dan ir-Regolament.

    PARTI 2

    Ċertifikati żootekniċi għal annimali ta' razza pura għat-tnissil, u l-prodotti ġerminali tagħhom

    KAPITOLU I

    Ċertifikati żootekniċi msemmija fl-Artikolu 30 għal annimali ta' razza pura għat-tnissil

    1.

    Ċertifikati żootekniċi msemmija fl-Artikolu 30 għal annimali ta' razza pura għat-tnissil għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-isem tas-soċjetà tat-tnissil li toħroġhom, jew, fil-każ ta' dħul fl-Unjoni, tal-annimal ta' razza pura għat-tnissil, l-isem tal-korp tat-tnissil li qed joħroġ iċ-ċertifikat, u fejn ikun disponibbli, referenza għall-websajt ta' dik is-soċjetà tat-tnissil jew tal-korp tat-tnissil;

    (b)

    l-isem tal-ktieb tat-tnissil;

    (c)

    fejn applikabbli, il-klassi tat-taqsima ewlenija li fih iddaħħal l-annimal ta' razza pura għat-tnissil;

    (d)

    l-isem tar-razza tal-annimal ta' razza pura għat-tnissil;

    (e)

    is-sess tal-annimal ta' razza pura għat-tnissil;

    (f)

    in-numru tad-dħul fil-ktieb tat-tnissil (“Nru tal-ktieb tat-tnissil”) tal-annimal ta' razza pura għat-tnissil;

    (g)

    is-sistema ta' identifikazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni indivdwali mogħti lill-annimali ta' razza pura għat-tnissil skont:

    (i)

    il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali tal-ispeċi kkonċernata;

    (ii)

    fin-nuqqas ta' liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali li jeħtieġu numru ta' identifikazzjoni individwali, skont ir-regoli tal-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12; jew

    (iii)

    fil-każ ta' dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz;

    (h)

    fejn meħtieġ skont l-Artikolu 22(1) u (2), il-metodu użat għall-kontroll tal-identità tal-annimali ta' razza pura għat-tnissil li jintużaw għall-ġbir ta' semen, ooċiti u embrijuni u r-riżultati tal-verifika ta' dik l-identità;

    (i)

    id-data u l-pajjiż tat-twelid tal-annimal ta' razza pura għat-tnissil;

    (j)

    l-isem, l-indirizz u, fejn disponibbli, l-indirizz tal-posta elettronika tan-nissiel (post tat-twelid tal-annimal ta' razza pura għat-tnissil);

    (k)

    l-isem u l-indirizz u fejn disponibbli, l-indirizz tal-posta elettronika tas-sid;

    (l)

    il-pedigree:

    Missier

    Nru tal-ktieb tat-tnissil u taqsima

    Nannu patern

    Nru tal-ktieb tat-tnissil u taqsima

     

    Nanna paterna

    Nru tal-ktieb tat-tnissil u taqsima

    Omm

    Nru tal-ktieb tat-tnissil u taqsima

    Nannu matern

    Nru tal-ktieb tat-tnissil u taqsima

     

    Nanna materna

    Nru tal-ktieb tat-tnissil u taqsima

    (m)

    ir-riżultati disponibbli kollha tal-kontroll tal-prestazzjoni u riżultati aġġornati tal-evalwazzjoni ġenetika inklużi d-data ta' dik l-evalwazzjoni u difetti ġenetiċi u pekularitajiet ġenetiċi fir-rigward tal-programm tat-tnissil li jaffettwaw l-annimal ta' razza pura tat-tnissil innifsu;

    (n)

    fil-każ ta' annimali nisa tqal, id-data tal-inseminazzjoni jew tat-tgħammir u l-identifikazzjoni tal-annimal raġel li jkun iffertilizza, li tista' tiġi indikata f'dokument separat;

    (o)

    id-data u l-post taċ-ċertifikat żootekniku u l-isem, kapaċità u firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċertifikat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f'każ ta' dħul fl-Unjoni, ta' annimal ta' razza pura għat-tnissil, mill-korp tat-tnissil; dak l-individwu għandu jkun rappreżentant minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew korp tat-tnissil, jew rappreżentant minn awtorità kompetenti, imsemmija fl-Artikolu 30(2)(b).

    2.

    Meta jinħarġu ċertifikati żootekniċi għal grupp ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi porċina, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 ta' dan il-Kapitolu tista' tkun inkluża f'ċertifikat żootekniku uniku, sakemm dawk l-annimali ta' razza pura għat-tnissil ikollhom l-istess età u jkollhom ġenetikament l-istess omm u l-istess missier.

    KAPITOLU II

    Ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal semen ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil

    Iċ-ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal semen ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-informazzjoni kollha msemmija fil-Kapitolu I ta' din il-Parti dwar l-annimal ta' razza pura għat-tnissil li jkun ipprovda s-semen;

    (b)

    informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tas-semen, in-numru ta' dożi li jintbagħtu, il-post u d-data ta' meta jkun inġabar, u l-isem, l-indirizz u n-numru ta' approvazzjoni tas-semen jew taċ-ċentru tal-ħżin u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju;

    (c)

    għal semen maħsub għal ittestjar uffiċjali ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, li ma jkunux sarilhom kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika, in-numru ta' dożi ta' dak is-semen għandu jkun skont il-limiti tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 21(1)(g), l-isem u l-indirizz tas-soċjetà tat-tnissil, jew tal-parti terza nominata minn dik is-soċjetà tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), responsabbli biex tagħmel dak il-kontroll tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 25;

    (d)

    id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u l-isem, kapaċità u firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċertifikat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f'każ ta' dħul fl-Unjoni, ta' semen mill-korp tat-tnissil li toħorġu; dak l-individwu għandu jkun rappreżentant minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew korp tat-tnissil jew operatur imsemmi fl-Artikolu 31(1) jew fl-Artikolu 33(1), jew rappreżentant minn awtorità kompetenti, msemmija fl-Artikolu 30(2)(b).

    KAPITOLU III

    Ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal ooċiti ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil

    Iċ-ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal ooċiti ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-informazzjoni kollha msemmija fil-Kapitolu I ta' din il-Parti dwar l-annimal mara donatriċi li tkun ipprovdiet l-ooċiti;

    (b)

    informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-ooċiti, in-numru ta' straws, il-post u d-data ta' meta jkunu nġabru l-isem, l-indirizz u n-numru ta' approvazzjoni tal-ġbir ta' embrijuni jew it-tim ta' produzzjoni u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju;

    (c)

    fejn ikun hemm aktar minn ooċit wieħed f'tubu straw, indikazzjoni ċara tal-għadd ta' ooċiti miġbura mill-istess annimal ta' razza pura għat-tnissil;

    (d)

    lid-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat u l-isem, il-kapaċità u l-firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċerifikat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f'każ ta' dħul fl-Unjoni ta' ooċiti, mill-korp tat-tnissil,li joħorġu; dak l-individwu għandu jkun rappreżentant minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew mill-korp tat-tnissil jew minn operatur kif imsemmi fl-Artikolu 31(1) jew fl-Artikolu 33(1), jew rappreżentant minn awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b).

    KAPITOLU IV

    Ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal embrijuni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil

    Iċ-ċertifikati żootekniċi, msemmija fl-Artikolu 30, għal embrijuni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-informazzjoni kollha msemmija fil-Kapitoli I ta' din il-Parti dwar l-annimal mara donatriċi u l-annimal raġel li jkun għammar;

    (b)

    informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-embrijuni, in-numru ta' straws, il-post u d-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tagħhom, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' approvazzjoni tal-ġbir tal-embrijuni jew tim tal-produzzjoni tal-embrijuni u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju

    (c)

    meta jkun hemm aktar minn embrijun wieħed f'tubu straw, indikazzjoni ċara tal-għadd tal-embrijuni li lkoll għandu jkollhom l-istess parentela;

    (d)

    id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat u l-isem, il-kapaċità u firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċertifikat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f'każ ta' dħul fl-Unjoni ta' embrijuni, mill-korp tat-tnissil toħorġu; dak l-individwu għandu jkun rappreżentant minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew korp tat-tnissil jew operatur kif imsemmi fl-Artikolu 31(1) jew fl-Artikolu 33(1), jew rappreżentant minn awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b).

    PARTI 3

    Ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal ħnieżer tat-tnissil ibridi u l-prodotti ġerminali tagħhom

    KAPITOLU I

    Ċertifikati żootekniċi għal ħnieżer tat-tnissil ibridi

    1.

    Iċ-ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal ħnieżer tat-tnissil ibridi għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-isem tal-entità tat-tnissil li toħroġhom, jew fil-każ ta' dħul fl-Unjoni, tal-ħanżir tat-tnissil ibridu, l-isem tal-korp tat-tnissil, u fejn ikun disponibbli, referenza għall-websajt ta' dik l-entità tat-tnissil jew tal-korp tat-tnissil;

    (b)

    l-isem tar-reġistru tat-tnissil;

    (c)

    l-isem tar-razza, il-linja jew l-inkroċju tal-ħanżir tat-tnissil ibridu u l-ġenituri u n-nanniet ta' dak il-ħanżir;

    (d)

    is-sess tal-ħanżir tat-tnissil ibridu;

    (e)

    in-numru tad-dħul fir-reġistru tat-tnissil (“Nru tar-Reġistru tat-tnissil”) tal-ħanżir tat-tnissil ibridu;

    (f)

    is-sistema ta' identifikazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni individwali mogħti lill-ħanżir tat-tnissil ibridu skont:

    (i)

    il-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali tal-ispeċi porċina;

    (ii)

    fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali li jeħtieġu numru ta' identifikazzjoni individwali, skont ir-regoli tal-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(3) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 12; jew

    (iii)

    fil-każ ta' dħul fl-Unjoni tal-ħanżir tat-tnissil ibridu, skont leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz;

    (g)

    fejn meħtieġ skont l-Artikolu 22(2), il-metodu użat għal verifika tal-identità ta' ħanżir għat-tnissil ibridu u r-riżultati tal-verifika ta' dik l-identità;

    (h)

    id-data u l-pajjiż tat-twelid tal-ħanżir għat-tnissil ibridu;

    (i)

    l-isem u l-indirizz u fejn disponibbli, l-indirizz tal-posta elettronika tan-nissiel (post tat-twelid tal-ħanżir għat-tnissil ibridu);

    (j)

    l-isem u l-indirizz u fejn disponibbli, l-indirizz tal-posta elettronika tas-sid;

    (k)

    il-pedigree:

    Missier

    Nru tar-Reġistru tat-tnissil

    Ir-razza, linja jew inkroċju

    Nannu patern

    Nru tar-Reġistru tat-tnissil

    Ir-razza, linja jew inkroċju

    Nanna paterna

    Nru tar-Reġistru tat-tnissil

    Ir-razza, linja jew inkroċju

    Omm

    Nru tar-Reġistru tat-tnissil

    Ir-razza, linja jew inkroċju

    Nannu matern

    Nru tar-Reġistru tat-tnissil

    Ir-razza, linja jew inkroċju

    Nanna materna

    Nru tar-Reġistru tat-tnissil

    Ir-razza, linja jew inkroċju

    (l)

    fejn meħtieġ li jsir dan fil-programm tat-tnissil, ir-riżultati tal-kontrolli tal-prestazzjoni u riżultati aġġornati tal-evalwazzjoni ġenetika jew it-tnejn li huma, inkluża d-data ta' dik l-evalwazzjoni u d-difetti ġenetiċi u l-pekularitajiet ġenetiċi b'rabta mal-programm tat-tnissil li jaffettwaw il-ħanżir tat-tnissil ibridu innifsu jew, sa fejn ikun magħruf, il-wild tiegħu;

    (m)

    fil-każ ta' annimali nisa tqal, l-informazzjoni dwar id-data tal-inseminazzjoni jew tat-tgħammir tal-annimal kif ukoll l-identifikazzjoni tar-raġel li jkun iffertilizza, li jistgħu jiġu indikati f'dokument separat;

    (n)

    id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u l-isem, kapaċità u firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċertifikat mill-entità tat-tnissil li toħorġu jew, fil-każ ta' dħul fl-Unjoni ta' ħanżir tat-tnissil ibridu, mill-korp tat-tnissil li toħorġu; dak l-individwu għandu jkun rappreżentant minn dik l-entità tat-tnissil jew tal-korp tat-tnissil, jew rappreżentant minn awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b).

    2.

    Meta jinħarġu ċertifikati żootekniċi għal grupp ta' ħnieżer għat-tnissil ibridi, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 ta' dan il-Kapitolu, tista' tkun inkluża f'ċertifikat żootekniku uniku, sakemm dawk il-ħnieżer tat-tnissil ibridi jkollhom l-istess età u jkollhom ġenetikament l-istess omm u l-istess missier.

    KAPITOLU II

    Ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal semen ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi

    Iċ-ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal ħnieżer tat-tnissil ibridi għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-informazzjoni kollha msemmija fil-Kapitolu I ta' din il-Parti dwar il-ħanżir tat-tnissil ibridu li jkun ipprovda s-semen;

    (b)

    informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tas-semen, in-numru ta' dożi, id-data ta' meta jkun inġabar, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' approvazzjoni tal-ġbir tas-semen jew taċ-ċentru tal-ħżin u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju;

    (c)

    għal semen maħsub għal kontroll tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi, li ma għaddewx tali kontrolli jew evalwazzjoni, l-għadd ta' dożi ta' dak is-semen, li għandu jsir skont il-kwantitajiet tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(d), l-isem u l-indirizz tal-entità tat-tnissil, jew parti terza maħtura minn dik l-entità tat-tnissil skont l-Artikolu 27(1)(b), responsabbli għat-twettiq ta' dak il-kontroll skont l-Artikolu 25;

    (d)

    id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u l-isem, kapaċità u firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċertifikat mill-operazzjoni tat-tnissil li toħorġu jew, fil-każ ta' dħul fl-Unjoni ta' semen, mill-korp tat-tnissil li toħorġu; dak l-individwu għandu jkun rappreżentant minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew korp tat-tnissil jew operatur kif imsemmi fl-Artikolu 31(1) jew l-Artikolu 33(1) jew rappreżentant minn awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b).

    KAPITOLU III

    Ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal ooċiti minn ħnieżer tat-tnissil ibridi

    Iċ-ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal ooċiti ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-informazzjoni kollha msemmija fil-Kapitolu I ta' din il-Parti dwar il-ħanżira donatriċi li tkun ipprovdiet l-ooċiti;

    (b)

    informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-ooċiti, in-numru ta' straws, id-data ta' meta jkunu nġabru, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' approvazzjoni tat-tim tal-ġbir u tal-produzzjoni tal-embrijuni u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju;

    (c)

    fejn ikun hemm aktar minn ooċit wieħed f'tubu straw, indikazzjoni ċara tal-għadd ta' ooċiti li lkoll kellhom jinġabru mill-istess ħanżir tat-tnissil ibridu;

    (d)

    id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u l-isem, kapaċità u firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċertifikat mill-operazzjoni tat-tnissil li toħorġu jew, fil-każ ta' dħul fl-Unjoni tal-ooċiti, mill-korp tat-tnissil li toħorġu; dak l-individwu għandu jkun rappreżentant minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew korp tat-tnissil jew operatur imsemmi fl-Artikolu 31(1) jew l-Artikolu 33(1), jew rappreżentant minn awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b).

    KAPITOLU IV

    Ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal embrijuni minn ħnieżer tat-tnissil ibridi

    Iċ-ċertifikati żootekniċi, imsemmija fl-Artikolu 30, għal embrijuni ta' ħnieżer tat-tnissil ibridi għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-informazzjoni kollha msemmija fil-Kapitolu I ta' din il-Parti dwar l-annimal mara donatriċi u l-annimal raġel li jkun għammar;

    (b)

    informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-embrijuni, in-numru ta' straws, il-post u d-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tagħhom, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' approvazzjoni tal-ġbir tal-embrijuni jew tim tal-produzzjoni tal-embrijuni u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju;

    (c)

    meta jkun hemm aktar minn embrijun wieħed f'tubu straw, indikazzjoni ċara tal-għadd tal-embrijuni li għandhom l-istess parentela;

    (d)

    id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u l-isem, kapaċità u firma tal-individwu awtorizzat li jiffirma dak iċ-ċertifikat mill-operazzjoni tat-tnissil li toħorġu jew, fil-każ ta' dħul fl-Unjoni ta' embrijuni, awtorizzat mill-korp tat-tnissil li toħorġu; dak l-individwugħandu jkun rappreżentant minn dik is-soċjetà tat-tnissil jew korp tat-tnissil jew operatur imsemmi fl-Artikolu 31(1) jew l-Artikolu 33(1), jew rappreżentant minn awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 30(2)(b).


    ANNESS VI

    TERRITORJI MSEMMIJA FIL-PUNT 21 TAL-ARTIKOLU 2

    1.

    It-territorju tar-Renju tal-Belġju

    2.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija

    3.

    It-territorju tar-Repubblika Ċeka

    4.

    It-territorju tar-Renju tad-Danimarka bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Faroe u tal-Greenland

    5.

    It-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    6.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Estonja

    7.

    It-territorju tal-Irlanda

    8.

    It-territorju tar-Repubblika Ellenika

    9.

    It-territorju tar-Renju ta' Spanja bl-eċċezzjoni ta' Ceuta u Melilla

    10.

    It-territorju tar-Repubblika Franċiża

    11.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja

    12.

    It-territorju tar-Repubblika Taljana

    13.

    It-territorju tar-Repubblika ta' Ċipru

    14.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Latvja

    15.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja

    16.

    It-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    17.

    It-territorju tal-Ungerija

    18.

    It-territorju tar-Repubblika ta' Malta

    19.

    It-territorju tar-Renju tan-Netherlands fl-Ewropa

    20.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Awstrija

    21.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Polonja

    22.

    It-territorju tar-Repubblika Portugiża

    23.

    It-territorju tar-Rumanija

    24.

    It-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja

    25.

    It-territorju tar-Repubblika Slovakka

    26.

    It-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja

    27.

    It-territorju tar-Renju tal-Isvezja

    28.

    It-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq


    ANNESS VII

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 2, punti 9 u 12

    Artikolu 2(a),(b), (e)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 2(c)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 2(d)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 3

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 7(5)

    Artikolu 5

    Artikolu 30(1), Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 30(6) u l-punt 1(d) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 6(a)

    Artikolu 26(1) u Anness III

    Artikolu 6(b)

    Parti 1 tal-Anness I

    Artikolu 6(c)

    Parti 2 tal-Anness I

    Artikolu 6(d)

    Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 6(e)

    Artikolu 30(9) u (10) u l-Anness V

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 7(2)

    Artikolu 62(2)

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Artikolu 10

    Artikolu 11


    Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 21(1)

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 21(4)

    Artikolu 2(2)

    Artikoli 12 u 13

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 3

    Artikolu 22(1) u (3)

    Artikolu 4

    Artikolu 21(5)

    Artikolu 5

    Artikolu 29(1)

    Artikolu 6

    Artikolu 7


    Direttiva tal-Kunsill 96/463/KE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 29(1)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 29(4)(a) u (b)(i)

    Artikolu 2

    Anness II

    Punti 1 u 2 tal-Anness IV


    Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 2, punti 9, 10, 12 u 17

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 3(1), Artikolu 4(3) u Artikolu 8(3)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 3

    Artikolu 21(2)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 18(1)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 64(7)

    Artikolu 4a, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 4a, it-tieni paragrafu

    Artikolu 7(5)

    Artikolu 5

    Artikolu 30(1), Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 30(6) u punt 1(d) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 30(9) u (10), Partijiet 1 u 2 tal-Anness I, Parti 1 tal-Anness II, Anness III u Anness V

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 3(1), Artikolu 4(3) u Artikolu 8(3)

    Artikolu 7(2)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 7a

    Artikolu 7(1) u (5)

    Artikolu 8

    Artikolu 25(2)

    Artikolu 9

    Artikolu 30(1), Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 30(6) u punt 1(d) tal- Parti 2 tal-Anness II

    Artikolu 10(1)

    Artikolu 30(9) u (10), Partijiet 1 u 2 tal-Anness I, Parti 2 tal-Anness II, Anness III u Anness V

    Artikolu 10(2)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 62(2)

    Artikolu 11(3)

    Artikolu 62(2)

    Artikolu 12

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 13

    Artikolu 14


    Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 21(1)

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 21(4)

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 12, Artikolu 13 u Artikolu 28(2)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 14 u Artikolu 28(2)

    Artikolu 3

    Artikolu 21(5)

    Artikolu 4

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 5

    Artikolu 6


    Direttiva tal-Kunsill 90/119/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 24(1) u Artikolu 25

    Artikolu 2

    Artikolu 24(3)

    Artikolu 3

    Artikolu 4


    Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 2

    Artikolu 2, punti 9 and 12

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(1), Artikolu 4(3) u Artikolu 8(3)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 4

    Partijiet 1 u 2 tal-Anness I, Parti 1 tal-Anness II, Anness III

    Artikolu 5

    Artikolu 7(1) u (5)

    Artikolu 6

    Artikolu 30(1), Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 30(6) u punt 1(d) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 7

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 8

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 9

    Artikolu 10


    Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 2

    Artikolu 2, punti 9 u 12

    Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3, it-tieni paragrafu

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 4(1)(a)

    Partijiet 1 u 3 tal-Anness I

    Artikolu 4(1)(b)

    Punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 4(3), 19(4), 33, 34(1)(c) Anness I, Parti 1 tal-Anness II, Artikolu 30(9) u (10), Artikolu 32 u l-Anness V

    Artikolu 5

    Artikolu 7(1) u (5)

    Artikolu 6

    Punt 3 tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 7

    Parti 1 tal-Anness II u Parti 1 tal-Anness III

    Artikolu 8(1)

    Punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 30(1), Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 30(6), Artikolu 32 u l-punt 1(d) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II

    Artikolu 9

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 10

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Anness


    Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3, Artikolu 35(1) u Artikolu 45(1)

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 8


    Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 1(3)

    Artikolu 1(4)

    Artikolu 3(1) u Artikolu 36(2)

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 34

    Artikolu 4

    Artikolu 36(1)(a), (c) u (d) u Artikolu 37(1)(a)

    Artikolu 5

    Artikolu 36(1)(b) u (d)

    Artikolu 6

    Artikolu 36(1)(b) u (d)

    Artikolu 7

    Artikolu 36(1)(b) u (d)

    Artikolu 8

    Artikolu 39(2)

    Artikolu 9(1) u (2)

    Artikolu 37(1)(b) u (2)

    Artikolu 9(3)

    Artikolu 10

    Artikoli 57 u 60

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 62(1)

    Artikolu 13

    Artikolu 14

    Artikolu 15


    Top