Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0576

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/576 tal-14 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “rafossanid” (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/2118

    ĠU L 99, 15.4.2016, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/576/oj

    15.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 99/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/576

    tal-14 ta' April 2016

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “rafossanid”

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, għandu jiġi stabbilit f'Regolament il-limitu massimu ta' residwi (minn hawn 'il quddiem “MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali.

    (2)

    It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

    (3)

    Bħalissa r-rafossanid huwa inkluż f'dik it-tabella bħala sustanza approvata għall-ispeċijiet bovini u ovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-ħalib. Il-limiti massimi tar-residwi provviżorji għal dik is-sustanza stabbiliti għall-ħalib tal-bovini u tal-ovini skadew fil-31 ta' Diċembru 2015.

    (4)

    L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn 'il quddiem “EMA”), irċeviet applikazzjoni għall-estensjoni tal-perjodu ta' żmien li tapplika għall-MRL provviżorju tar-rafossanid fil-ħalib tal-bovini u tal-ovini.

    (5)

    L-EMA, ibbażata fuq l-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju qieset li l-estensjoni tal-MRL provviżorju eżistenti għar-rafossanid fil-ħalib tal-bovini u tal-ovini se tgħin biex jitlestew l-istudji xjentifiċi li għaddejjin bħalissa, u għalhekk irrakkomandat li l-MRL provviżorju jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2017.

    (6)

    Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Peress li l-MRL provviżorju għar-rafossanid fil-ħalib tal-bovini u tal-ovini skada fil-31 ta' Diċembru 2015 u biex jitħarsu l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi tas-suq dwar l-użu ta' dik is-sustanza, l-estensjoni tal-MRL provviżorju għandha tidħol fis-seħħ b'urġenza u għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


    ANNESS

    Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-annotazzjoni għas-sustanza “rafossanid” tinbidel b'dan li ġej:

    Sustanza farmakoloġikament attiva

    Residwu markatur

    Speċi tal-annimali

    MRL

    Tessuti kkonċernati

    Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

    Klassifikazzjoni Terapewtika

    “Rafossanid

    Rafossanid

    Bovini

    30 μg/kg

    30 μg/kg

    10 μg/kg

    40 μg/kg

    Il-muskoli

    Ix-xaħam

    Il-fwied

    Il-kliewi

    L-EBDA ANNOTAZZJONI

    Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti”

    Ovini

    100 μg/kg

    250 μg/kg

    150 μg/kg

    150 μg/kg

    Il-muskoli

    Ix-xaħam

    Il-fwied

    Il-kliewi

    Bovini, ovini

    10 μg/kg

    Ħalib

    L-MRL provviżorju għandu jibqa' validu sal-31 ta' Diċembru 2017


    Top