Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1332

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1332 tal-31 ta' Lulju 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

ĠU L 206, 1.8.2015, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1332/oj

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1332

tal-31 ta' Lulju 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fit-23 ta' Settembru 2014 u s-27 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit b'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

I.

L-entrati ta' hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Basir Noorzai (psewdonimi: (a) Haji Abdul Basir, (b) Haji 'Abd Al-Basir (c) Haji Basir Noorzai, (d) Abdul Baseer (e) Abdul Basir).

Titolu: Haji. Indirizz: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: a) 1965 b) 1960 c) 1963. Post tat-twelid: Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgan Nru tal-Passaport: Numru tal-passaport Pakistani AA3829182 Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Pakistana 5420124679187. Informazzjoni oħra: Proprjetarju ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”, li tipprovdi servizzi finanzjarji lit-Taliban fir-reġjun. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Basir Noorzai ġie inkluż fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

Haji Abdul Basir (Basir) huwa l-proprjetarju u l-operatur ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”. Basir kellu l-awtorità li jqassam il-flus lit-Taliban, u matul dawn l-aħħar ftit snin, Basir qassam eluf ta' dollari permezz tal-Hawala tiegħu lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Basir iffinanzja l-attivitajiet tat-Taliban permezz tal-Hawala tiegħu, ittrasferixxa flus lis-superjuri tat-Taliban u ffaċilita l-ivjaġġar ta' informaturi tat-Taliban.

Sa mill-2012, Basir kien meqjus bħala l-iskambjatur prinċipali tal-flus għat-tmexxija għolja tat-Taliban. Fl-2010 wkoll, Basir isolleċita donazzjonijiet lit-Taliban minn espatrijati Pakistani u Afgani li jgħixu fil-Ġappun, l-Emirati Għarab Magħquda u Singapore.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haji Basir and Zarjmil Company Hawala (psewdonomi: (a) Haji Bashir and Zarjmil Hawala Company (b) Haji Abdul Basir and Zar Jameel Hawala (c) Haji Basir Hawala (d) Haji Baseer Hawala (e) Haji Abdul Basir Exchange Shop (f) Haji Basir and Zarjamil Currency Exchange (g) Haji Zar Jamil, Haji Abdul Baseer Money Changer.

Indirizz: (a) Fergħa 1: Sanatan (varjant Sanatin) Bazaar, Triq Sanatan Bazaar, qrib Triq Trench (varjant Tranch), Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan(b) Fergħa 2: Quetta, il-Pakistan. (c) Fergħa 3: Lahore, il-Pakistan (d) Fergħa 4: Peshawar, il-Pakistan (e) Fergħa 5: Karachi, il-Pakistan (f) Fergħa 6: Islamabad, il-Pakistan (g) Fergħa 7: Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (h) Fergħa 8: Provinċja ta' Herat, l-Afganistan (i) Fergħa 9: Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (j) Fergħa 10: Dubaj, l-Emirati Għarab Magħquda (k) Fergħa 11: Iran. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur ta' servizzi ta' flus użat minn mexxejja anzjani tat-Taliban għat-trasferiment ta' fondi lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun. (b) Proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” ġiet inkluża fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” (Basir Zarjmil Hawala) f'Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan hija l-proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Hija tqassam flus lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Mexxejja anzjani tat-Taliban fir-reġjun ippreferew li jittrasferixxi flus lil kmandanti tat-Taliban permezz ta' “Basir Zarjmil Hawala” u “Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange”.

Fl-2013, “Basir Zarjmil Hawala” qassmet eluf ta' dollari lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun, u b'hekk iffaċilitat il-finanzjament ta' operazzjonijiet tat-Taliban. Fl-2012, “Basir Zarjmil Hawala” wettqet transazzjonijiet ta' eluf ta' dollari relatati ma' armi u spejjeż operattivi oħra għat-Taliban.

II.

L-entrata ta' hawn taħt għandha titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

121.

Sangeen Zadran Sher Mohammad


Top