This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0629
Commission Implementing Regulation (EU) No 629/2014 of 12 June 2014 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards the conditions of approval of the active substance methyl nonyl ketone Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2014 tat- 12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2014 tat- 12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 174, 13.6.2014, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 629/2014
tat-12 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u partikolarment it-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 608/2012 (2) emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (3) fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon billi ffissal-kundizzjoni li n-notifikatur għandu jipprovdi informazzjoni ulterjuri ta' konferma fil-forma ta' studji dwar l-ispeċifikazzjoni mad-dejta ta' appoġġ tal-lott u metodi vvalidati tal-analiżi. |
(2) |
In-notifikatur ippreżenta informazzjoni addizzjonali fil-forma ta' studji dwar l-ispeċifikazzjoni b'dejta ta' appoġġ tal-lott u metodi vvalidati ta' analiżi lill-Istat Membru relatur, il-Belġju, fil-perjodu ta' żmien stipulat għal-preżentazzjoni tiegħu. |
(3) |
Il-Belġju vvaluta l-informazzjoni addizzjonali mressqa min-notifikatur. Fil-25 ta' Novembru 2013 dan ressaq il-valutazzjoni tiegħu, fil-forma ta' abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni rivedut, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”. |
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni rivedut, ġie rivedut mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fis-16 ta' Mejju 2014 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-metilnonilketon. |
(5) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' reviżjoni għal metilnonilketon. |
(6) |
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li informazzjoni ta' konferma ulterjuri wriet li l-purità minima tas-sustanza attiva għandha tiġi ffissata għal 985 g/kg. |
(7) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan. L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metilnonilketon fejn jixraq. |
(8) |
Fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' konċessjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metilnonilketon, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011,
Fil-kolonna “Purità” tar-ringiela 238, metilnonilketon, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, il-purità tinbidel b'dan “≥ 985 g/kg”.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
Fejn hu meħtieġ, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metilnonilketon bħala sustanza attiva sat-3 ta' Jannar 2015.
Artikolu 3
Perjodu ta' konċessjoni
Kwalunkwe perjodu ta' konċessjoni mogħti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi fit-3 ta' Jannar 2016.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 608/2012 tas-6 ta' Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benżoat tad-denatonju, metilnonilketon u ż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ (ĠU L 177, 7.7.2012, p. 19).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p.1).