EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0102

Direttiva tal-Kunsill 2014/102/UE tas- 7 ta' Novembru 2014 li tadatta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 334, 21.11.2014, p. 86–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/102/oj

21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/86


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/102/UE

tas-7 ta' Novembru 2014

li tadatta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal dak l-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni.

(2)

It-tipi rilevanti ta' impriżi Kroati għandhom jiddaħħlu fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) sabiex jipprovdu għall-kamp ta' applikazzjoni rilevanti tal-miżuri ta' koordinazzjoni previsti minn dik id-Direttiva fil-Kroazja. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-emendi għandu jkun limitat għal adattamenti tekniċi meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja.

(3)

Id-Direttiva 2013/34/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-20 ta' Lulju 2015. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom l-ewwel japplikaw għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw is-snin finanzjarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew matul is-sena kalendarja 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi dwar kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).


ANNESS

Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness I, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja:

dioničko društvo, društvo s ograničenom odgovornošću;”

.

(2)

fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja:

javno trgovačko društvo, komanditno društvo, gospodarsko interesno udruženje;”

.


Top