Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0089

2014/89/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Frar 2014 dwar proġett bi prova għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kooperazzjoni amministrattiva deskritti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 45, 15.2.2014, pp. 36–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/89/oj

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Frar 2014

dwar proġett bi prova għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kooperazzjoni amministrattiva deskritti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/89/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”), li ġiet stabbilita mir-Regolament tal-IMI, hija softwer aċċessibbli permezz tal-Internet, żviluppata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, sabiex tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni stabbiliti fl-atti tal-Unjoni rigward is-suq intern billi tipprovdi mekkaniżmu ċentrali ta’ komunikazzjoni biex jiffaċilita l-iskambju transfruntieri ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka.

(2)

Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixi ċerti regoli komuni għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferrovija biex jingħelbu d-differenzi nazzjonali u b’hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni dwar il-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbilità u l-libertà li tipprovdi servizzi fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport, sabiex ikun aktar faċli għas-sewwieqa tal-ferrovija biex jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor. Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali tal-liċenzji u taċ-ċertifikati tas-sewwieqa tal-ferrovija.

(3)

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (AFE) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet stabbilità biex tappoġġa lill-Kummissjoni biex tiżgura approċċ armonizzat għall-interoperabbiltà u għas-sikurezza tal-ferroviji fl-Unjoni.

(4)

“Feasibility Study of Interoperable Registers of Train Driving Licences and Complementary Certificates” mill-AFE u adottat fit-2 ta’ April 2013, qies li l-IMI kienet għodda xierqa biex jiġi implimentat skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri tal-liċenzja nazzjonali u rrakkomanda li jiġi organizzat proġett bi prova.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/17/KE (4) tistabbilixxi li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea hija responsabbli għall-monitoraġġ u għar-rapportar dwar it-tħaddim tal-proġett bi prova. Ir-Regolament tal-IMI jirrikjedi lill-Kummissjoni biex tevalwa r-riżultat tal-proġett bi prova.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-għanijiet tal-proġett pilota

Biex tittestja l-effikaċja tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) għall-implimentazzjoni tad-dospożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 4 u 5 hawn taħt, il-Kummissjoni twettaq proġett bi prova.

Artikolu 2

L-awtoritajiet kompetenti

Għall-finjijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu dawk msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (minn issa ’l quddiem “l-awtoritajiet kompetenti”).

Artikolu 3

Monitoraġġ u rapportar

Sabiex l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tissodisfa l-ħidmiet ta’ monitoraġġ u rapportar provduti fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/17/KE, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Aġenzija bi statistiċi u informazzjoni dwar l-użu tal-IMI.

Artikolu 4

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   Għall-finijiet tal-proġett bi prova, l-IMI tintuża bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-iskambju ta’ informazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjoni li ġejjin:

(a)

punt (b) tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2007/59/KE, rigward il-punti 4 u 5 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/17/KE;

(b)

L-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Nru 2007/59/KE,

(c)

L-Artikolu 29(3) tad-Direttiva Nru 2007/59/KE,

(d)

punt (b) tal-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, għat-talbiet għal aktar spezzjoni jew sospensjoni.

2.   Kooperazzjoni amministrattiva skont il-paragrafu 1 tiġi implimentata fil-proċedura stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 5

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni

1.   Għall-finijiet tal-proġett bi prova, l-IMI tintuża fost l-awtoritajiet kompetenti u bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-punt (b) tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn;

(b)

il-punt (c) tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn;

(c)

it-tieni subparagrafu tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn;

(d)

l-Artikolu 29(5) tad-Direttiva 2007/59/KE, għar-riferiment lill-Kummissjoni.

2.   Il-kooperazzjoni amministrattiva skont il-paragrafu 1 tiġi implimentata skont il-proċedura stabbilita fl-Anness II

Artikolu 6

L-Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-proġett bi prova dwar jekk l-għan stabbilit fl-Artikolu 1 inkisibx jew le u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn tliet snin wara li tibda tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta;

(b)

il-kosteffettività;

(c)

funzjonalitajiet ta’ traduzzjoni effettivi;

(d)

użu faċli;

(e)

sodisfazzjoni ġenerali tal-utent.

2.   L-evalwazzjoni tal-proġett bi prova tiġi bbażata fuq l-informazzjoni statistika miġbura mill-IMI u fuq l-opinjoni mill-parteċipanti, inkluż mill-inqas wieħed ta’ utent minn fuq l-Internet indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ferrovjarja Ewropea(ir-Regolament tal-Aġenzija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/17/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 17).

(5)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).


ANNESS I

PROĊEDURA GĦAT-TALBA TA' INFORMAZZJONI

Image 1

TALBA

TWEĠIBA

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Is-CA li qed tagħmel it-talba

Is-CA li twieġeb

Talba maħluqa

Abbozz tat-talba

Talba mibgħuta

Stennija biex tiġi aċċettata

Aċċettat

LE

Informazzjoni rifjutata mhux disponibbli

IVA

It-talba ġiet aċċettata

Tweġiba mibgħuta

Aċċetta tweġiba

IVA

Magħluqa

LE

Informazzjoni addizzjonali mitluba

Aċċettat

IVA

Talba għal informazzjoni addizzjonali aċċettata

LE

Informazzjoni addizzjonali mhijiex disponibbli

Naqbel

IVA

Informazzjoni addizzjonali magħluqa mhux disponibbli

LE

Ikkonferma talba għal informazzjoni addizzjonali

Aċċettat

IVA

LE


ANNESS II

PROĊEDURA TA' NOTIFIKA

Image 2

Il-Kummissjoni Ewropea

Awtoritajiet li tirċievi

Awtorità li tagħti bidu

TRAŻMISSJONI TA' NOTIFIKI

PERJODU BIEX TIKKUMMENTA

GĦELUQ

Oħloq in-notifiki

Abbozz tan-notifika

Ressaq u xandar in-notifika

Xandir tan-notifika

Ikkummenta n-notifika

Għeluq tas-sistema

Ikkummenta n-notifika

Ikkummenta n-notifika


Top