Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0654

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2013 tal- 10 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-listi ta’ kontroll tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal entitajiet minn pajjiżi terzi Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 190, 11.7.2013, p. 1–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/654/oj

    11.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 190/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 654/2013

    tal-10 ta’ Lulju 2013

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-listi ta’ kontroll tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal entitajiet minn pajjiżi terzi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) ma fihx regoli dettaljati għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

    (2)

    Il-listi ta’ kontroll huma l-għodda li għandhom jintużaw mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikat għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE. Huwa meħtieġ li jiżdiedu żewġ listi ta’ kontroll oħra ma’ dawk eżistenti sabiex tiġi stabbilita l-implimentazzjoni kollha tar-reġim tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    (2)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

    1)

    Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-C:

    DOKUMENT MEHMUŻ 6-C2

    LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦAL AĠENTI REGOLATI MINN PAJJIŻI TERZI LI HUMA VVALIDATI SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

    Entitatjiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti mill-katina ta’ provvista sikura ta’ ACC3 (Merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li joperaw fl-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) billi jitolbu nominazzjoni bħala Aġent Regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3). RA3 huwa entità tal-maniġġar tal-merkanzija li tinsab f’pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

    RA3 għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà, inkluż l-iskrinjar fejn applikabbli, ikunu saru fuq il-kunsinni fil-limiti tal-Unjoni Ewropea u li l-kunsinni jkunu ġew imħarsa minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm il-kunsinni tgħabbew fuq inġenju tal-ajru jew inkella ngħataw lil ACC3 jew RA3 ieħor.

    Il-prerekwiżiti għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru lejn l-Unjoni (*) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera huma meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010.

    Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikat għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru (**) fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE mill-entità li qed titlob nominazzjoni bħala RA3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta’ kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(b) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(a) tal-Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta’ kontroll tal-ACC3.

    Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, għandu jingħata rapport ta’ validazzjoni lill-entità vvalidata. Ir-rapport ta’ validazzjoni għandu jiddikjara li l-entità huwa Aġent Regolat minn Pajjiż Terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3). Ir-RA3 għandu jkun jista’ juża r-rapport fir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu ma’ kwalunkwe ACC3. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom jinkludu minn tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

    (a)

    il-lista ta’ kontroll mimlija (id-dokument mehmuż 6-C2 stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u fejn applikabbli, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata.

    (b)

    id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument mehmuż 6-H2 stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-entità vvalidata;

    (c)

    dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument mehmuż 11-A stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

    In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

    Il-Parti 5 — L-iskrinjar u l-Parti 6 — Merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għal dawk il-partijiet li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

    Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, l-entità għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll mimlija li telenka n-nuqqasijiet.

    Noti dwar il-mili:

    (1)

    Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta’ kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

    (2)

    Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta’ din il-parti.

    PARTI 1

    Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur

    1.1   

    Id-data/i tal-validazzjoni

    Uża l-format eżatt tad-data, bħal 01.10.2012 sa 02.10.2012

    jj/xx/ssss

     

    1.2   

    Id-data tal-validazzjoni preċedenti fejn applikabbli

    jj/xx/ssss

     

    In-numru tar-reġistrazzjoni preċedenti tal-RA3, fejn disponibbli

     

    Ċertifikat AEO/status C-TPAT/ċertifikazzjonijiet oħrajn, fejn disponibbli

     

    1.3   

    Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

    Isem

     

    Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

     

    Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI)

     

    L-indirizz tal-e-Mail

     

    In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

     

    1.4   

    L-isem tal-entità

    Isem

     

    In-numru tal-kumpanija (eż. numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistru kummerċjali, fejn applikabbli)

     

    Numru/Unità/Bini

     

    It-triq

     

    Il-belt

     

    Kodiċi postali

     

    L-Istat (fejn ikun rilevanti)

     

    Pajjiż

     

    Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

     

    1.5   

    Indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk differenti mis-sit li se tiġi vvalidata)

    Numru/Unità/Bini

     

    It-triq

     

    Il-belt

     

    Kodiċi postali

     

    L-Istat (fejn ikun rilevanti)

     

    Pajjiż

     

    Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

     

    1.6   

    In-natura tan-negozju – Jista’ jkun applikabbli aktar minn tip wieħed ta’ negozju

    (a)

    merkanzija bl-ajru biss

    (b)

    bl-ajru u permezz ta’ mezzi oħra ta’ trasport

    (c)

    persuna li tgħaddi l-merkanzija li għandha l-bini għall-merkanizja

    (d)

    persuna li tgħaddi l-merkanzija li ma għandhiex bini għall-merkanizja

    (e)

    aġent tal-maniġġar

    (f)

    oħrajn

     

    1.7   

    L-applikant ...?

    (a)

    jirċievi merkanzija minn aġent regolat minn pajjiż terz ieħor

     

    (b)

    jirċievi merkanzija minn spedituri magħrufa minn pajjiż terz

     

    (c)

    jirċievi merkanzija minn spedituri in konto minn pajjiż terz

     

    (d)

    jirċievi merkanzija esportata

     

    (e)

    merkanzija skrinjata

     

    (f)

    merkanzija maħżuna

     

    (g)

    oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

     

    1.8   

    Għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post

    Numru

     

    1.9   

    L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiżi terzi

    Isem

     

    Titlu tax-xogħol

     

    L-indirizz tal-e-Mail

     

    In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

     

    PARTI 2

    L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-aġent regolat minn pajjiż Terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

    Objettiv: L-ebda merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn RA3 lil ACC3 jew lil RA3 ieħor jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-RA3. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti fil-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll.

    L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura tkun imħarsa sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)

    Skrinjar fiżiku li għandu jkun ta’ standard suffiċjenti biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna;

    (b)

    Kontrolli tas-sigurtà oħrajn li huma parti minn proċess ta’ sigurtà fil-katina tal-provvista li jiżguraw b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna u li ġew applikati minn RA3 ieħor, KC3 jew AC3 nominati mill-RA3.

    Referenza: Il-punt 6.8.3

    2.1.   

    L-entità stabbiliet programm ta’ sigurtà?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE mur mal-ewwel għall-punt 2.5

     

    2.2.   

    Programm tas-sigurtà tal-entità

    Data – uża l-format eżatt jj/xx/ssss

     

    Il-verżjoni

     

    Il-programm tas-sigurtà tressaq u/jew ġie approvat mill-awtorità xierqa tal-istat tal-entità? Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess

     

    2.3.   

    Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi msemmija fil-lista ta’ kontroll (il-partijiet 3 sa 9)?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

     

    2.4.   

    Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    2.5.   

    L-entità stabbilixxiet proċess sabiex tiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel ma tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

     

    2.6.   

    L-entità għandha fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni (eż. strumenti, istruzzjonijiet) biex tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi s-sistema ta’ ġestjoni u spjega jekk hijiex approvata, iċċekkjata jew ipprovduta mill-awtorità xierqa jew minn entità oħra.

     

    Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jiġu applikati bil-mod meħtieġ.

     

    2.7.   

    Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklużività u r-robustezza tal-proċess.

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 3

    Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

    Objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, l-RA3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-memrbi tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà għandu jkollhom il-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u għandhom jingħataw taħriġ adegwat.

    Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-RA3 għandu jkollu proċeduri sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, membri tal-persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

    (c)

    kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal verifiki tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-RA3 ivvalidat; kif ukoll

    (d)

    ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-RA3 ivvalidat.

    Nota:

    Verifika tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta’ persuna, inkluż fejn ikun legalment permissibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta’ individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta’ sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

    Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta’ xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta’ qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta’ qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

    Referenza: Il-punt 6.8.3.1

    3.1.   

    Hemm xi proċedura li tiżgura li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkun soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

     

    3.2.   

    Din il-proċedura tinkludi?

    Verifika tal-preċedenti personali

    Verifika qabel l-impjieg

    Verifika tar-rekords kriminali

    Intervisti

    Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

    Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

     

    3.3.   

    Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

     

    3.4.   

    Din il-proċedura tinkludi?

    Verifika tal-preċedenti personali

    Verifika qabel l-impjieg

    Verifika tar-rekords kriminali

    Intervisti

    Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

    Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

     

    3.5.   

    Il-membri tal-persunal b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

     

    3.6.   

    Il-membri tal-persunal li jaċċettaw, jiskrinjaw u/jew jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jirċievu xi taħriġ relatat mal-impjieg speċifiku?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tal-korsijiet tat-taħriġ.

     

    3.7.   

    Il-membri tal-persunal imsemmija fil-punti 3.5 u 3.6 jirċievu taħriġ rikorrenti?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

     

    3.8.   

    Konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkunu ġew irreklutati u mħarrġa kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikollhom sensibilizzazzjoni tar-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Comments from the entity

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 4

    Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni

    Objettiv: L-RA3 jista’ jirċievi merkanzija jew posta minn RA3 ieħor, KC3, AC3 minn speditur mhux magħruf. L-RA3 għandu jkollu proċeduri ta’ aċċettazzjoni adegwati għall-merkanzija u għall-posta sabiex ikun jista’ jistabbilixxi jekk kunsinna tiġix minn katina ta’ provvista sikura jew le u sussegwentament liema miżura ta’ sigurtà għandha tiġi applikata għaliha.

    RA3 jista’ jżomm bażi ta’ dejta li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew speditur magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1, minn fejn huwa jaċċetta direttament il-merkanzija jew il-posta li għandha tintbagħat lil ACC3 għall-ġarr fl-Unjoni:

    (a)

    Id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide,

    (b)

    In-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju,

    (c)

    Id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà,

    (d)

    in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli,

    (e)

    ir-rapport ta’ validazzjoni, fejn disponibbli.

    Referenza: Il-punti 6.8.3.1 u 6.8.4.3

    Nota: RA3 jista’ jaċċetta biss merkanzija minn AC3 bħala merkanzija sikura, jekk dan l-RA3 ikun innomina lil dan l-ispeditur bħala AC3 hu nnifsu u jagħmel tajjeb għall-merkanzija mibgħuta minn dan il-kunsinnatur.

    4.1.   

    Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk din hijiex ġejja minn RA3 ieħor, KC3, AC3 jew speditur mhux magħruf?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif?

     

    4.2.   

    L-entità tistabbilixxi u żżomm bażi ta’ dejta li tinkludi informazzjoni għal kull RA3, KC3 u AC3 minn fejn hija taċċetta direttament merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li għandha tintbagħat lil ACC3 għall-ġarr fl-Unjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, speċifika l-informazzjoni inkluża fil-bażi ta’ dejta.

     

    Jekk LE, kif tkun taf l-entità li l-merkanzija ġejja minn RA3 ieħor, KC3 jew AC3?

     

    4.3.   

    L-entità taħtar spedituri bħala AC3?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura u l-miżuri ta’ salvagwardja li l-entità teħtieġ li l-ispeditur ikollu

     

    4.4.   

    Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk id-destinazzjoni tkunx ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

    IVA jew LE - spjega

     

    4.5.   

    Jekk IVA — l-entità tissottometti l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru kollha għall-istess kontrolli tas-sigurtà meta d-destinazzjoni tkun ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

     

    4.6.   

    Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk din għandhiex titqies bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM) (ara d-definizzjoni fil-parti 6), inkluż għal kunsinni li jitwasslu b’mezzi oħrajn ta’ trasport minbarra bl-ajru?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif?

    Iddeskrivi l-proċedura

     

    4.7.   

    Meta taċċetta kunsinna taħt sigurtà, l-entità vvalidata tistabbilixxi jekk din kinitx protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mingħajr awtorizzazzjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi kif (siġilli, katnazzi, spezzjoni, eċċ.)

     

    4.8.   

    Il-persuna li twassal il-kunsinna hija meħtieġa tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali li jkun fih ritratt?

    IVA jew LE

     

    4.9.   

    Hemm fis-seħħ proċess li jidentifika l-kunsinni li jeħtieġu l-iskrinjar?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif?

     

    4.10.   

    Konklużjoni: Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni huma biżżejjed biex jistabbilixxu jekk il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal destinazzjoni ta’ ajruport tal-UE/taż-ŻEE tiġix minn katina ta’ provvista sikura jew jekk hemmx bżonn li tiġi soġġetta għal skrinjar?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 5

    L-iskrinjar

    Objettiv: Meta l-RA3 jaċċetta merkanzija u posta li ma tiġix minn katina ta’ provvista sikura, jeħtieġ li l-RA3 jgħaddi lil dawn il-kunsinni minn skrinjar adegwat qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu lil ACC3 bħala merkanzija sikura. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

    Meta l-iskrinjar tal-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru jitwettaq mill-awtorità xierqa fil-pajjiż terz jew f’isimha, l-RA3 għandu jiddikjara dan il-fatt u jispeċifika kif l-iskrinjar xieraq huwa żgurat.

    Nota: Minkejja li l-punt 6.8.3.2 jippermetti li l-istandards tal-ICAO jiġu applikati bħala minimu biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8.3.1 sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tqis ir-rekwiżiti tal-iskrinjar tal-UE, anke jekk il-validazzjoni titwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 2014.

    Referenza: Il-punt 6.8.3

    5.1.   

    L-iskrinjar isir f’isem l-entità minn entità oħra?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA,

    Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji:

    Kumpanija privata tal-iskrinjar

    Kumpanija regolata mill-gvern

    Faċilità jew entità tal-iskrinjar tal-gvern

    Oħrajn

    Speċifika n-natura tal-ftehim/kuntratt bejn l-entità vvalidata u l-entità li tapplika l-iskrinjar f’isimha.

     

    5.2.   

    Liema metodi ta’ skrinjar jintużaw għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru?

    Speċifika, inklużi d-dettalji tal-apparat li jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (eż. il-manifattur, it-tip, il-verżjoni tas-softwer, l-istandard, in-numru tas-serje, eċċ.) għall-metodi kollha użati

     

    5.3.   

    L-apparat jew il-metodu użat (eż. klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi) huwa inkluż fl-aktar lista ta’ konformità riċenti tal-UE, tal-ECAC jew tat-TSA?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

     

    Jekk LE, agħti d-dettalji li jispeċifikaw l-approvazzjoni tal-apparat u d-data tagħha, kif ukoll kwalunkwe indikazzjoni li turi li l-apparat huwa konformi mal-istandards tal-apparat tal-UE

     

    5.4.   

    L-apparat qiegħed jintuża skont il-CONOPS (il-kunċett tal-operazzjonijiet) tal-manifatturi u l-apparat qiegħed jiġi ttestjat u ssirlu manutenzjoni regolari?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

     

    5.5.   

    In-natura tal-kunsinna qiegħda tittieħed f’kunsiderazzjoni matul l-iskrinjar?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi żgurat li l-metodu ta’ skrinjar magħżul qiegħed jiġi applikat għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma jitqiegħed ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna

     

    5.6.   

    Hemm xi proċess għar-riżoluzzjoni tal-allarm iġġenerat mill-apparat tal-iskrinjar? (Għal xi tagħmir, (eż. tagħmir tar-raġġi X), l-allarm jiskatta mill-operatur innifsu)

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess li jintuża għar-riżoluzzjoni tal-allarmi sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli n-nuqqas ta’ oġġetti pprojbiti.

     

    Jekk LE, iddeskrivi x’jiġri mill-kunsinna.

     

    5.7.   

    Hemm xi kunsinni li huma eżentati mill-iskrinjar tas-sigurtà?

    IVA jew LE

     

    5.8.   

    Hemm xi eżenzjonijiet li mhumiex konformi mal-lista tal-Unjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    5.9.   

    L-aċċess għaż-żona tal-iskrinjar huwa kkontrollat sabiex jiġi żgurat li membri tal-persunal awtorizzati u mħarrġa biss jingħataw aċċess?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    5.10.   

    Hemm xi sistema stabbilita ta’ kontroll tal-kwalità u/jew ittestjar fis-seħħ?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    5.11.   

    Konklużjoni: Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru qiegħda tiġi skrinjata b’wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni 2010/774/UE għal standard biżżejjed sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li din ma jkun fiha ebda oġġett ipprojbit?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika r-raġuni

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 6

    Il-Merkanzija jew Posta b’Riskju Għoli (HRCM)

    Objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f’postijiet identifikati bħala ta’ riskju għoli mill-Unjoni jew li jidhru li ġew imbagħbsa b’mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li permezz tagħhom jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    L-ACC3 fejn l-RA3 tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru għat-trasportazzjoni għandu jiġi awtorizzat li jinforma lill-RA3 dwar l-aktar stat riċenti tal-informazzjoni rilevanti dwar l-oriġini ta’ riskju għoli.

    L-RA3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta’ riskju għoli minn trasportatur tal-ajru jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ trasportazzjoni.

    Referenza: Punt 6.7

    Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta’ “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

    6.1.   

    Il-membri tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà jafu liema merkanzija u posta bl-ajru għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta ta’ riskju għoli (HRCM)?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    6.2.   

    L-entità għandha fis-seħħ xi proċeduri għall-identifikazzjoni tal-HRCM?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    6.3.   

    L-HRCM hija soġġetta għal proċeduri ta’ skrinjar tal-HRCM skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, indika l-proċeduri applikati

     

    6.4.   

    Wara l-iskrinjar, l-entità toħroġ dikjarazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà għall-SHR fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi kif jinħareġ l-istatus tas-sigurtà u f’liema dokument

     

    6.5.   

    Konklużjoni: Il-proċess implimentat mill-entità huwa rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-HRCM kollha jkunu ġew ittrattati kif xieraq qabel tgħabbew?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika r-raġuni

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 7

    Il-protezzjoni tal-merkanzija u l-posta bl-ajru taħt sigurtà

    Objettiv: L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta’ aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba jew tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jibqgħux protetti, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija jew posta sikura.

    Il-protezzjoni tista’ tiġi pprovduta b’mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, membri tal-persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.).

    Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà.

    Referenza: Il-punt 6.8.3.1

    7.1.   

    Il-protezzjoni ta’ merkanzija bl-ajru u posta bl-ajru taħt sigurtà hija applikata f’isem l-entità vvalidata minn entità oħra?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA,

    Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji:

    Kumpanija privata tal-iskrinjar

    Kumpanija regolata mill-gvern

    Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

    Oħrajn

     

    7.2.   

    Il-protezzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà qegħdin fis-seħħ biex jipprevjenu milli jsir xi tbagħbis matul il-proċess tal-iskrinjar?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

    Speċifika x’tip/i ta’ protezzjoni/jiet hemm fis-seħħ:

    Fiżika (ċnut, barrikati, bini ta’ kostruzzjoni solida, eċċ.)

    Umana (patrols eċċ.)

    Teknoloġika (CCTV, sistema ta’ allarm, eċċ.)

    U spjega kif inhuma organizzati

     

    7.3.   

    Il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru taħt sigurtà huma biss aċċessibbli għal persuni awtorizzati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

    Speċifika kif il-punti kollha tal-aċċess (inklużi l-bibien u t-twieqi) għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli u taħt sigurtà huma kkontrollati.

     

    7.4.   

    Hemm fis-seħħ xi proċeduri li jiżguraw li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, li għaliha ġew applikati kontrolli tas-sigurtà, hija protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak il-ħin li titpoġġa taħt sigurtà sakemm titgħabba jew tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħda tiġi protetta (b’mod fiżiku, uman, teknoloġiku, eċċ.)

    Speċifika wkoll jekk il-bini huwiex magħmul minn kostruzzjoni solida u x’tipi ta’ materjali qed jiġu użati, jekk disponibbli.

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    7.5.   

    Konklużjonijiet: Il-protezzjoni tal-kunsinni hija robusta biżżejjed biex tipprevjeni interferenza illegali?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 8

    Id-dokumentazzjoni

    Objettiv: L-istatus tas-sigurtà ta’ kunsinna għandu jkun indikat fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna, jew fil-forma ta’ fattura tal-passaġġ bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata kif ukoll jew fil-format elettroniku jew bil-kitba. L-istatus tas-sigurtà għandu jingħata mill-RA3.

    Referenza: Punti 6.3.2.6(d) u 6.8.3.4.

    Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:

    “SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew

    “SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew

    “SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

    8.1.   

    Fid-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament, l-entità tispeċifika (eż. polza tat-tagħbija bl-ajru) l-istatus tal-merkanzija u kif dan inkiseb?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, spjega għaliex

     

    8.2.   

    Konklużjoni: Il-proċess tad-dokumentazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-merkanzija jew il-posta jkollha magħha d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ xierqa li tispeċifika l-istatus korrett tas-sigurtà?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 9

    It-trasportazzjoni

    Objettiv: Il-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat minn meta jitpoġġew taħt sigurtà sakemm jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor. Dan jinkludi protezzjoni waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, inkella s’għand l-ACC3 jew għand RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jkunux protetti waqt it-trasportazzjoni, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija sikura.

    Waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, ACC3 jew RA3 ieħor, l-RA3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f’isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni huma ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta’ ACC3 jew RA3 ieħor.

    Referenza: Il-punt 6.8.3

    9.1.   

    Kif tasal il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għand ACC3/RA3 ieħor?

    (a)   

    It-trasport personali tal-entità vvalidata?

    IVA jew LE

     

    (b)   

    It-trasport ta’ RA3 ieħor/ACC3?

    IVA jew LE

     

    (c)   

    Kuntrattur użat mill-entità vvalidata?

    IVA jew LE

     

    9.2.   

    Wara li tbagħbset, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ġiet ippakkjata b’mod evidenti?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif

     

    9.3.   

    Il-vettura tiġi ssiġġillata jew imsakkra qabel it-trasportazzjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif

     

    9.4.   

    Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli huwa kkontrollat u n-numri huma rreġistrati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, speċifika kif

     

    9.5.   

    Jekk applikabbli, it-trasportatur rispettiv jiffirma d-dikjarazzjoni tat-trasport?

    IVA jew LE

     

    9.6.   

    Il-persuna li tittrasporta l-merkanzija ġiet soġġetta għal kontrolli speċifiċi ta’ sigurtà u taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni qabel ma ġiet awtorizzata tittrasporta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi x’tipi ta’ kontrolli tas-sigurtà (verifika qabel l-impjieg, verifika tal-isfond, eċċ.) u x’tip ta’ taħriġ (taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tas-sigurtà, eċċ.)

     

    9.7.   

    Konklużjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 10

    Il-konformità

    Objettiv: Wara li jivvaluta d-disa’ partijiet preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika fuq is-sit tiegħu tikkonfermax l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sigurtà f’konformità mal-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE.

    Huma possibbli żewġ xenarji differenti. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità:

    (a)

    irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata r-rapport ta’ validazzjoni oriġinali u jiddikjara li l-entità hija nnominata aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

    (b)

    ma rnexxilhiex tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. F’dak il-każ, l-entità ma tkunx awtorizzata li tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru f’destinazzjoni tal-UE/taż-ŻEE għand ACC3 jew RA3 ieħor. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll kompluta li tgħid x’inhuma n-nuqqasijiet.

    B’mod ġenerali, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiddeċiedi jekk il-merkanzija u l-posta ġestiti mill-entità vvalidata humiex ġestiti b’tali mod li fil-mument meta jaslu għand ACC3 jew RA3 ieħor jistgħux jitqiesu li huma sikuri biex imorru fl-UE/ZEE skont ir-regolamenti applikabbli tal-Unjoni.

    Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jżomm f’moħħu li l-valutazzjoni hija bbażata fuq metodoloġija ta’ konformità globali abbażi tal-objettivi.

    10.1.   

    Konklużjoni ġenerali:

    Valutazzjoni (u notifika)

    (immarka l-kelma li tapplika)

    Jekk tkun “SUFFIĊJENZA”, l-entità għandha tiġi kkunsidrata nominata bħala aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3).

    Suffiċjenza/Insuffiċjenza

    Meta l-valutazzjoni ġenerali tirriżulta f’insuffiċjenza, elenka hawn taħt il-partijiet fejn entità ma rnexxilhiex tikseb l-istandard ta’ sigurtà meħtieġ jew għandha vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

    Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    Kummenti mill-entità

     

    L-isem tal-validatur:

    Data:

    Firma:

    ANNESS

    Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

    Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.

    L-isem tal-entità

    L-isem tal-persuna ta’ kuntatt

    Data taż-żjara/intervista

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (*)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit."

    (**)  Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta’ kontroll ta’ din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera”"

    2.

    Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-C3:

    DOKUMENT MEHMUŻ 6-C4

    LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ISPEDITURI MAGĦRUFA MINN PAJJIŻ TERZ LI HUMA VVALIDATI SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

    Entitatjiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti mill-katina ta’ provvista sikura ta’ ACC3 (merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li joperaw fl-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) billi jitolbu nominazzjoni bħala Speditur Magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3). KC3 huwa entità tal-maniġġar tal-merkanzija minn pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

    (KC3) għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati lill-kunsinni fil-limiti tal-Unjoni u li l-kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizza minn meta jiġu applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm jiġu trasferiti għand ACC3 jew aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3).

    Il-prerekwiżiti għall-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru fl-Unjoni (UE) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera huma meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 859/2011 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 (***).

    Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE mill-entità li qed titlob nominazzjoni bħala KC3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta’ kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(b) tal-Anness tar-REgolament (UE) Nru 185/2010. Fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(a) tal-imsemmi Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta’ kontroll tal-ACC3.

    Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, għandu jingħata rapport ta’ validazzjoni lill-entità vvalidata. Ir-rapport tal-validazzjoni għandu jiddikjara li l-entità hija nominata speditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3). Il-KC3 għandu jkun jista’ juża r-rapport fir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu ma’ kwalunkwe ACC3 u RA3. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom jinkludu minn tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

    (a)

    il-lista ta’ kontroll mimlija (id-dokument mehmuż 6-C4 stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u fejn applikabbli, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata.

    (b)

    id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument mehmuż 6-H3 stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-entità vvalidata; kif ukoll

    (c)

    dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument mehmuż 11-A stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

    In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

    Għall-partijiet l-oħrajn li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

    Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, din l-entità għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll mimlija li telenka n-nuqqasijiet.

    Noti dwar il-mili:

    (1)

    Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta’ kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

    (2)

    Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta’ din il-parti.

    PARTI 1

    L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

    1.1.   

    Id-data/i tal-validazzjoni

    Uża l-format eżatt tad-data, bħal 01.10.2012 sa 02.10.2012

    jj/xx/ssss

     

    1.2.   

    Id-data tal-validazzjoni preċedenti fejn applikabbli.

    jj/xx/ssss

     

    In-numru tar-reġistrazzjoni preċedenti tal-KC3, fejn disponibbli

     

    Ċertifikat AEO/status C-TPAT/ċertifikazzjonijiet oħrajn, fejn disponibbli

     

    1.3.   

    Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

    Isem

     

    Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

     

    Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI)

     

    L-indirizz tal-e-Mail

     

    In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

     

    1.4.   

    L-isem tal-entità

    Isem

     

    In-numru tal-kumpanija (eż. numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistru kummerċjali, fejn applikabbli)

     

    Numru/Unità/Bini

     

    It-triq

     

    Il-belt

     

    Kodiċi postali

     

    L-Istat (fejn ikun rilevanti)

     

    Pajjiż

     

    Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

     

    1.5.   

    Indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk differenti mis-sit li se tiġi vvalidata)

    Numru/Unità/Bini

     

    It-triq

     

    Il-belt

     

    Kodiċi postali

     

    L-Istat (fejn ikun rilevanti)

     

    Pajjiż

     

    Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

     

    1.6.   

    In-natura tan-negozju — It-tipi ta’ merkanzija pproċessati

    X’inhi n-natura tan-negozju(negozji) — tip ta’ merkanzija pproċessata fil-bini tal-applikant?

     

    1.7.   

    L-applikant huwa responsabbli għal...?

    (a)

    Produzzjoni

    (b)

    Ippakkjar

    (c)

    Ħażna

    (d)

    Bgħit

    (e)

    Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

     

    1.8.   

    Għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post

    Numru

     

    1.9.   

    L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiż terz

    Isem

     

    Titlu tax-xogħol

     

    L-indirizz tal-e-Mail

     

    In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

     

    PARTI 2

    L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ispeditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

    Objettiv: L-ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn KC3 għand ACC3 jew RA3 jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-KC3. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll.

    Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura tkun imħarsa sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu f’miżuri li jiżguraw b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna.

    Referenza: Il-punt 6.8.3

    2.1.   

    L-entità stabbiliet programm ta’ sigurtà?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE mur mal-ewwel għall-punt 2.5

     

    2.2.   

    Informazzjoni dwar il-programm tas-sigurtà tal-entità

    Data – uża l-format eżatt jj/xx/ssss

     

    Il-verżjoni

     

    Il-programm tas-sigurtà tressaq quddiem l-awtorità xierqa tal-istat fejn tinsab l-entità u/jew ġie approvat minnha? Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess

     

    2.3.   

    Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi msemmija fil-lista ta’ kontroll (il-partijiet 4 sa 11)?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

     

    2.4   

    Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    2.5   

    L-entità stabbilixxiet proċess sabiex tiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel ma tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

     

    2.6.   

    L-entità għandha fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni (eż. strumenti, istruzzjonijiet, eċċ.) biex tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi s-sistema ta’ ġestjoni u spjega jekk hijiex approvata, iċċekkjata jew ipprovduta mill-awtorità xierqa jew minn entità oħra.

     

    Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jiġu applikati bil-mod meħtieġ.

     

    2.7.   

    Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklużività u r-robustezza tal-proċess.

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 3

    Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli (‘Ħin/lok tal-identifikazzjoni’)

    Objettiv: Li jiġi stabbilit il-punt (jew: il-post) fejn il-merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru. Il-ħin/il-lok tal-identifikazzjoni hija ddefinita bħala l-ħila li wieħed jivvaluta meta/fejn il-merkanzija/posta tkun identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru.

    3.1.   

    Permezz ta’ spezzjoni tal-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħażna, l-għażla, il-bgħit u kwalunkwe parti oħra rilevanti, żgura fejn u kif kunsinna tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ssir identifikabbli bħala tali.

    Iddeskrivi

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    N.B. Għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati fil-Partijiet 6 sa 9.

    PARTI 4

    Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

    Objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, il-KC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-membri tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru identifikabbli jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u jingħataw taħriġ adegwat.

    Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, il-KC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, membri tal-persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

    (a)

    kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal verifiki tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-KC3 ivvalidat; kif ukoll

    (b)

    ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-KC3 ivvalidat.

    Nota:

    Verifika tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta’ persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta’ individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta’ sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

    Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta’ xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta’ qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta’ qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

    Referenza: Il-punt 6.8.3.1

    4.1.   

    Hemm xi proċedura li tiżgura li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

     

    4.2.   

    Din il-proċedura tinkludi?

    Verifika tal-preċedenti personali

    Verifika qabel l-impjieg

    Verifika tar-rekords kriminali

    Intervisti

    Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

    Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

     

    4.3.   

    Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

     

    4.4.   

    Din il-proċedura tinkludi?

    Verifika tal-preċedenti personali

    Verifika qabel l-impjieg

    Verifika tar-rekords kriminali

    Intervisti

    Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

    Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

     

    4.5.   

    Il-membri tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

     

    4.6.   

    Il-membri tal-persunal imsemmija fil-punt 4.5 jirċievu taħriġ rikorrenti?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

     

    4.7.   

    Konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE jkunu ġew irreklutati u mħarrġa kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikollhom sensibilizzazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 5

    Is-sigurtà fiżika

    Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

    L-entità għandha turi kif is-sit tagħha jew il-bini tagħha huma protetti u li hemm fis-seħħ proċeduri ta’ kontroll rilevanti għall-aċċess. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra kollha ta’ aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru sikuri fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ikunu taħt sigurtà jew soġġetti għall-kontroll tal-aċċess.

    Is-sigurtà fiżika tista’ tkun, imma mhix limitata għal:

    Ostakli fiżiċi bħal ċnut jew barrikati;

    Teknoloġija bl-użu ta’ allarmi u/jew sistemi ta’ CCTV;

    Sigurtà umana bħal membri tal-persunal li xogħolhom ikun li jwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza.

    Referenza: Il-punt 6.8.3.1

    5.1.   

    Il-punti tal-aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli huma kollha soġġetti għall-kontroll tal-aċċess u l-aċċess huwa limitat għal persuni awtorizzati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif jiġi kkontrollat l-aċċess? Spjega u ddeskrivi. Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

    Minn membri tal-persunal tas-sigurtà

    Minn membri oħrajn tal-persunal

    Verifika manwali jekk il-persuni jkunu jistgħu jidħlu f’dik iż-żona

    Sistemi ta’ kontroll elettroniku għall-aċċess

    Oħrajn, speċifika

     

    Jekk IVA, kif jiġi żgurat li persuna tkun awtorizzata li tidħol fiż-żona? Spjega u ddeskrivi. Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

    Użu ta’ karta ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija

    Użu ta’ tip ieħor ta’ karta tal-identifikazzjoni bħal passaport jew liċenzja tas-sewqan

    Lista tal-persuni awtorizzati użata mill-membri tal-persunal (tas-sigurtà)

    Awtorizzazzjoni elettronika, eż. bl-użu ta’ ċippa

    Distribuzzjoni ta’ ċwievet jew kodiċi ta’ aċċess biss lill-membri awtorizzati tal-persunal

    Oħrajn, speċifika

     

    5.2.   

    Il-punti kollha tal-aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli huma taħt sigurtà? Dawn jinkludu l-punti tal-aċċess li mhumiex f’użu permanenti u punti li normalment ma jintużawx bħala punti tal-aċċess, bħat-twieqi

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif inhuma dawn il-punti taħt sigurtà? Spjega u ddeskrivi. Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

    Preżenza tal-membri tal-persunal tas-sigurtà

    Sistemi ta’ kontroll elettroniku għall-aċċess li jippermettu aċċess lil persuna waħda biss fl-istess ħin

    Barrikati, eż. kontraporti jew serraturi

    Sistema ta’ CCTV

    Sistema ta’ sejbien ta’ intrużi

     

    5.3.   

    Hemm miżuri addizzjonali biex itejbu s-sigurtà tal-bini b’mod ġenerali?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, spjega u ddeskrivi x’inhuma

    Ċnut jew barrikati

    Sistema ta’ CCTV

    Sistema ta’ sejbien ta’ intrużi

    Sorveljanza u patrols

    Oħrajn, speċifika

     

    5.4.   

    Il-bini huwa magħmul minn kostruzzjoni solida?

    IVA jew LE

     

    5.5.   

    Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-entità huma biżżejjed sabiex jevitaw aċċess mhux awtorizzat għal dawk il-partijiet tas-sit u l-bini fejn tiġi pproċessata jew maħżuna l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 6

    Il-produzzjoni

    Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess ta’ produzzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

    L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni.

    6.1.   

    L-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

     

    6.2.   

    Il-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

     

    6.3.   

    Jeżistu kontolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-produzzjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    6.4.   

    Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-entità huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati tul il-produzzjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 7

    L-ippakkjar

    Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-ippakkjar. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

    L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar huwa kkontrollat u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju. Hemm bżonn li l-prodotti lesti kollha jiġu vverifikati qabel ma jiġu ppakkjati.

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar.

    7.1.   

    L-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

     

    7.2.   

    Il-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

     

    7.3.   

    Jeżistu kontolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-ippakkjar?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    7.4.   

    Iddeskrivi l-imballaġġ ta’ barra meta jkun lest:

    (a)   

    L-ippakkjar ta’ barra meta jkun lest huwa robust?

    IVA jew LE

     

    Iddeskrivi

     

    (b)   

    Meta jitlesta, l-imballaġġ ta’ barra juri li ma jkunx ġie mbagħbas?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi liema proċess jintuża biex jagħmilha evidenti li jkun sar tbagħbis fl-imballaġġ, pereżempju bl-użu ta’ siġilli nnumerati, timbri speċjali jew tejp tas-sigurtà, eċċ.

     

    Jekk LE, iddeskrivi x’miżuri ta’ protezzjoni jittieħdu biex jiżguraw l-integrità tal-kunsinni.

     

    7.5.   

    Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati matul l-ippakkjar?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 8

    Il-ħażna

    Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-ħażna. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

    L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħażna huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE waqt li jkun qiegħed jinħażen, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ħażna.

    8.1.   

    L-aċċess għaż-żona tal-ħażna huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

     

    8.2.   

    Meta tkun lesta u ppakkjata, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tinħażen b’mod sikur u jiġi ċċekkjat jekk kienx hemm tbagħbis?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru lesti u ppakkjati fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ikunu protetti minn kull interferenza u tbagħbis mhux awtorizzati.

     

    8.3.   

    Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati matul il-ħażna?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 9

    Il-bgħit

    Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-bgħit. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

    L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit.

    9.1.   

    L-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

     

    9.2.   

    Min għandu aċċess għaż-żona tal-bgħit? Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

    Impjegati tal-entità

    Sewwieqa

    Viżitaturi

    Kuntratturi

    Oħrajn (speċifika)

     

    9.3.   

    Il-proċess tal-bgħit huwa taħt sorveljanza?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

     

    9.4.   

    Jeżistu kontolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-bgħit?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, iddeskrivi

     

    9.5.   

    Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati matul il-proċess tal-bgħit?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 10

    Il-kunsinni minn sorsi oħra

    Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jiżguraw li l-merkanzija jew il-posta li ma jkunx oriġina hu, ma tintbagħatx għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

    KC3 jistgħa jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġina hu lil RA3 jew ACC3 sakemm:

    (a)

    ikunu separati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; kif ukoll

    (b)

    l-oriġini tkun indikata b’mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament.

    Il-kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati minn RA3 jew ACC3 qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.

    10.1.   

    L-entità taċċetta kunsinni ta’ merkanzija jew posta maħsuba għall-ġarr bl-ajru minn entità oħra?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif dawn il-kunsinni jinżammu separati mill-merkanzija jew il-posta tal-kumpanija nnifisha u kif inhuma identifikabbli għall-aġent/trasportatur regolat?

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

     

    PARTI 11

    It-trasportazzjoni

    Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul it-trasportazzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tiġi aċċettata mingħand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

    Matul it-trasportazzjoni, il-KC3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f’isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni jkunu ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta’ ACC3 jew RA3.

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE meta ttrasportat.

    11.1.   

    Kif tasal il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għand l-ACC3 jew l-RA3?

    (a)   

    It-trasport personali tal-entità vvalidata?

    IVA jew LE

     

    (b)   

    It-trasport ta’ RA3/ACC3?

    IVA jew LE

     

    (c)   

    Kuntrattur użat mill-entità vvalidata?

    IVA jew LE

     

    11.2.   

    Wara li tbagħbset, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ġiet ippakkjata b’mod evidenti?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif

     

    11.3.   

    Il-vettura tiġi ssiġġillata jew imsakkra qabel it-trasportazzjoni?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, kif

     

    11.4.   

    Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli jkun ikkontrollat u n-numri jiġu rreġistrati malli jinħarġu?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, speċifika kif

     

    11.5.   

    Jekk applikabbli, it-trasportatur rispettiv jiffirma d-dikjarazzjoni tat-trasport?

    IVA jew LE

     

    11.6.   

    Il-persuna li tittrasporta l-merkanzija ġiet soġġetta għal kontrolli speċifiċi ta’ sigurtà u taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni qabel ma ġiet awtorizzata tittrasporta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

    IVA jew LE

     

    Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi x’tipi ta’ kontrolli tas-sigurtà (verifika qabel l-impjieg, verifika tal-isfond, eċċ.) u x’tip ta’ taħriġ (taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tas-sigurtà, eċċ.)

     

    11.7.   

    Konklużjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

    IVA jew LE

     

    Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

     

    Kummenti mill-entità

     

    Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    PARTI 12

    Il-konformità

    Objettiv: Wara li jivvaluta l-ħdax-il parti preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika fuq is-sit tiegħu tikkonfermax l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sigurtà f’konformità mal-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE.

    Huma possibbli żewġ xenarji differenti. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità:

    (a)

    irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata r-rapport ta’ validazzjoni oriġinali u jiddikjara li l-entità hija nnominata speditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3);

    (b)

    ma rnexxilhiex tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. F’dak il-każ, l-entità ma tkunx awtorizzata li tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru f’destinazzjoni tal-UE/ŻEE għand ACC3 jew RA3 mingħajr ma l-ewwel tiġi skrinjata minn parti awtorizzata. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll kompluta li tgħid x’inhuma n-nuqqasijiet.

    B’mod ġenerali, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiddeċiedi jekk il-merkanzija u l-posta ġestiti mill-entità vvalidata humiex ġestiti b’tali mod li fil-mument meta jaslu għand ACC3 jew RA3 jistgħux jitqiesu li huma sikuri biex imorru fl-UE/ZEE skont ir-regolamenti applikabbli tal-Unjoni.

    Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jżomm f’moħħu li l-valutazzjoni hija bbażata fuq metodoloġija ta’ konformità globali abbażi tal-objettivi.

    12.1.   

    Konklużjoni ġenerali:

    Valutazzjoni (u notifika)

    (immarka l-kelma li tapplika)

    Jekk tkun “SUFFIĊJENZA”, l-entità għandha tiġi kkunsidrata nominata bħala speditur magħruf u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz (KC3).

    Suffiċjenza/Insuffiċjenza

    Meta l-valutazzjoni ġenerali twassal għal insuffiċjenza, elenka hawn taħt il-partijiet fejn il-kunsinnatur jonqos milli jilħaq l-istandard ta’ sigurtà meħtieġ jew għandu vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

    Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

     

    Kummenti mill-entità

     

    L-isem tal-validatur:

    Data:

    Firma:

    ANNESS

    Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

    Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.

    L-isem tal-entità

    L-isem tal-persuna ta’ kuntatt

    Data taż-żjara/intervista

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (***)  ĠU L 324, 22.11.2012, p. 25.”"

    3.

    Id-Dokumenti mehmuża li ġejjin jiddaħħlu wara d-Dokument mehmuż 6-H1:

    DOKUMENT MEHMUŻ 6-H2

    DIKJARAZZJONI TA’ IMPENJI - AĠENTI REGOLATI MINN PAJJIŻI TERZI LI HUMA VVALIDATI SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE (RA3)

    F’isem [l-isem tal-RA3] jien nieħu nota ta’ dan li ġej:

    Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih.

    [L-isem tal-RA3] jista’ jiġi nnominat biss bħala “aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE” (RA3) ġaladarba tkun tlestiet validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE b’suċċess u b’“SUFFIĊJENZA” minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE elenkat fil-bażi ta’ dejta tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa.

    Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tal-RA3] bħala RA3 li diġà nkisbet minn dan il-bini, liema rtirar se jipprevjeni lil [l-isem tal-RA3] milli jwassal merkanzija jew posta bl-ajru taħt sigurtà fid-destinazzjoni tal-UE/taż-ŻEE għand ACC3 jew RA3 ieħor.

    Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għaldaqstant għandu jiskadi mhux aktar tard minn ….

    F’isem [l-isem tatl-RA3] jien niddikjara li:

    (a)

    [l-isem tal-RA3] jaċċetta li tittieħed azzjoni ta’ segwitu xierqa bil-għan li jiġu mmonitorjati l-istandards ikkonfermati mir-rapport.

    (b)

    Kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet ta’ [l-isem tal-RA3] li ma tkunx tirrikjedi validazzjoni sħiħa mill-ġdid għandha tiġi nnotata fir-rapport oriġinali billi tiżdied l-informazzjoni, filwaqt li l-informazzjoni preċedenti titħalla viżibbli. Dan jista’ jikkonċerna l-bidliet li ġejjin:

    (1)

    ir-responsabbiltà globali għas-sigurtà tiġi assenjata lil kwalunkwe persuna minbarra l-persuna msemmija fil-punt 1.8 tad-Dokument Mehmuż 6-C2 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

    (2)

    kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li x’aktarx tħalli impatt sinifikanti fuq is-sigurtà.

    (c)

    [name of RA3] se jgħarraf lill-ACC3 u lill-RA3 li għandhom iwassal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jekk [name of RA3] iwaqqaf il-kummerċ, ma jibqax ikollu x’jaqsam ma’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma jkunx jista’ jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti vvalidati f’dan ir-rapport.

    (d)

    [l-isem tal-RA3] sejjer iżomm il-livell tas-sigurtà kkonfermat f’dan ir-rapport bħala konformi mal-objettiv stabbilit fil-lista ta’ kontroll u, fejn xieraq, jimplimenta u japplika kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi nnominat bħala RA3 fejn l-istandards tas-sigurtà jkunu ġew identifikati bħala insuffiċjenti, sakemm issir il-validazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ta’ [l-isem tal-RA3].

    F’isem [l-isem tal-RA3] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

    Isem:

    Il-kariga fil-kumpanija:

    Data:

    Firma:

    DOKUMENT MEHMUŻ 6-H3

    DIKJARAZZJONI TA’ IMPENJI – SPEDITUR MAGĦRUF MINN PAJJIŻ TERZ LI HU VVALIDAT SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE (KC3)

    F’isem [l-isem tal-KC3] jien nieħu nota ta’ dan li ġej:

    Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE (****). fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih (*****).

    [L-isem tal-KC3] jista’ jiġi nnominat biss bħala “speditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE” (KC3) ġaladarba tkun tlestiet validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE b’suċċess u b’“SUFFIĊJENZA” minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE elenkat fil-bażi ta’ dejta tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa.

    Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tal-KC3] bħala KC3 li diġà nkisbet minn dan il-bini, liema rtirar se jipprevjeni lil [l-isem tal-KC3] milli jwassal merkanzija jew posta bl-ajru taħt sigurtà fid-destinazzjoni tal-UE/taż-ŻEE għand ACC3 jew għand aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3).

    Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għaldaqstant għandu jiskadi mhux aktar tard minn ….

    F’isem [l-isem tal-KC3] jien niddikjara li:

    (a)

    [l-isem tal-KC3] jaċċetta li tittieħed azzjoni ta’ segwitu xierqa bil-għan li jiġu mmonitorjati l-istandards ikkonfermati mir-rapport.

    (b)

    Kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet ta’ [l-isem tal-KC3] li ma tkunx tirrikjedi validazzjoni sħiħa mill-ġdid għandha tiġi nnotata fir-rapport oriġinali billi tiżdied l-informazzjoni, filwaqt li l-informazzjoni preċedenti titħalla viżibbli. Dan jista’ jikkonċerna l-bidliet li ġejjin:

    (1)

    ir-responsabbiltà globali għas-sigurtà tiġi assenjata lil kwalunkwe persuna minbarra l-persuna msemmija fil-punt 1.9 tad-Dokument Mehmuż 6-C4 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

    (2)

    kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li x’aktarx tħalli impatt sinifikanti fuq is-sigurtà.

    (c)

    [l-isem tal-KC3] se jgħarraf lill-ACC3 u lill-RA3 li għandhom iwassal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jekk [l-isem tal-KC3] iwaqqaf il-kummerċ, ma jibqax ikollu x’jaqsam ma’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma jkunx jista’ jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti vvalidati f’dan ir-rapport.

    (d)

    [l-isem tal-KC3] sejjer iżomm il-livell tas-sigurtà kkonfermat f’dan ir-rapport bħala konformi mal-objettiv stabbilit fil-lista ta’ kontroll u, fejn xieraq, jimplimenta u japplika kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi nnominat bħala KC3 fejn l-istandards tas-sigurtà jkunu ġew identifikati bħala insuffiċjenti, sakemm issir il-validazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ta’ [l-isem tal-KC3].

    F’isem [l-isem tal-KC3] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

    Isem:

    Il-kariga fil-kumpanija:

    Data:

    Firma:

    (****)  Ajruporti li jinsabu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, fil-Kroazja, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakja, fis-Slovenja, fi Spanja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Islanda, fin-Norveġja u fl-Isvizzera."

    (*****)  Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 859/2011 u (UE) Nru 1082/2012.”"



    Top