This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1141
Commission Regulation (EU) No 1141/2011 of 10 November 2011 amending Regulation (EC) No 272/2009 supplementing the common basic standards on civil aviation security as regards the use of security scanners at EU airports Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal- 10 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal- 10 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1141/2011
tal-10 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Anness,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-istandards bażiċi komuni stabbiliti fl-Anness għal dak ir-Regolament billi tissupplimentahom. |
(2) |
L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, kif issupplimentati bil-miżuri ġenerali adotatti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 4(2). |
(3) |
B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (2) li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, jistipula miżuri ġenerali fir-rigward ta’ metodi ta’ skrinjar permessi għall-passiġġieri kif stipulat fit-Taqsima A tal-Anness tiegħu. |
(4) |
L-iscanners tas-sigurtà huma metodu effikaċi għall-iskrinjar tal-passiġġieri u l-użu tagħhom għandu jkun awtorizzat fl-ajruporti tal-UE billi jiżdiedu mal-lista ta’ metodi permessi għall-iskrinjar. |
(5) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Reċentement Identifikati (SCENIHR) tagħha biex jivvaluta l-effetti possibbli tal-iscanners tas-sigurtà li jużaw radjazzjoni jonizzanti għas-saħħa tal-bniedem. Mingħajr ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (3) u d-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (4), f’dan l-istadju, sabiex ikunu ssalvagwardjati s-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini, scanners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti biss żdiedu mal-lista ta’ metodi permessi għall-iskrinjar tal-passiġġieri għal skopijiet ta’ sigurtà tal-avjazzjoni. |
(6) |
L-użu ta’ scanners tas-sigurtà għandu jkun suġġett għal regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi li jippermettu l-użu ta’ dan il-metodu ta’ skrinjar, individwalment jew f’kombinazzjoni, bħala mezz primarju jew sekondarju u skont kundizzjonijiet definiti stipulati biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ drittijiet fundamentali. Dawn għandhom ikunu adottati separatament skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. |
(7) |
Dan ir-Regolament, flimkien mar-regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, billi jistabbilixxu kundizzjonijiet operazzjonali speċifiċi dwar l-użu tal-iscanners tas-sigurtà u billi jipprovdu lill-passiġġieri bil-possibbiltà li jużaw metodi ta’ skrinjar alternattivi, jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal-libertà tar-reliġjon u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji. |
(8) |
Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib flimkien mal-industrija u l-Istati Membri sabiex tiżgura li fl-ajruporti tal-UE jkunu introdotti malajr kemm jista’ jkun scanners tas-sigurtà bbażati fuq individwazzjoni awtomatika ta’ theddid biss, sabiex ma jibqax ikun meħtieġ li eżaminatur uman janalizza l-immaġnijiet. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 272/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.
(4) ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.
ANNESS
Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tat-Taqsima A tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 272/2009, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:
“(f) |
scanners tas-sigurtà li ma jużax radjazzjoni jonizzanti”. |