This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0208
Commission Regulation (EU) No 208/2011 of 2 March 2011 amending Annex VII to Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council and Commission Regulations (EC) No 180/2008 and (EC) No 737/2008 as regards lists and names of EU reference laboratories Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011 tat- 2 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011 tat- 2 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 58, 3.3.2011, pp. 29–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
23/09/2011
|
3.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 208/2011
tat-2 ta’ Marzu 2011
li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(iv) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare (2) tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-ħidmiet, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin. Il-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-ikel u l-għalf huma mniżżla fil-Parti I u dawk għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin huma mniżżla fil-Parti II tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments(AFSSA) bil-laboratorji ta’ riċerka tagħha għall-patoloġija u ż-żoonożi tal-annimali u għall-patoloġija u l-mard tal-ekwini, fi Franza, hija b’dan innominata bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel. |
|
(3) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments(AFSSA) hija b’dan innominata bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal mard tar-rabja. |
|
(4) |
Franza u d-Danimarka infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni bit-tibdiliet relatati mal-isem tal-laboratorji msemmija f’dawk ir-Regolamenti. Barra minn hekk, wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, il-laboratorji msemmija fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, dawk li qabel kienu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Komunità’ għandhom issa jiġu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (UE)’. |
|
(5) |
Huwa importanti li l-lista ta’ laboratorji ta’ referenza stabbilita fir-Regolamenti (KE) Nru 882/2004, (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 tinżamm aġġornata. Għalhekk dawk ir-Regolamenti għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fir-Regolament (KE) Nru 180/2008, l-Artikolu 1 jinbidel b’li ġej:
‘Artikolu 1
1. L-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) bil-laboratorji tagħha għas-saħħa tal-annimali u għall-mard tal-ekwini, fi Franza hija b’dan innominata bħala l-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel mill-1 ta Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2013.
2. Il-funzjonijiet, ħidmiet u l-proċeduri rigward il-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dijanjosi ta’ mard li jittieħed tal-equidae fl-Istati Membri tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.’
Artikolu 3
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 737/2008, huwa mibdul b’dan li ġej:
“Il-Laboratoire de la rage et de la faune sauvage de Nancy tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), fi Franza huwa b’dan innominat bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tar-rabja mill-1 ta Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2013.”
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:
“ANNESS VII
LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-UNJONI EWROPEA (UE)
(Qabel imsejħa bħala ‘LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITÀ’)
I. LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-UE GĦALL-GĦALF U L-IKEL
1. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
|
ANSES — Laboratoire de sécurité des aliments |
|
Maisons-Alfort |
|
France |
2. Laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella)
|
Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM) |
|
Bilthoven |
|
The Netherlands |
3. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-monitoraġġ tal-biotossini marini
|
Agencia Española de Seguridad Alimentaria (AESA) |
|
Vigo |
|
Spain |
4. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi
|
The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (Cefas) |
|
Weymouth |
|
United Kingdom |
5. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għal-Listeria monocytogenes
|
ANSES - Laboratoire de sécurité des aliments |
|
Maisons-Alfort |
|
France |
6. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-iStaphylococci Koagulażi-pożittivi, inkluż l-iStaphylococccus aureus
|
ANSES - Laboratoire de sécurité des aliments |
|
Maisons-Alfort |
|
France |
7. Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Escherichia coli, inkluż il-Verotoxigenic E. coli(VTEC)
|
Istituto Superiore di Sanità (ISS) |
|
Roma |
|
Italy |
8. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Campylobacter
|
Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA) |
|
Uppsala |
|
Sweden |
9. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis)
|
Istituto Superiore di Sanità (ISS) |
|
Roma |
|
Italy |
10. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għar-reżistenza antimikrobika
|
Fødevareinstituttet |
|
Danmarks Tekniske Universitet |
|
København |
|
Denmark |
11. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-proteini tal-annimali fl-għalf
|
Centre wallon de recherches agronomiques (CRA-W) |
|
Gembloux |
|
Belgium |
12. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għar-residwi mill-mediċini veterinarji u kontaminanti fl-ikel li joriġina mill-annimali
|
(a) |
Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A(1), (2), (3) u (4), il-Grupp B 2(d) u l-Grupp B 3(d) tad-Direttiva 96/23/KE:
|
|
(b) |
Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B (1) u B (3)(e) tad-Direttiva 96/23/KE u l-carbadox u l-olaquindox:
ANSES – Laboratoire de Fougères France |
|
(c) |
Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A (5) u il-Grupp B (2)(a), (b), (e) tad-Direttiva 96/23/KE:
|
|
(d) |
Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B (3)(c) tad-Direttiva 96/23/KE:
|
13. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs)
Il-laboratorju msemmi fl-Anness X, il-Kapitolu B tar-Regolament (KE) Nru 999/2001:
|
The Veterinary Laboratories Agency |
|
Addlestone |
|
United Kingdom |
14. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għal addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali
Il-laboratorju msemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu f’nutriment għall-annimali (1):
|
The Joint Research Centre of the European Commission |
|
Geel |
|
Belgium |
15. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs)
Il-laboratorju msemmi fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (2):
|
The Joint Research Centre of the European Commission |
|
Ispra |
|
Italy |
16. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-materjal maħsub biex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel
|
The Joint Research Centre of the European Commission |
|
Ispra |
|
Italy |
17. Laboratorji ta’ referenza tal-UE għar-residwi mill-pestiċidi
|
(a) |
Ċereali u għalf:
|
|
(b) |
Ikel li joriġina mill-annimali u prodotti b’kontenut ta’ xaħam għoli:
|
|
(c) |
Frott u ħaxix, inklużi l-prodotti għall-użu fid-dar b’kontenut għoli ta’ ilma u kontenut għoli ta’ aċdu:
|
|
(d) |
Metodi għal residwi singoli:
|
18. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel
|
The Joint Research Centre of the European Commission |
|
Geel |
|
Belgium |
19. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Mycotoxins
|
The Joint Research Centre of the European Commission |
|
Geel |
|
Belgium |
20. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi (PAH)
|
The Joint Research Centre of the European Commission |
|
Geel |
|
Belgium |
21. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għad-dijossini u l-PCBs fl-għalf u fl-ikel
|
Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg |
|
Freiburg |
|
Germany |
II. LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-UE GĦAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI U ANNIMALI ĦAJJIN
1. Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għad-deni klassiku tal-ħnieżer
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (3).
2. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda Afrikana taż-żwiemel
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (4).
3. Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-influwenza tat-tjur
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (5).
4. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda Newcastle
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (6).
5. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda vesikulari tal-ħnieżer
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi relatati mal-marda vesikulari tal-ħnieżer (7).
6. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-ħut
|
Veterinærinstituttet |
|
Afdeling for Fjerkræ, Fisk og Pelsdyr |
|
Danmarks Tekniske Universitet |
|
Aarhus |
|
Denmark |
7. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-molluski
|
Ifremer – Institut français de recherche pour l’exploitation de la mer |
|
La Tremblade |
|
France |
8. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqima kontra r-rabja
Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KEE tal-20 ta’ Marzu 2000 li tinnomina istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqima kontra r-rabja (8).
9. Laboratorju ta’ referenza għall-UE għall-bluetongue
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (9).
10. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u temenda d-Direttiva 92/119/KEE dwar il-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (10).
11. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għaż-żooteknika
Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li taħtar il-korp ta’ referenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura [għat-tnissil] tal-ispeċi tal-bovini (11).
12. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (12).
13. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-bruċellożi
|
ANSES – Laboratoire de santé animale |
|
Maisons-Alfort |
|
France |
14. Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għal mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel
|
ANSES – Laboratoire de santé animale/Laboratoire de pathologie équine |
|
Maisons-Alfort |
|
France |
15. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-krustaċji
|
Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas) |
|
Weymouth |
|
United Kingdom |
16. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għar-rabja
|
ANSES – Laboratoire de la rage et de la faune sauvage de Nancy |
|
Malzeville |
|
France |
17. Laboratorju ta’ referenza tal-UE għat-tuberkolożi tal-ifrat
|
VISAVET - Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid |
|
Madrid |
|
Spain” |
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(3) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.
(4) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.
(5) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(7) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.
(8) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
(9) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(10) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.