EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0151

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2011 tat- 18 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tjur imrobbija fl-irziezet Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 46, 19.2.2011, p. 17–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/151/oj

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2011

tat-18 ta’ Frar 2011

li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tjur imrobbija fl-irziezet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman.

(2)

Il-Kapitolu VII tat-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fuq tjur imrobbija fl-irziezet u fuq laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti huwa li t-tjur imrobbija fl-irziezet jew il-laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet li jiġi spezzjonat ikun akkumpanjat minn ċertifikat li jikkonforma ma’ wieħed mill-kampjuni inklużi fil-Kapitolu X ta’ dik it-Taqsima.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2) jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu joqtlu għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u ċerti mammali tad-dwiefer mgħawġa mrobbija fl-irziezet fil-post tal oriġini bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, dawk il-kundizzjonijiet jinkludi li l-annimali li jinqatlu għandhom ikunu akkumpanjati fil-biċċerija minn dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun rabba l-annimali u minn ċertifikat maħruġ u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat. Iċ-ċertifikat li jinħareġ u jiġi ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat huwa biex jafferma, inter alia, li l-qtil u l-iżvinar tal-annimal ikun sar b’mod xieraq u l-ħin u d-data tal-qtil.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2011 (3) jippermetti li f’ċerti każijiet, l-affermazzjoni tal-qtil u l-iżvinar xieraq tal-annimal u l-ħin u data tal-qtil jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel.

(5)

F’tali każijiet, huwa xieraq li jiġi stipulat li l-veterinarju uffiċjali jew approvat iwettaq kontrolli regolari fuq il-prestazzjoni tal-persuni li joqtlu u jiżvinaw l-annimali. Il-Kapitolu VII tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Barra minn hekk, kampjun ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-annimali li jinqatlu fl-azjenda huwa inkluż fil-Parti B tal-Kapitolu X tat-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004. Dak il-kampjun ta’ ċertifikat tas-saħħa jinkludi wkoll annotazzjonijiet li jiċċertifikaw li l-qtil u l-iżvinar ikun sar b’mod xieraq. Għal każijiet, fejn issir tali ċertifikazzjoni fid-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiġi provdut kampjun ġdid ta’ ċertifikat tas-saħħa.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  OJ L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  OJ L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  Ara paġna 14 ta’ dan Il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

It-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-Parti A tal-Kapitolu VII hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 4 jeħodlu post dan li ġej:

“4.

Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti A, għandu jakkumpanja l-annimali ħajjin li jiġu spezzjonati fl-azjenda. Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti B, għandu jakkumpanja l-annimali li jiġu spezzjonati u maqtulin fl-azjenda. Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti C, għandu jakkumpanja l-annimali spezzjonati u maqtulin fl-azjenda, skont il-punt 3a tat-Taqsima III tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

(b)

jiżdied il-punt 5 li ġej:

“5.

Meta l-awtorità kompetenti tawtorizza li l-operatur tan-negozju tal-ikel jista' jafferma l-qtil u l-iżvinar xieraq tal-annimali, il-veterinarju uffiċjali jew approvat għandu jwettaq kontrolli regolari fuq il-prestazzjoni tal-persuna li twettaq il-qtil u l-iżvinar.”

(2)

Fil-Kapitolu X, tiżdied il-Parti C li ġejja:

“C.   KAMPJUN TA' ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL TJUR IMROBBIJA FL-IRZIEZET LI JINQATLU FL-AZJENDA skont il-punt 3a tat-Taqsima III tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Image Test ta 'immaġni

Top