EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1187

1187/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2005 tat- 22 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi tal-kontabilità biex jiġi determinat id-dħul tal-azjendi agrikoli

ĠU L 193, 23.7.2005, p. 20–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 213–216 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1187/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

213


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1187/2005

tat-22 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi tal-kontabilità biex jiġi determinat id-dħul tal-azjendi agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (2) jistipula, għal kull Stat Membru, il-limitu massimu tad-daqs ekonomiku tal-azjendi tal-kontabilità li jaqgħu taħt il-qasam tal-istħarriġ tan-netwerk tal-informazzjoni tal-kontabilità agrikola.

(2)

Fil-każ tal-Ġermanja, it-tibdil strutturali wassal għal tnaqqis fin-numru tal-iżgħar azjendi u fil-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-prodott agrikolu totali. Dan wassal biex l-użu tagħhom fl-istħarriġ dwar l-aktar parti rilevanti tal-attività agrikola ma huwiex aktar neċessarju. Huwa għalhekk indikat li l-limitu massimu jiżdied minn 8 UDE (Unita' ta' Dimensjoni Ewropea) għal 16 UDE.

(3)

Fil-każ ta' Ċipru, il-limitu li kien inizjalment ta' 1 UDE għandu jiżdied għal 2 UDE, għaliex l-azjendi b'daqs ekonomiku iżgħar minn 2 UDE jirrappreżenta biss 7 % tal-marġini gross totali standard. L-aktar parti rilevanti tal-attività agrikola tista' għalhekk tkun koperta b'limitu massimu li jeskludi l-azjendi ż-żgħar.

(4)

In-numru ta' azjendi tal-kontabilità għal kull Stat Membru li għandhom jingħażlu bid-diviżjoni huwa stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82. Fil-każ ta' Spanja, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja, in-numru ta' azjendi tal-kontabilità baqa' l-istess għal żmien twil minkejja li kien hemm tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' azjendi. It-tnaqqis kien akkumpanjat minn żieda fl-uniformità tal-azjendi, li hija b'tali mod li tgħin biex tintlaħaq rappreżentanza sodisfaċenti fuq bażi ta' kampjun iżgħar minn dak attwali. Minħabba dan it-tibdil strutturali n-numru ta' azjendi tal-kontabilità li jridu jingħażlu fi Spanja, l-Italja, il-Portugall u l-Finlandja jista' jitnaqqas. Madankollu, għal xi diviżjonijiet fi Spanja u fl-Italja n-numru għandu jiżdied bħala riżultat ta' metodoloġiji mtejba ta' statistika użati għas-selezzjoni.

(5)

In-numru ta' azjendi tal-kontabilità f'Malta għandu jkun rivedut fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida dwar l-istruttura agrikola tagħha.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk ta' Informazzjoni dwar il-Kontabilità tal-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Għas-sena tal-kontijiet 2006 (perjodu ta' 12-il xahar konsekuttiv li jibda bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-1 ta' Lulju 2006) u għas-snin tal-kontijiet sussegwenti, il-limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 79/65/KEE fl-UDE għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju: 16 UDE

Ir-Repubblika Ċeka: 4 UDE

Id-Danimarka: 8 UDE

Il-Ġermanja: 16 UDE

L-Estonja: 2 UDE

Il-Greċja: 2 UDE

Spanja: 2 UDE

Franza: 8 UDE

L-Irlanda: 2 UDE

L-Italja: 4 UDE

Ċipru: 2 UDE

Il-Latvja: 2 UDE

Il-Litwanja: 2 UDE

Il-Lussemburgu: 8 UDE

L-Ungerija: 2 UDE

Malta: 8 UDE

L-Olanda 16 UDE

L-Awstrija: 8 UDE

Il-Polonja: 2 UDE

Il-Portugall: 2 UDE

Is-Slovenja: 2 UDE

Is-Slovakkja: 6 UDE

Il-Finlandja: 8 UDE

L-Iżvezja: 8 UDE

Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta' Fuq): 16 UDE

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq biss): 8 UDE.”

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 205, 13.7.1982, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2203/2004 (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 36).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-parti li tikkonċerna lil Spanja tinbidel b'dan li ġej:

“SPANJA

500

Galicia

480

505

Asturias

270

510

Cantabria

190

515

País Vasco

250

520

Navarra

370

525

La Rioja

260

530

Aragón

739

535

Cataluña

710

540

Illes Balears

182

545

Castilla y León

1 095

550

Madrid

194

555

Castilla-La Mancha

1 138

560

Comunidad Valenciana

626

565

Murcia

444

570

Extremadura

718

575

Andalucia

1 816

580

Canarias

224

Total għal Spanja

9 706 ”

(2)

Il-parti li tikkonċerna l-Italja tinbidel b'dan li ġej:

“L-ITALJA

221

Valle d'Aosta

279

222

Piemonte

1 159

230

Lombardia

923

241

Trentino

315

242

Alto Adige

308

243

Veneto

925

244

Friuli-Venezia Giulia

797

250

Liguria

500

260

Emilia-Romagna

1 145

270

Toscana

680

281

Marche

956

282

Umbria

678

291

Lazio

854

292

Abruzzo

826

301

Molise

462

302

Campania

682

303

Calabria

882

311

Puglia

988

312

Basilicata

1 087

320

Sicilia

1 306

330

Sardegna

1 248

Total għall-Italja

17 000 ”

(3)

Il-parti li tikkonċerna lil Malta tinbidel b'dan li ġej:

“780

MALTA

400 ”

(4)

Il-parti li tikkonċerna l-Awstrija tinbidel b'dan li ġej:

“660

L-AWSTRIJA

1 800 ”

(5)

Il-parti li tikkonċerna l-Portugall tinbidel b'dan li ġej:

“IL-PORTUGAL

610

Entre Douro e Minho e Beira Litoral

670

620

Trás-os-Montes e Beira Interior

563

630

Ribatejo e Oeste

351

640

Alentejo e Algarve

399

650

Açores e Madeira

317

Total għall-Portugall

2 300 ”

(6)

Il-parti li tikkonċerna l-Finlandja tinbidel b'dan li ġej:

“IL-FINLANDJA

670

Etelä-Suomi

537

680

Sisä-Suomi

237

690

Pohjanmaa

229

700

Pohjois-Suomi

147

Total għall-Finlandja

1 150 ”


Top