Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0070

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/70/KE tat-28 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-KomunitàTest b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 127, 29.4.2004, p. 97–103 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/70/oj

    32004L0070



    Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0097 - 0103


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/70/KE

    tat-28 ta' April 2004

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 20 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jirreferi għall-Anness ma' dan l-Att li fih addattamenti għall-acquis meħtieġa bl-adeżjoni. Madankollu, fil-prinċipju l-Anness II iqis biss l-addattamenti għall-atti adottati qabel id-data tal-waqfien tan-negozjati għall-adeżjoni, jiġifieri l-1 ta' Novembru 2002.

    (2) Madankollu, huwa meħtieġ li jsiru addattamenti addizzjonali ma' l-acquis, b'mod partikolari rigward l-atti adottati wara din id-data kif ukoll għall-atti li ma setgħux jiġu inklużi fl-Anness II jew li, minħabba ċ-ċirkostanzi mibdula, jeħtieġu addattamenti ġodda.

    (3) Id-Direttiva 2000/29/KE kienet emendata f'numru ta' okkażjonijiet wara l-1 ta' Novembru 2002 rigward ċerti disposizzjonijiet li kienu addattati bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    (4) Bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, il-Lituwanja kienet konċessa l-istatus ta' żona protetta rigward il-virus nekrotiku BEET tal-vina safra għal perjodu limitat taż-żmien li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2006. Huwa approprjat li jiġi emendat it-test ta' l-Anness VI għalbiex jirrifletti l-bidliet magħmula bl-Att ta' l-Adeżjoni.

    (5) Bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, il-Lituwanja, is-Slovenja u s-Slovakkja kienu konċessi l-istatus ta' żona protetta rigward il-Globodera pallida (Stone) Behrens għal perjodu limitat taż-żmien li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2006. Huwa approprjat li jiġi emendat it-test ta' l-Anness VI għalbiex jirrifletti l-bidliet magħmula bl-Att ta' l-Adeżjoni.

    (6) Bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, Malta kienet konċessa l-istatus ta' żona protetta rigward il-virus Citrus tristeza (tar-razez Ewropej) safra għal perjodu limitat taż-żmien li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2006. Huwa approprjat li jiġi emendat it-test ta' l-Anness VI għalbiex jirrifletti l-bidliet magħmula bl-Att ta' l-Adeżjoni.

    (7) Fl-interess taċ-ċarezza huwa approprjat li wħud mill-emendi magħmula mill-1 ta' Novembru 2002 jiġu magħquda f'test wieħed. Għandu jingħata perjodu approprjat taż-żmien lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw dawk id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li ma jirriflettux il-leġislazzjoni eżistenti.

    (8) Id-Direttiva 2000/29/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

    (9) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2000/29/KE hija emendata kif ġej:

    1. L-Annessi I, II, III u IV jiġu emendati skond l-Anness I ma' din id-Direttiva.

    2. Il-Parti B ta' l-Anness IV jiġi emendat skond l-Aness II ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sa l-1 ta' Ġunju 2004. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-disposizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ bla ħsara għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 169, tal-10.7.2000, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE (ĠU L. 85, tat- 23.3.2004, pġ. 18).

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    L-Annessi I, II, III u IV mad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:

    1. Fil-Parti B ta' l-Anness I, il-punt 1 ta' taħt l-intestatura (b) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. Il-Virus nekrotiku Beet tal-vina safra | DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)" |

    2. Fil-Parti B ta' l-Anness II, il-punt 2 ta' taħt l-intestatura (b) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "2. L-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. | Il-Partijiet tal-pjanti, għajr għall-frott, iż-żrieragħ u l-pjanti maħsuba għat-taħwil, imma jinkludu l-pollen ħaj għall-pollinazzjoni ta' l-Amelanchier Med., il-Chaenomeles Lindl., il-Cotoneaster Ehrh., il-CrataegusL., il-Cydonia Mill., l-Eriobotrya Lindl., il-Malus Mill., il-Mespilus L., Il-Photinia davidiana (Dcne.) il-Cardot, il-Pyracantha Roem., il-Pyrus L. u s-Sorbus L. | E, F (il-Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; l-Apulia; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna "E, F (il-Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Ligurja; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia; Sardinia; Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento, it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto: għajr fil-provinċja ta' Rovigo, il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontechhio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u. fil-provinċja ta' Padova, il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-proginċja ta' Verona il-komuni Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), LV, LT, A (il-Burgenland, il-Carinthia, l-Awstrija ta' Isfel, it-Tirol (i-distrett amministrattiv ta' Lienz), is-Styria, Vienna), P, SI, SK, FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Isle of Man u l-Gæejjer Channel)"" |

    3. Il-Parti B ta' l-Anness II jiġi emendat kif ġej:

    (a) il-punt 1 jiġi mibdul b'li ġej:

    "1.Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet li japplikaw għall-pjanti elenkati fl-Anness IIIA(9), (9.1). (18), meta approprjat,għall-pollinazzjoni ta': l-., il-., il-L., il-Cydonia Mill., l-Eriobotrya Lindl., il-Malus Mill., il-Mespilus L., -il-., il-. u s-., għajr għall-frott u ż-żrieragħ,li joriġinaw fil-pajjiżi terzi għajr għal dawk ta' l-Isvizzera u għal dawk magħrufa li huma ħielsa mill- (Burr.). al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2), jewli fihom ġew stabbiliti żoni ħielsa mill-insetti u d-dud ta' ħsara fejn għandha x'taqsam l- (.). skond l-I rilevanti Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji u magħrufa bħala ta' hekk skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) | E, F (il-Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; l-Apulia; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; Sardinia; Sqallija; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento, it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto: għajr għal, fil-provinċja ta' Rovigo, il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona l-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), LV, LT, A (il-Burgenland, il-Carinthia, l-Awstrija ta' Isfel, it-Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), is-Styria, Vienna), P, SI, SK, FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Isle of Man u l-Gæejjer Channel)" |

    (b) Il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "2.Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet li japplikaw għall-pjanti elenkati fl-Anness IIIA(9), (9.1). (18), meta proprjat għall-pollinazzjoni ta': il-Cotoneaster Ehrh. u l-Photinia davidiana (Dcne.) il-Cardot, u frott u żrieragħ oħra, li joriġinaw f'pajjiżi terzi għajr għal dawk magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2), jew li fihom ġew stabbiliti żoni ħielsa mill-insetti ta' ħsara fejn għandha x'taqsam l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond l-Istandard Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji u magħrufa bħala ta' hekk skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) | E, F (il-Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; l-Apulia; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; Sardinia; Sqallija; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento, it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto: għajr għal, fil-provinċja ta' Rovigo, il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u, fil-provinċja ta' Verona, il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), LV, LT, A (il-Burgenland, il-Carinthia, l-Awstrija ta' Isfel, it-Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), is-Styria, Vienna), P, SI, SK, FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Isle of Man u l-Gæejjer Channel)" |

    4. Il-Parti B ta' l-Anness IV tiġi emendata kif ġej:

    (a) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 20.1, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (b) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 20.2, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (ċ) il-punt 21 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "21.Il-Pjanti u l-pollen ħaj għall-pollinazzjoni ta': l-Amelanchier Med., il-Chaenomeles Lindl., il-Cotoneaster Ehrh., il-Crataegus L., il-Cydonia Mill., l-Eriobotrya Lindl., il-Malus Mill., il-Mespilus L., Il-Photinia davidiana (Dcne.) il-Cardot, il-Pyracantha Roem., il-Pyrus L. u s-Sorbus L., għajr għall-frott u ż-żrieragħ, | Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet li japplikaw għall-pjanti elenkati fl-Anness IIIA(9), (9.1). (18) u IIIB(1), meta approprjat, dikjarazzjoni uffiċjali illi: (a)il-pjanti li joriġinaw f'pajjiżi terzi magħrufa li huma ħielsa mill-Erwiniaamylovora (Burr.) Winsl. et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(b)il-pjanti li joriġinaw fiż-żoni ħielsa mill-insetti u d-dud ta' ħsara fil-pajjiżi terzi li ġew stabbiliti fejn għandha x'taqsam l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond l-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji u magħrufa bħala ta' hekk skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(ċ)il-pjanti li joriġinaw f'wieħed mid-distretti awtonomi (Cantons) li ġejjin ta' l-Isvizzera: Berna (bl-eċċezzjoni tad-distretti ta' Signau u Trachselwald), Fribourg, il-Grisons, it-Ticino, Vaud, Valais,jew(d)il-pjanti li joriġinaw fiż-żoni protetti elenkati fil-kolonna tan-naħa tal-lemin,jew(e)il-pjanti li kienu prodotti, jew, jekk imċaqalqa lejn "żona kuxxinett", miżmuma u mantenuti għal perjodu taż-żmien ta' mill-inqas 7 xhur inkluż il-perjodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru sa l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni, f'għalqa:aa)lokata mill-inqas 1 km 'il ġewwa mill-konfini ta' "żona kuxxinett" innominata uffiċjalment ta' mill-inqas 50 km2, fejn il-pjanti ospitaturi jkunu bla ħsara għal reġim ta' kontroll approvat u ssorveljat uffiċjalment stabbilit qabel il-bidu taċ-ċiklu kompletat tal-veġetazzjoni ta' qabel l-aħħar ċiklu komplet tal-vegetazzjoni bil-għan li jiġi mminimizzat ir-riskju li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. tinfirex mill-pjanti mkabbra hawnhekk. Id-dettalji tad-deskrizzjoni ta' din iż- "żona kuxxinett" għandhom jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri l-oħra. Ġaladarba tkun stabbilita din iż-"żona kuxxinett", għandhom jitwettqu spezzjonijiet uffiċjali fiż-żona li ma tkunx tikkomprendi l-għalqa u ż-żona ta' mad-dwar tagħha ta' 500 m wisa', mill-inqas darba mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni fl-iktar żmien approprjat, u l-pjanti kollha ospitaturi li juru s-sintomi ta' l-Erwinia amylovora (Burr. Winsl. et al. għandhom jitneħħew minnufih. Ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu forniti sa l-1 ta' Mejju ta' kull sena lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, ubb)li kienu approvati uffiċjalment, kif ukoll iż-"żona kuxxinett", qabel il-bidu taċ-ċiklu komplet tal-veġetazzjoni li jiġi qabel l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni, għall-kultivazzjoni tal-pjanti skond il-ħtiġiet stabbiliti d'dan il-punt, uċċ)li, kif ukoll iż-żona ta' mad-dwar ta' wisa' ta' mill-inqas 500 m, ikunu nstabu ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu komplet tal-vġetazzjoni, fl-ispezzjon uffiċjali mwettaq mill-inqas:darbtejn fl-għalqa fil-waqt l-iżjed approprjat, jiġifieri darba matul minn Ġunju sa Awissu u darba matul minn Awissu sa Novembru;udarba fiż-żona msemmija ta' mad-dwar fl-iktar żmien approprjat, jiġifieri matul minn Awissu sa Novembru, udd)li minnhom il-pjanti kienu ttestjati uffiċjalment għall-infezzjonijiet rieqda b'metodu tal-laboratorju approprjat fuq kampjuni meħuda fl-iktar perjodu approprjat taż-żmien.Bejn l-1 ta' April 2004 u l-1 ta' April 2005, dawn id-disposizzjonijet ma għandhomx japplikaw għall-pjanti mċaqalqa lejn u ġewwa ż-żoni protetti elenkati fil-kolonna fuq in-naħa tal-lemin li kienu prodotti u miżmuma fuq l-għeliwqi lokati fiż-"żoni kuxxinett" innominati uffiċjalment, skond il-ħtiġiet rilevanti li jkunu japplikaw qabel l-1 ta' April 2004. | E, F (il-Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; l-Apulia; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Ligurja; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia, Sardinia, Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento, it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto: għajr għal, fil-provinċja ta' Rovigo, il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u, fil-provinċja ta' Padova, il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u, fil-provinċja ta' Verona, il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), LV, LT, A (il-Burgenland, il-Carinthia, l-Awstrija ta' Isfel, it-Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), is-Styria, Vienna), P, SI, SK, FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Isle of Man u l-Gżejjer Channel)" |

    (d) il-punt 21.3 jiġi mibdul b'li ġej:

    "21.3mill-15 ta' Marzu u t-30 Ġunju, id-doqqajs | Għandu jkun hemm xiehda ddokumentata illi d-doqqajs: (a)joriġinaw f'pajjiżi terzi magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(b)joriġinaw f'wieħed mid-distretti awtonomi (Cantons) li ġejjin ta' l-Isvizzera: Berna (bl-eċċezzjoni tad-distretti ta' Signau u Trachselwald), Fribourg, il-Grisons, it-Ticino, Vaud, Valais,jew(ċ)joriġinaw fiż-żoni protetti elenkati fil-kolonna fuq in-naħa tal-lemin,jewd)ikunu għaddew minn miżura approprjata ta' kwarantina qabel ma jkun ġew imċaqalqa. | E, F (il-Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; l-Apulia; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; Sardinja; Sqallija; it-Toscana, l-Umbria; il-Valle d'Aosta; il-Veneto: għajr għal, fil-provinċja ta' Rovigo, il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u, fil-provinċja ta' Verona, il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), LV, LT, A (il-Burgenland, il-Carinthia, l-Awstrija ta' Isfel, it-Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), is-Styria, Vienna), P, SI, SK, FI, UK (l-Irlanda ta' Fuq, il-Isle of Man u l-Gżejjer Channel)" |

    (e) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 22, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (f) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 23, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (g) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 25, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (h) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 26, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (i) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 27.1, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (j) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 27.2, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (k) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 30, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Il-Parti B ta' l-Anness IV mad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat kif ġej:

    (a) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 20.1, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (b) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 20.2, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (ċ) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 20.3, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "LV, SI, SK, FI"

    (d) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 22, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (e) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 23, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (f) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 25, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (g) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 26, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (h) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 27.1, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (i) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 27.2, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (j) fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 30, it-test jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "DK, F (Brittany), FI, IRL, LT, P (l-Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)"

    (k) il-punt 31 jiġi mibdul b'li ġej:

    "31.Il-Frott taċ-Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibrdi tagħhom li joriġinaw fil-E, F (għajr għall-Corsica) u CY | Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li japplikaw għall-frott fl-Anness IV(A)(II)(30.1): (a)il-frott għandu jkun ħieles mill-weraq u l-pedunkuli; jew(b)fil-każ tal-frott bil-weraq u l-pedunkuli, dikjarazzjoni uffiċjali li l-frott huwa ppakkjat f'kontenituri magħluqa li ġew issiġillati uffiċjalment u għandhom jibqgħu ssiġillati matul it-trasport tagħhom minn ġo żona protetta, magħrufa għal dan il-frott, u għandu jġorr marka distintiva li trid tiġi rrappurtata fuq il-passaport. | EL, F (il-Corsica), I, M, P" |

    --------------------------------------------------

    Top