This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002L0084
Directive 2002/84/EC of the European Parliament and of the Council of 5 November 2002 amending the Directives on maritime safety and the prevention of pollution from ships (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuriTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuriTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53–58
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 324 , 29/11/2002 P. 0053 - 0058
Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Waqt li jaġixxu inkonformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], Billi: (1) Id-direttivi fis-seħħ fil-kamp tas-sigurtà marittima jagħmlu referenza għall-kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta' Settembru ta' l-1993 dwar il-ħtiġiet minimi għal bastimenti deħlin lejn jew ħerġin mill-portijiet Komunitarji u li jġorru merkanzija perikoluża jew li tniġġes [5] u, f'ċerti każijiet, lil kumitat ad hoc stabbilit bid-Direttiva pertinenti. Dawn il-kumitati kienu rregolati bir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta' Lulju ta' l-1987 li tistabbilixxi l-proċedura għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6], (2) Id-Deċiżjoni 87/373/KEE ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7]. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi fis-seħħ fil-kamp ta' sigurtà marittima għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002, li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) [8] jiċċentraliżża d-dmirijiet tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni Komuntarja pertinenti dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri u l-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-vapuri. (4) Id-Direttivi tal-Kunsill 93/75/KEE, 94/57/KE [9], 95/21/KE [10], 96/98/KE [11], 97/70/KE [12], 98/18/KE [13], 98/41/KE [14], 1999/35/KE [15], u d-Direttivi 2000/59/KE [16], 2001/25/KE [17] u 2001/96/KE [18] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-kamp tas-sigurtà marittima għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jissostitwixxu l-kumitati eżistenti permezz tas-COSS. (5) Id-Direttivi msemmija qabel għandhom ukoll jiġu emendati sabiex jiġu applikati lilhom proċeduri stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament imfassla sabiex jiffaċilitaw l-addattament tagħhom biex jieħdu kont tal-bidliet għall-istrumenti internazzjonali msemmija fil-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sigurtà marittima. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Iskop L-iskop ta' din id-Direttiva huw sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri u l-kondizzjonijiet ta' għixien u ħidma abbord il-vapuri: (a) billi tagħmel referenza għas-COSS; (b) billi tiġi aċċellerata u ffaċilitata l-emenda ta' din il-leġislazzjoni fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-istrumenti internazzjonali applikabbli fil-kamp tas-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri u l-kondizzjonijiet ta' għixien u ħidma abbord il-vapuri, skond ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002. Artikolu 2 Emenda għad-Direttiva 93/75/KEE Id-Direttiva 93/75/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2, il-punti (e), (f), (g), (h) u (i) għandhom jiġu sostitwiti b' li ġej: "(e) "Marpol 73/78"; ifisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri, 1973, kif emendata bil-Protokoll ta' l-1978 li tirrelata għaliha fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; (f) "Kodiċi IMDG"; tfisser il-Kodiċi Internazzjonali Marittimu ta' Merkanzija Perikoluża, fil-verżjoni aġġornata tagħha; (g) "Kodiċi IBC"; ifisser il-Kodiċi Internazzjonali ta' l-IMO għall-kostruzzjoni u t-tagħmir ta' vapuri li jġorru kimiċi perikolużi bl-ingrossa, fil-verżjoni aġġornata tagħha; (h) "Kodiċi IGC"; ifisser il-Kodiċi Internazzjonali ta' l-IMO għall-kostruzzjoni u t-tagħmir ta' vapuri li jġorru gassijiet likwifikati bl-ingrossa, fil-verżjoni aġġornata tagħha; (i) "Kodiċi INF"; ifisser il-kodiċi IMO għat-trasport sikur ta' karburant nukleari irradjat, plutonju u skart radjoattiv ta' livell għoli fi fjasketti abbord vapuri, fil-verżjoni aġġornata tagħha"; 2. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 11: "L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [19]."; 3. L-Artikolu 12 għandu jkun sostitwit permezz tas-segwenti: "Artikolu 12 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. 2. Fejn referenza hija magħmula għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [20] għandhom japplikaw, waqt li jieħdu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura." Artikolu 3 Emenda għad-Direttiva 94/57/KE Id-Direttiva 94/57/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 2(d), il-kliem "fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru ta' l-2001" għandu jiġi sostitwit bil-"fil-verżjoni aġġornata tiegħu"; 2. fl-Artikolu 7, il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) kreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [21]."; 3. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 8(2): "L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(d) u l-Artikolu 6 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002." Artikolu 4 Emenda għad-Direttiva 95/21/KE Id-Direttiva 95/21/KE hija hawnhekk emendata b' li ġej: 1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-punt 1, il-kliem "fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2001" għandu jiġi sostitwit b' "fil-verżjoni aġġornata tiegħu"; (b) fil-punt 2, il-kliem "kif inhu fid-19 ta' Diċembru 2001" għandu jiġi sostitwit b' "fil-verżjoni aġġornata tiegħu"; 2. fl-Artikolu 18, il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) ikkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [22]."; 3. L-Artikolu 19 huwa hawnhekk emendat kif ġej: (a) il-punt (ċ) għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "(ċ) aġġorna, fl-Artikolu 2(1), il-lista ta' konvenzjonijiet internazzjonali li huma relevanti għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva." (b) is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied: "L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002." Artikolu 5 Emenda għad-Direttiva 96/98/KE Id-Direttiva 96/98/KE hija emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 2, il-punti (ċ), (d) u (n), il-kliem "fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001" għandu jiġi sostitwit b' "fil-verżjoni aġġornata tiegħu"; 2. L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "Artikolu 17 Din id-Direttiva tista' tiġi emendata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2), sabiex: - jiġu applikati emendi sussegwenti ta' strumenti internazzjonali għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, - jiġi aġġornat l-Anness A, kemm billi jiġi introdott tagħmir ġdid u billi jiġi trasferit tagħmir mill-Anness A.2 għall-Anness A.1 u viċe versa, - tiżdied il-possibilità ta' l-użu ta' moduli B u Ċ u l-modulu H għal tagħmir elenkat fl-Anness A.1, u billi jiġu emendati l-kolonni għall-moduli ta' stima ta' konformità, - jiġu inklużi organizzazzjonijiet oħrajn ta' standardizzazzjoni fid-definizzjoni ta' "standards ta"; testing' fl-Artikolu 2. Il-konvenzjonijiet u l-istandards ta' testing imsemmija fil-punti (ċ), (d) u (n) ta' l-Artikolu 2 għandhom jinftiehmu mingħajr preġudizzju għal kull miżura meħuda fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewroprew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002, li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) [23]."; 3. L-Artikolu 18 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "Artikolu 18 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) kkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [24] għandhom japplikaw, billi jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura." Artikolu 6 Emenda għad-Direttiva 97/70/KE Id-Direttiva 97/70/KE hija hawnhekk emendata kif ġej; 1. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 8: "L-emendi għall-istrument internazzjonali msemmi fl-Artikolu 2(4) jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) [25]."; 2. L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "Artikolu 9 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) kkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [26] għandhom japplikaw, b'qies għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura." Artikolu 7 Emenda għad-Direttiva 98/18/KE Id-Direttiva 98/18/KE hija hawnhekk emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 2, il-punti (a), (b), (ċ), (d) u (f) għandhom jiġu sostitwiti b'li ġej: "(a) "Konvenzjonijiet Internazzjonali" ifissru l-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1974 għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni ta' l-1974 ta' Solas), u l-Konvenzjoni Internazzjonali fuq il-Linji ta' Tagħbija ta' l-1966, flimkien mal-Protokolli u l-emendi magħhom, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; (b) "Il-Kodiċi ta' Stabbilità Intatta" tfisser il-"Kodiċi dwar Stabbilità Intatta għat-tipi kollha ta' vapuri koperti bl-Istrumenti IMO" kontenuta fir-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea IMO A.749(18) ta' l-4 ta' Novembru 1993, fil-verżjoni aġġornata tagħha; (ċ) "Kodiċi ta' Inġenji ta' Veloċità Għolja" ifisser "il-Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà ta' Inġenji ta' Veloċità Għolja" kontenuta fir-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà Marittima ta' l-IMO MSC 36(63) ta' l-20 ta' Mejju 1994, fil-verżjoni aġġornata tagħha; (d) "GMDSS" tfisser is-Sistema Globali Marittima ta' Diffikultà u Sigurtà stabbilita fil-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni ta' Solas ta' l-1974, fil-verżjoni aġġornata tagħha; (…) (f) Inġenn tal-passiġġieri b'veloċità għolja' jfisser inġenn b'veloċità għolja kif definit fir-Regolament X/I tal-Konvenzjoni ta' Solas ta' l-1974, fil-verżjoni aġġornata tiegħu, li jittrasporta iktar minn 12-il passiġġier; vapuri tal-passiġġieri ingaġġati fuq vjaġġi domestiċi f'wesgħat tal-baħar ta' Klassi B, Ċ jew D m' għandhomx jiġu kkunsidrati bħala bastiment tal-passiġġieri b'veloċità għolja meta: - L-ispostjar tagħhom li jikkorrispondi għal-linja ta' l-ilma maħsuba huwa inqas minn 500 m3, u - l-veloċità massima tagħhom, kif definit fil-paragrafu 1.4.30 tal-Kodiċi ta' Bastimenti b' Veloċità Għolja, huwa inqas minn 20 mil nawtiku;" 2. fl-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (ċ), l-Artikolu 6(2), il-punt (a)(i) u l-Artikolu 6(3), il-punt (a), il-kliem kif emendat fid-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva għandu jiġu sostitwit fil-verżjoni aġġornata tagħha; 3. L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "Artikolu 8 Addattamenti Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(2): (a) (i) id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2(a), (b), (ċ), (d) u (t); u (ii) id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-proċeduri u l-linji ta' gwida għal inkjesti msemmija fl-Artikolu 10; (iii) id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-Konvenzjoni ta' Solas u l-Kodiċi Internazzjonali ta' Sigurtà ta' Bastimenti b'Veloċità Għolja, u inklużi l-emendi sussegwenti tagħha stabbiliti fl-Artikoli 4.3, 6.4, 10.3 u 11.3; u (iv) ir-referenzi speċifiċi għall-"Konvenzjoni Internazzjonali"; u r-riżoluzzjonijiet ta' l-IMO imsemmija fl-Artikoli 2(f), (k) u (o), 3.2(a), 6.1(b) u (ċ), 6.2(b) u 11.3, jistgħu jiġu adattati sabiex jieħdu kont ta' l-iżviluppi f' livell internazzjonali, b'mod partikolari fl-IMO; (b) L-Annessi jistgħu jiġu emendati sabiex: (i) japplikaw, għall-iskop ta' din id-Direttiva, l-emendi magħmula lill-konvenzjonijiet internazzjonali; (ii) itejbu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom, fid-dawl ta' l-esperjenza. L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [27]."; 4. L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "Artikolu 9 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) ikkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [28] għandhom japplikaw, b'qies għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tiġi stabbilita għal xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura."; Artikolu 8. Emenda għad-Direttiva 98/41/KE Id-Direttiva 98/41/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 2, it-tielet inċiż, il-kliem "kif fis-seħħ fil-ħin ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "fil-verżjoni aġġornata tagħha"; 2. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 12: "L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu eskluż esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [29],"; 3. L-Artikolu 13 għandu jkun sostitwit b'li ġej: "Artikolu 13 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) kkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [30] għandhom japplikaw, waqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura." Artikolu 9 Emenda għad-Direttiva 1999/35/KE Id-Direttiva 1999/35/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 2, il-punti (b), (d), (e) u (o) għandhom jiġu sostitwiti b'li ġej: "(b) "Inġenn tal-Passiġġieri b'Veloċità Għolja"; għandu jfisser bastiment b'veloċità għolja kif definit fir-Regolament X/I tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974, fil-verżjoni aġġornata tiegħu, li jittrasporta iktar minn 12-il passiġġier; (…) (d) "Il-Konvenzjoni Solas ta' l-1974"; għandha tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, flimkien ma' Protokolli u emendi għalihom, fil-verżjoni aġġornata tagħha; (e) "Kodiċi ta' Inġenji ta' Veloċità Għolja"; għandu jfisser il-"Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà ta' Bastimenti b'Veloċità Għolja"; kontenuta fir-Reżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà Marittima ta' l-IMO MSC 36(63) ta' l-20 ta' Mejju 1994, fil-verżjoni aġġornata tagħħa; (…) (o) "kumpanija"; għandha tfisser kumpannija li topera ro-ro ferry waħda jew iktar li jkun inħareġ dokument ta' konformità għaliha in konformita' ma' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar l-amministrazzjoni ta' sigurtà ta' ferries tal-passiġġieri roll on roll off (ferries ro ro) jew kumpannija li topera inġenn tal-passiġġieri b'veloċità għolja, li jkun inħareġ dokument ta' konformità għalihom skond ir-Regolament IX/4 tal-Konvenzjoni ta' Solas ta' l-1974, fil-verżjoni aġġornat tiegħu"; 2. L-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'li ġej: "Artikolu 16 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) kkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [31]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [32] għandhom japplikaw, b'qies għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahrejn. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura."; 3. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 17: "L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002"; 4. L-Anness I huwa hawnhekk emendat kif ġej: fil-punt 7, il-kliem "Reżoluzzjoni MSC … (70)" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Reżoluzzjoni ta' l-Assemblea IMO A.893(21)". Artikolu 10 Emenda għad-Direttiva 2000/59/KE Id-Direttiva 2000/59/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 2(b) il-kliem "kif fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva" għandu jiġi sostitwit b'"fil-verżjoni aġġornata tagħha"; 2. L-Artikolu 14(1) għandu jiġi sostitwit b'li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) kkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [33]."; 3. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 15: "L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002." Artikolu 11 Emenda għad-Direttiva 2001/25/KE Id-Direttiva 2001/25/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 1, il-punti 16, 17, 18, 21, 22, 23 u 24 għandhom jiġu sostitwiti b'li ġej: "16. "tanker kimiku"; għandu jfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport bl-ingrossa ta' kull prodott likwidu elenkat fil-Kapitolu 17 tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Kimika bl-Ingrossa, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; 17. "tanker ta' gass likwifikat"; għandu jfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport bl-ingrossa ta' kull gass likwifikat jew prodott ieħor elenkat fil-Kapitolu 19 tal-Kodiċi ta' Trasport Internazzjonali tal-Gass, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; 18. "Regolamenti tar-Radju"; għandhom ifissru r-regolamenti riveduti tar-radju, adottati mill-Konferenza Amministrattiva Dinjija tar-Radju għas-Servizz Mobbli fil-verżjoni aġġornata tagħhom; (…) 21. "il-Konvenzjoni STCW"; għandha tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Ħarsien għal Baħrin kif tapplika għal materji kkonċernati li jieħdu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet transitorji ta' l-Artikolu VII u r-Regolament 1/15 tal-Konvenzjoni u li tinkludi, meta approprjat, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kodiċi STCW, kollha applikabbli fil-verżjoni aġġornata tagħha; 22. "dmirijiet tar-radju"; għandhom jinkludu, kif approprjat, il-ħarsien u l-manutenzjoni teknika u tiswijiet kondotti in konformita' mar-Regolamenti tar-Radju, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (1974), (il-Konvenzjoni Solas) u, fid-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru, ir-rakkomandazzjonijiet relevanti ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; 23. "vapur tal-passiġġieri ro-ro"; għandu jfisser vapur tal-passiġġeri bi spazji ro-ro għall-merkanzija jew spazji ta' kategorija speċjali kif definit fil-Konvenzjoni ta' Solas, fil-verżjoni aġġornata tagħha; 24. "Kodiċi STCW"; għandu jfisser il-Kodiċi ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Sorveljanza tal-Baħħara (STCW) kif adottata mir-Riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Partijiet STCW ta' l-1995 fil-verżjoni aġġornata tagħha"; 2. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 22: "4. L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabblixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u t-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [*] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.." 3. fl-Artikolu 23, il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) kkreat mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002." Artikolu 12 Emenda għad-Direttiva 2001/96/KE Id-Direttiva 2001/96/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 3(2), il-kliem "fis-seħħ fl-4 ta' Diċembru 2001" għandu jiġi sostitwit b' "fil-verżjoni aġġornata tagħha"; 2. fl-Artikolu 14, il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) kkreat bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat fuq l-Ibħra 5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) [35]."; 3. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 15: "3. L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002." Artikolu 13 L-Implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-23 ta' Novembru ta' l-2003. Għandhom imbagħad jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Meta Stat Membru jadotta dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali tagħhom li huma jadottaw fil-kamp irregolat b'din id-Direttiva. Artikolu 14 Id-Dħul fis-Seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 15 Id-Destinatarji Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 2002. Għall-Parlament Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President T. Pedersen [1] ĠU C 365 E, tad-19.12.2000. p. 280. [2] ĠU C 139, tal-11.5.2001, p. 21. [3] ĠU C 253, tat-12.9.2001, p. 1. [4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar ta' l-2001 (ĠU C 276, ta' l-1.10.2001, p. 44), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju ta' l-2002 (ĠU C 170 E, tas-16.7.2002, p. 28) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Settembru ta' l-2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [5] ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/74/KE (ĠU L 276, tat-13.10.1998, p. 7). [6] ĠU L 197, tat-18.7.1987, p. 33. [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [8] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [9] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/105/KE (ĠU L 19, tat-22.1.2002, p. 9). [10] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata peremzz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropw u tal-Kunsill 2001/106/KE (ĠU L 19, tat-22.1.2002, p. 17). [11] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 25. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/75/KE (ĠU L 254, tat-23.9.2002, p. 1). [12] ĠU L 34, tad-9.2.1998, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/35/KE (ĠU C 112, tas-27.4.2002, p. 4). [13] ĠU L 144, tal-15.5.1998, p.1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/25/KE (ĠU L 98, tal-15.4.2002, p. 1). [14] ĠU L 188, tat-2.7.1998, p. 35. [15] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 1. [16] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 81. [17] ĠU L 136, tat-18.5.2001, p. 17. [18] ĠU L 13, tas-16.1.2002, p. 9. [19] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [20] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [21] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [22] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [23] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [24] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [25] U L 324, tad-29.11.2002, p.1. [26] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [27] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [28] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [29] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [30] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [31] ĠU L 324, tad-29.11.2002. p. 1. [32] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [33] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. [35] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. --------------------------------------------------