This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999Q0531
Interinstitutional Agreement of 25 May 1999 between the European Parliament, the Council of the European Union and the Commission of the European Communities concerning internal investigations by the European Anti-fraud Office (OLAF)
Ftehim interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju ta' l-1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
Ftehim interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju ta' l-1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/1999/531/oj
Official Journal L 136 , 31/05/1999 P. 0015 - 0019
Ftehim interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju ta' l-1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Jirrefru għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 1998 dwar l-indipendenza, ir-rwol u l-istatus ta' l-Unità għall-Kordinazzjoni tal-Prevenzjoni tal-Frodi (UCLAF) [1], Jirreferu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 1999, addottati wara diskussjonijiet dettaljati mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, Jieħdu nota tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta' April 1999 li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi [2], (1) Billi r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 [4] dwar investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jipprovdu li l-Uffiċċju għandu jagħti bidu u jmexxi investigazzjonijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u agenziji stabbiliti minn jew fuq il-bażi tal-KE jew it-Trattati tal-Euratom; (2) Billi r-responsabbilità ta' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi kif stabbilita mill-Kummissjoni testendi lil hinn mill-protezzjoni ta' interessi finanzjarji biex tinkludi l-attivitajiet kollha dwar il-bżonn ta' salvagwardja ta' l-interessi tal-Komunità kontra għemil irregolari li hu suġġett li jwassal għall-proċeduri amministrattivi jew kriminali; (3) Billi l-iskop tal-ġlieda kontra l-frodi għandha tkun imwessa' u l-effettività tagħħa tkun imsaħħa bl-esplojtazzjoni ta' kompetenza eżistenti fiz-zona ta' l-investigazzjonijiet amministrattivi; (4) Billi, għalhekk, fuq il-bażi ta' l-awtonomija amministrattiva tagħhom, l-istituzzjonijiet kollha, entitajiet u uffiċċji għandhom jafdaw lill-Uffiċċju l-funzjoni ta' investigazzjonijiet amministrattivi interni bil-ħsieb li jinġiebu għad-dawl sitwazzjonijiet serji dwar il-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet ta' Uffiċjali u impjegati tal-Komunitajiet, kif imsemmija fl-Artikoli 11, 12, it-tieni u t-tielet paragrafi, 13, 14, 16 u 17, l-ewwel paragrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal u Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmija "ir-Regolamenti tal-Persunal"), ta' detriment għall-interessi ta' dawk il-Komunitajiet u suġġetti li jwasslu għall-proċeduri dixxiplinarji jew, fil-każijiet approprjati, għal proċeduri kriminali, jew kondotta ħażina serja, kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, jew nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet analogi tal-membri, managers jew membri tal-persunal ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet u uffiċċji u aġenziji tal-Komunitajiet li mhux suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal; (5) Billi dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu magħmula b'konformità totali mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment il-Protokoll fuq il-privileġġi u immunitajiet, u t-testi li jimplimentaw lilhom u r-Regolamenti tal-Persunal; (6) Billi dawn l-investigazzjonijet għandhom ikunu meħuda taħt kondizzjonijiet ugwali fl-istituzzjonijiet kollha tal-Komunità', fl-entitajiet u Uffiċċji u aġenziji; billi l-assenjazzjoni ta' din il-funzjoni lill-Uffiċċju m'għandiex taffetwa r-responsabbilitajiet ta' l-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-Uffiċċji jew l-aġenziji stess u m'għandiex, bl-ebda mod, tnaqqas mill-protezzjoni legali tal-persuni kkonċernati; (7) Billi, sa l-emendi tar-Regolamenti tal-Persunal, arranġamenti prattiċi għandhom ikunu stabbiliti li jistipulaw kif membri ta' l-istituzzjonijiet u entitajiet, managers ta' l-Uffiċċji u aġenziji u l-Uffiċjali u l-impjegati ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji għandhom jikkoperaw fl-operat bla xkiel fl-investigazzjonijiet interni, Wara konsultazzjoni magħmula bil-ħsieb li jkunu stabbiliti regoli komuni għal dak l-għan, Isejħu l-istituzzjonijiet l-oħra, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji biex jaċċedu għal dan il-ftehim, HAWNHEKK JIFTEHMU: 1. Li jadottaw regoli komuni li jijkkonsistu fil-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa biex jiżguraw l-operat bla xkiel ta' l-investigazzjonijet meħuda mill-Uffiċċju ġewwa l-istituzzjoni tagħhom.Dawn l-investigazzjonijiet għandhom jaqdu l-iskop li: - jigġieldu kontra frodi, korruzzjoni u attività illegali oħra detrmientali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, - iġibu għall-attenzjoni sitwazzjonijiet serji relatati mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligi ta' Uffiċjali jew impjegati oħra tal-Komunitajiet suġġetti li jwasslu għall-proċeduri dixxilpinarji jew, f'każijiet approprjati, proċeduri kriminali jew nuqqas ta' ħarsien ma' l-obbligi analogi tal-membri, managers jew membri tal-persunal li mhux suġġetti għar-Regolamenti ta' l-Istaff. Dawn l-investigazzjonijiet ser jiġu eżerċitati b'konformità totali mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokol fuq privileġġi u immunitajiet, tat-testi li jimplimentaw lilhom u r-Regolamenti tal-Persunal. Huma ser ukoll jiġu eżerċitati skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mir-regolament tal-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. 2. Biex jiġu stabbiliti regoli bħal dawn u jkunu magħmula immedjatament applikabbli bl-addozzjoni ta' deċiżjoni interna skond il-mudell mehmuż ma' dan il-ftehim u biex ma jkunx hemm devjazzjoni minn dak il-mudell minbarra meta il-ħtiġiet partikolari tagħhom jagħmlu din id-devjazzjoni neċessità teknika. 3. Biex tiġi rikonoxxuta n-neċessità li tintbagħat lill-Uffiċċju, għall-opinjoni, kull talba għar-rinunzja ta' l-immunità minn proċeduri ġudizzjarji ta' Uffiċċjal jew impjegat relatat ma' kwalunkwe każ ta' frodi jew korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra. Jekk talba għar-rinunzja tikkonċerna wieħed mill-membri, l-Uffiċċju għandu jkun infurmat. 4. Biex ikunu kommunikati lill-Uffiċċju d-dispożizzjonijiet li huma jkunu stabbilixxew biex jimplimentaw dan il-ftehim. Dan il-ftehim jista' jkun emendat biss bil-kunsens espress ta' l-istituzzjonijiet firmatarji. L-istituzzjonijiet l-oħra, u l-entitajiet u uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn jew fuq il-bażi tat-Trattat KE jew tat-Trattat tal-Euratom, huma b'dan mistiedna jaderixxu għal dan il-ftehim billi jagħtu dikjarazzjoni li tkun indirizzata konġuntament lill-Presidenti tal-istituzzjonijiet firmatarji. Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju ta' l-1999. Magħmul fi Brussel, il-25 ta' Mejju ta' l-1999. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-Robles Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea Il-President H. Eichel Għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej Il-President J. Santer [1] ĠU C 328, 26.10.98, p. 95. [2] Ara paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [4] Ara paġna 8 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- ANNESS MUDELL TA' DEĊIŻJONI (Istituzzjoni/Entità jew Uffiċċju/Aġenzija) Deċiżjoni ta' tikkonċerna it-temini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni relatati mal-prevenzjoni ta' frodi, korruzzjoni u kwalunkwe allività illegali detrimentali għall-interessi tal-Komunitajiet ISTITUZZJONI, ENTITA', UFFIĊĊJU jew AĠENZIJI Wara li kkunsidraw (bażi legali) Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 [2] li jikkonċerna l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jipprovdu li l-Uffiċċju għandu jagħti bidu u jwettaq l-investigazzjonijiet amministrattivi ġewwa l-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn jew fuq il-bażi tat-Trattat KE jew it-Trattat tal-Euratom; (2) Ir-responsabbilità ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi kif stabbilit mill-Kummissjoni testendi lil hinn mill-protezzjoni ta' interessi finanzjarji biex tinkludi l-attivitajiet kollha relatati mal-bżonn li jkunu salvagwardati l-interessi tal-Komunità kontra għemil irregolari li jwassal għall-proċeduri amministrattivi jew kriminali; (3) L-iskop tal-ġlieda kontra l-frodi għandu jitwessa' u l-effettività tiegħu imsaħħa bl-esplojtazzjoni tal kompetenza eżistenti fiż-żona ta' investigazzjonijiet amministrattivi; (4) Għalhekk, fuq il-bażi ta' l-awtonomija amministrattiva tagħhom, l-istituzzjonijiet kollha, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji għandhom jafdaw lill-Uffiċċju l-funzjoni li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi interni bil-ħsieb li jinġabu għad-dawl sitwazzjonijiet serji relatati mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi ta' Uffiċjali u impjegati tal-Komunitajiet, kif imsemmi fl-Artikoli 11, 12, it-tieni u t-tielet paragrafi, 13, 14, 16, u 17, l-ewwel paragrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali u Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "Regolamenti tal-Persunal"), detrimentali għall-interessi ta' dawk il-Komunitajiet u suġġetti li jirriżultaw fi proċedurui dixxiplinarji jew, fil-każijiet approprjati, fi proċeduri kriminali, jew kondotta ħażina serja, kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti ta' l-Istaff, jew nuqqas ta konformità ma' l-obbligi analogi tal-Membri, managers, jew membri tal-persunal ta' l-istituzzjoni, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji tal-Komunitajiet li mhux suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal; (5) Dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu magħmula b'konformità totali mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokol dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, tat-testi li jimplimentawhom u r-Regolamenti tal-Persunal; (6) Dawn l-investigazzjonijet għandhom jiġu eżerċitati taħt kondizzjonijiet ugwali fl-istituzzjonijiet kollha tal-Komunità, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji; assenjazzjoni ta' din il-funzjoni lill-Uffiċċju m'għandix taffetwa r-responsabbilitajiet ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet, Uffiċċji jew aġenziji stess u m'għandix bl-ebda mod tnaqqas mill-protezzjoni legali tal-persuni kkonċernati; (7) Sa l-emendi tar-Regolamenti tal-Persnal, arranġamenti prattiċi għandhom ikunu mfassla li jistabbilixxu kif il-membri ta' l-istituzzjonijiet u entitajiet, il-managers ta' l-Uffiċċji u l-aġenziji u l-Uffiċjali u l-impjegati ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji għandhom jikkoperaw fl-operat bla xkiel ta' l-investigazzjonijiet interni, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dover ta' koperazzjoni ma' l-Uffiċċju Is-Segretarju Ġenerali, is-servizzi u kwalunkwe manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) huwa meħtieġ li jikkopera totalment ma' l-aġenti ta' l-Uffiċċju u li jagħtu kwalunkwe assistenza meħtieġa għall-investigazzjoni. B'dak l-għan fil-ħsieb, huma għandhom jipprovdu l-aġenti ta' l-Uffiċċju bl-informazzjoni u bl-ispjegazzjonijiet utili kollha. Bla ħsara għad-disposizzjonijet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokol dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, u tat-testi li jimplimentawhom, il-membri għandhom jikkoperaw totalment ma' l-Uffiċċju. Artikolu 2 Dmir li tkun provduta informazzjoni Kwalunkwe Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) li jsir konxju ta' evidenza li tqajjem preżunzjoni dwar l-eżistenza ta' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra detrimentali għall-interessi tal-Komunitajiet, jew sitwazzjonijiet serji relatati mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligi ta' Uffiċjali jew impjegati tal-Komunitajiet suġġetti li jirriżultaw fi proċeduri dixxiplinarji jew, f'każijiet approprjati, fi proċeduri kriminali, jew nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligi analogi tal-membri, managers jew membri tal-persunal li mhux suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jinforma mingħajr dewmien il-Kap tas-Servizzi jew id-Direttorat-Ġenerali tiegħu jew, jekk huwa jikkunsidra li jkun utili, is-Segretarju Ġenerali tiegħu jew l-Uffiċċju dirett. Is-Segretarju Ġenerali, id-Direttorat Ġenerali u l-Kapijiet tas-Servizzi jew il-managers ta' (l-istituzzjoni, entità jew Uffiċċju jew aġenzija) għandhom jittrażmettu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju kwalunkwe evidenza li jkunu konxja tagħha u li minnha l-eżistenza ta' irregolaritajiet kif imsemmija fl-ewwel paragrafu tista' tku preżunta. Managers, Uffiċjali jew impjegati ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) m'għandhom bl-ebda mod isofru trattament inġust jew diskriminatorju bħala riżultat tal-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni paragrafi. Membri li jakwizixxu għarfien ta' fatti kif imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinfurmaw il-President ta' l-istituzzjoni (jew l-entità) jew, jekk jikkunsidrawh utili, l-Uffiċċju dirett. Artikolu 3 Assistenza mill-Uffiċċju tas-sigurta' Fuq it-talba tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, l-Uffiċċju tas-sigurta' ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċji jew aġenzija) għandu jassisti l-Uffiċċju fit-tmexxija prattika ta' l-investigazzjonijiet. Artikolu 4 Tinforma l-membru interessat Fejn toħroġ l-implikazzjoni possibli ta' membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat, il-membru interessat għandu jkun infurmat malajr sakemm din ma tkunx ta' ħsara għall-investigazzjoni. F'kull sitwazzjoni, konklużjonijiet li jirreferu bl-isem għall-membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entia', Uffiċċju jew aġeenzija) ma jistgħux ikunu miġbuda hekk kif l-investigazzjoni tintemm mingħajr il-membru interessat ma jkun ġie megħjjun jesprimi l-veduti tiegħu fuq il-fatti kollha li jikkonċernawh. Fil-każijiet li jeħtieġu il-manteniment ta' segretezzza assoluta għall-fini ta' l-investigazzjoni u li jeħtieġu l-użu ta' proċeduri investigattivi li jaqgħu fl-ambitu ta' awtorità nazzjonali ġudizzjarja, ħarsien ta' l-obbligu li tistieden il-membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, uffiċċju jew aġenzija) biex jagħti l-veduti tiegħu tista' tkun diferita bi ftehim mal-President jew mas-Segretarju Ġenerali rispettivament. Artikolu 5 Informazzjoni dwar l-għeluq ta' l-investigazzjoni mingħajr it-teħid ta' aktar azzjonijiet Jekk, wara investigazzjoni interna, ma jistax ikun hemm każ kontra membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, uffiċċju jew aġenzija) li kontra tagħhom saru allegazzjonijiet, l-investigazzjoni interna li tikkonċerna lilu għandha tkun magħluqa, mingħajr it-teħid ta' aktar azzjonijiet, bid-deċiżjoni tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, li għandu jinforma l-membru interessat bil-miktub. Artikolu 6 Rinunzja ta' l-immunità Kwalunkwe talba minn pulizija nazzjonali jew awtorità ġuridika dwar ir-rinunzja ta' l-immunità minn proċeduri ġudizzjarji ta' manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) li tikkonċerna każijiet possibli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra għandha tkun trażmessa lid-Direttur ta' l-Uffiċċju għall-opinjoni tiegħu. Jekka talba għar-rinunzaj ta' l-immunità tikkonċerna membru ta' l-istituzzjoni (jew entità), l-Uffiċċju għandu jkun infurmat. Artikolu 7 Data ta' effett Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1999. Magħmul fi [1] ĠU L 136, 31.05.99, p. 1 [2] ĠU L 136, 31.05.99, p. 8 --------------------------------------------------