Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999Q0531

Ftehim interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju ta' l-1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

OJ L 136, 31.5.1999, p. 15–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 003 P. 105 - 109
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 002 P. 143 - 147
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 002 P. 143 - 147
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 002 P. 114 - 118

In force

31999Q0531



Official Journal L 136 , 31/05/1999 P. 0015 - 0019


Ftehim interistituzzjonali

tal-25 ta' Mejju ta' l-1999

bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Jirrefru għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 1998 dwar l-indipendenza, ir-rwol u l-istatus ta' l-Unità għall-Kordinazzjoni tal-Prevenzjoni tal-Frodi (UCLAF) [1],

Jirreferu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 1999, addottati wara diskussjonijiet dettaljati mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni,

Jieħdu nota tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta' April 1999 li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi [2],

(1) Billi r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 [4] dwar investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jipprovdu li l-Uffiċċju għandu jagħti bidu u jmexxi investigazzjonijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u agenziji stabbiliti minn jew fuq il-bażi tal-KE jew it-Trattati tal-Euratom;

(2) Billi r-responsabbilità ta' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi kif stabbilita mill-Kummissjoni testendi lil hinn mill-protezzjoni ta' interessi finanzjarji biex tinkludi l-attivitajiet kollha dwar il-bżonn ta' salvagwardja ta' l-interessi tal-Komunità kontra għemil irregolari li hu suġġett li jwassal għall-proċeduri amministrattivi jew kriminali;

(3) Billi l-iskop tal-ġlieda kontra l-frodi għandha tkun imwessa' u l-effettività tagħħa tkun imsaħħa bl-esplojtazzjoni ta' kompetenza eżistenti fiz-zona ta' l-investigazzjonijiet amministrattivi;

(4) Billi, għalhekk, fuq il-bażi ta' l-awtonomija amministrattiva tagħhom, l-istituzzjonijiet kollha, entitajiet u uffiċċji għandhom jafdaw lill-Uffiċċju l-funzjoni ta' investigazzjonijiet amministrattivi interni bil-ħsieb li jinġiebu għad-dawl sitwazzjonijiet serji dwar il-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet ta' Uffiċjali u impjegati tal-Komunitajiet, kif imsemmija fl-Artikoli 11, 12, it-tieni u t-tielet paragrafi, 13, 14, 16 u 17, l-ewwel paragrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal u Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmija "ir-Regolamenti tal-Persunal"), ta' detriment għall-interessi ta' dawk il-Komunitajiet u suġġetti li jwasslu għall-proċeduri dixxiplinarji jew, fil-każijiet approprjati, għal proċeduri kriminali, jew kondotta ħażina serja, kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, jew nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet analogi tal-membri, managers jew membri tal-persunal ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet u uffiċċji u aġenziji tal-Komunitajiet li mhux suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal;

(5) Billi dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu magħmula b'konformità totali mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment il-Protokoll fuq il-privileġġi u immunitajiet, u t-testi li jimplimentaw lilhom u r-Regolamenti tal-Persunal;

(6) Billi dawn l-investigazzjonijet għandhom ikunu meħuda taħt kondizzjonijiet ugwali fl-istituzzjonijiet kollha tal-Komunità', fl-entitajiet u Uffiċċji u aġenziji; billi l-assenjazzjoni ta' din il-funzjoni lill-Uffiċċju m'għandiex taffetwa r-responsabbilitajiet ta' l-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-Uffiċċji jew l-aġenziji stess u m'għandiex, bl-ebda mod, tnaqqas mill-protezzjoni legali tal-persuni kkonċernati;

(7) Billi, sa l-emendi tar-Regolamenti tal-Persunal, arranġamenti prattiċi għandhom ikunu stabbiliti li jistipulaw kif membri ta' l-istituzzjonijiet u entitajiet, managers ta' l-Uffiċċji u aġenziji u l-Uffiċjali u l-impjegati ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji għandhom jikkoperaw fl-operat bla xkiel fl-investigazzjonijiet interni,

Wara konsultazzjoni magħmula bil-ħsieb li jkunu stabbiliti regoli komuni għal dak l-għan,

Isejħu l-istituzzjonijiet l-oħra, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji biex jaċċedu għal dan il-ftehim,

HAWNHEKK JIFTEHMU:

1. Li jadottaw regoli komuni li jijkkonsistu fil-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa biex jiżguraw l-operat bla xkiel ta' l-investigazzjonijet meħuda mill-Uffiċċju ġewwa l-istituzzjoni tagħhom.Dawn l-investigazzjonijiet għandhom jaqdu l-iskop li:

- jigġieldu kontra frodi, korruzzjoni u attività illegali oħra detrmientali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,

- iġibu għall-attenzjoni sitwazzjonijiet serji relatati mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligi ta' Uffiċjali jew impjegati oħra tal-Komunitajiet suġġetti li jwasslu għall-proċeduri dixxilpinarji jew, f'każijiet approprjati, proċeduri kriminali jew nuqqas ta' ħarsien ma' l-obbligi analogi tal-membri, managers jew membri tal-persunal li mhux suġġetti għar-Regolamenti ta' l-Istaff.

Dawn l-investigazzjonijiet ser jiġu eżerċitati b'konformità totali mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokol fuq privileġġi u immunitajiet, tat-testi li jimplimentaw lilhom u r-Regolamenti tal-Persunal.

Huma ser ukoll jiġu eżerċitati skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mir-regolament tal-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

2. Biex jiġu stabbiliti regoli bħal dawn u jkunu magħmula immedjatament applikabbli bl-addozzjoni ta' deċiżjoni interna skond il-mudell mehmuż ma' dan il-ftehim u biex ma jkunx hemm devjazzjoni minn dak il-mudell minbarra meta il-ħtiġiet partikolari tagħhom jagħmlu din id-devjazzjoni neċessità teknika.

3. Biex tiġi rikonoxxuta n-neċessità li tintbagħat lill-Uffiċċju, għall-opinjoni, kull talba għar-rinunzja ta' l-immunità minn proċeduri ġudizzjarji ta' Uffiċċjal jew impjegat relatat ma' kwalunkwe każ ta' frodi jew korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra. Jekk talba għar-rinunzja tikkonċerna wieħed mill-membri, l-Uffiċċju għandu jkun infurmat.

4. Biex ikunu kommunikati lill-Uffiċċju d-dispożizzjonijiet li huma jkunu stabbilixxew biex jimplimentaw dan il-ftehim.

Dan il-ftehim jista' jkun emendat biss bil-kunsens espress ta' l-istituzzjonijiet firmatarji.

L-istituzzjonijiet l-oħra, u l-entitajiet u uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn jew fuq il-bażi tat-Trattat KE jew tat-Trattat tal-Euratom, huma b'dan mistiedna jaderixxu għal dan il-ftehim billi jagħtu dikjarazzjoni li tkun indirizzata konġuntament lill-Presidenti tal-istituzzjonijiet firmatarji.

Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju ta' l-1999.

Magħmul fi Brussel, il-25 ta' Mejju ta' l-1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-Robles

Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Il-President

H. Eichel

Għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Il-President

J. Santer

[1] ĠU C 328, 26.10.98, p. 95.

[2] Ara paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] Ara paġna 8 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

MUDELL TA' DEĊIŻJONI

(Istituzzjoni/Entità jew Uffiċċju/Aġenzija) Deċiżjoni

ta'

tikkonċerna it-temini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni relatati mal-prevenzjoni ta' frodi, korruzzjoni u kwalunkwe allività illegali detrimentali għall-interessi tal-Komunitajiet

ISTITUZZJONI, ENTITA', UFFIĊĊJU jew AĠENZIJI

Wara li kkunsidraw (bażi legali)

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 [2] li jikkonċerna l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jipprovdu li l-Uffiċċju għandu jagħti bidu u jwettaq l-investigazzjonijiet amministrattivi ġewwa l-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn jew fuq il-bażi tat-Trattat KE jew it-Trattat tal-Euratom;

(2) Ir-responsabbilità ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi kif stabbilit mill-Kummissjoni testendi lil hinn mill-protezzjoni ta' interessi finanzjarji biex tinkludi l-attivitajiet kollha relatati mal-bżonn li jkunu salvagwardati l-interessi tal-Komunità kontra għemil irregolari li jwassal għall-proċeduri amministrattivi jew kriminali;

(3) L-iskop tal-ġlieda kontra l-frodi għandu jitwessa' u l-effettività tiegħu imsaħħa bl-esplojtazzjoni tal kompetenza eżistenti fiż-żona ta' investigazzjonijiet amministrattivi;

(4) Għalhekk, fuq il-bażi ta' l-awtonomija amministrattiva tagħhom, l-istituzzjonijiet kollha, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji għandhom jafdaw lill-Uffiċċju l-funzjoni li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi interni bil-ħsieb li jinġabu għad-dawl sitwazzjonijiet serji relatati mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi ta' Uffiċjali u impjegati tal-Komunitajiet, kif imsemmi fl-Artikoli 11, 12, it-tieni u t-tielet paragrafi, 13, 14, 16, u 17, l-ewwel paragrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali u Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "Regolamenti tal-Persunal"), detrimentali għall-interessi ta' dawk il-Komunitajiet u suġġetti li jirriżultaw fi proċedurui dixxiplinarji jew, fil-każijiet approprjati, fi proċeduri kriminali, jew kondotta ħażina serja, kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti ta' l-Istaff, jew nuqqas ta konformità ma' l-obbligi analogi tal-Membri, managers, jew membri tal-persunal ta' l-istituzzjoni, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji tal-Komunitajiet li mhux suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal;

(5) Dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu magħmula b'konformità totali mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokol dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, tat-testi li jimplimentawhom u r-Regolamenti tal-Persunal;

(6) Dawn l-investigazzjonijet għandhom jiġu eżerċitati taħt kondizzjonijiet ugwali fl-istituzzjonijiet kollha tal-Komunità, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji; assenjazzjoni ta' din il-funzjoni lill-Uffiċċju m'għandix taffetwa r-responsabbilitajiet ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet, Uffiċċji jew aġenziji stess u m'għandix bl-ebda mod tnaqqas mill-protezzjoni legali tal-persuni kkonċernati;

(7) Sa l-emendi tar-Regolamenti tal-Persnal, arranġamenti prattiċi għandhom ikunu mfassla li jistabbilixxu kif il-membri ta' l-istituzzjonijiet u entitajiet, il-managers ta' l-Uffiċċji u l-aġenziji u l-Uffiċjali u l-impjegati ta' l-istituzzjonijiet, entitajiet u Uffiċċji u aġenziji għandhom jikkoperaw fl-operat bla xkiel ta' l-investigazzjonijiet interni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dover ta' koperazzjoni ma' l-Uffiċċju

Is-Segretarju Ġenerali, is-servizzi u kwalunkwe manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) huwa meħtieġ li jikkopera totalment ma' l-aġenti ta' l-Uffiċċju u li jagħtu kwalunkwe assistenza meħtieġa għall-investigazzjoni. B'dak l-għan fil-ħsieb, huma għandhom jipprovdu l-aġenti ta' l-Uffiċċju bl-informazzjoni u bl-ispjegazzjonijiet utili kollha.

Bla ħsara għad-disposizzjonijet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment il-Protokol dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, u tat-testi li jimplimentawhom, il-membri għandhom jikkoperaw totalment ma' l-Uffiċċju.

Artikolu 2

Dmir li tkun provduta informazzjoni

Kwalunkwe Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) li jsir konxju ta' evidenza li tqajjem preżunzjoni dwar l-eżistenza ta' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra detrimentali għall-interessi tal-Komunitajiet, jew sitwazzjonijiet serji relatati mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligi ta' Uffiċjali jew impjegati tal-Komunitajiet suġġetti li jirriżultaw fi proċeduri dixxiplinarji jew, f'każijiet approprjati, fi proċeduri kriminali, jew nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligi analogi tal-membri, managers jew membri tal-persunal li mhux suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jinforma mingħajr dewmien il-Kap tas-Servizzi jew id-Direttorat-Ġenerali tiegħu jew, jekk huwa jikkunsidra li jkun utili, is-Segretarju Ġenerali tiegħu jew l-Uffiċċju dirett.

Is-Segretarju Ġenerali, id-Direttorat Ġenerali u l-Kapijiet tas-Servizzi jew il-managers ta' (l-istituzzjoni, entità jew Uffiċċju jew aġenzija) għandhom jittrażmettu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju kwalunkwe evidenza li jkunu konxja tagħha u li minnha l-eżistenza ta' irregolaritajiet kif imsemmija fl-ewwel paragrafu tista' tku preżunta.

Managers, Uffiċjali jew impjegati ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) m'għandhom bl-ebda mod isofru trattament inġust jew diskriminatorju bħala riżultat tal-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni paragrafi.

Membri li jakwizixxu għarfien ta' fatti kif imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinfurmaw il-President ta' l-istituzzjoni (jew l-entità) jew, jekk jikkunsidrawh utili, l-Uffiċċju dirett.

Artikolu 3

Assistenza mill-Uffiċċju tas-sigurta'

Fuq it-talba tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, l-Uffiċċju tas-sigurta' ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċji jew aġenzija) għandu jassisti l-Uffiċċju fit-tmexxija prattika ta' l-investigazzjonijiet.

Artikolu 4

Tinforma l-membru interessat

Fejn toħroġ l-implikazzjoni possibli ta' membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat, il-membru interessat għandu jkun infurmat malajr sakemm din ma tkunx ta' ħsara għall-investigazzjoni. F'kull sitwazzjoni, konklużjonijiet li jirreferu bl-isem għall-membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entia', Uffiċċju jew aġeenzija) ma jistgħux ikunu miġbuda hekk kif l-investigazzjoni tintemm mingħajr il-membru interessat ma jkun ġie megħjjun jesprimi l-veduti tiegħu fuq il-fatti kollha li jikkonċernawh.

Fil-każijiet li jeħtieġu il-manteniment ta' segretezzza assoluta għall-fini ta' l-investigazzjoni u li jeħtieġu l-użu ta' proċeduri investigattivi li jaqgħu fl-ambitu ta' awtorità nazzjonali ġudizzjarja, ħarsien ta' l-obbligu li tistieden il-membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, uffiċċju jew aġenzija) biex jagħti l-veduti tiegħu tista' tkun diferita bi ftehim mal-President jew mas-Segretarju Ġenerali rispettivament.

Artikolu 5

Informazzjoni dwar l-għeluq ta' l-investigazzjoni mingħajr it-teħid ta' aktar azzjonijiet

Jekk, wara investigazzjoni interna, ma jistax ikun hemm każ kontra membru, manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, uffiċċju jew aġenzija) li kontra tagħhom saru allegazzjonijiet, l-investigazzjoni interna li tikkonċerna lilu għandha tkun magħluqa, mingħajr it-teħid ta' aktar azzjonijiet, bid-deċiżjoni tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, li għandu jinforma l-membru interessat bil-miktub.

Artikolu 6

Rinunzja ta' l-immunità

Kwalunkwe talba minn pulizija nazzjonali jew awtorità ġuridika dwar ir-rinunzja ta' l-immunità minn proċeduri ġudizzjarji ta' manager, Uffiċċjal jew impjegat ta' (l-istituzzjoni, entità, Uffiċċju jew aġenzija) li tikkonċerna każijiet possibli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra għandha tkun trażmessa lid-Direttur ta' l-Uffiċċju għall-opinjoni tiegħu. Jekka talba għar-rinunzaj ta' l-immunità tikkonċerna membru ta' l-istituzzjoni (jew entità), l-Uffiċċju għandu jkun infurmat.

Artikolu 7

Data ta' effett

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1999.

Magħmul fi

[1] ĠU L 136, 31.05.99, p. 1

[2] ĠU L 136, 31.05.99, p. 8

--------------------------------------------------

Top