This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0228
1999/228/EC: Commission Decision of 5 March 1999 amending Council Decision 79/542/EEC and Decisions 92/160/EEC, 92/260/EEC and 93/195/EEC and 93/197/EEC with regard to the animal health conditions for the temporary admission, re-entry and imports into the Community of registered horses from certain parts of Saudi Arabia (notified under document number C(1999) 496) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 93/260/KEE u 93/195/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel irreġistrati mill-Arabja Sawdita (innotifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 496)Test b’ rilevanza ŻEE
Id-Deċiżoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 93/260/KEE u 93/195/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel irreġistrati mill-Arabja Sawdita (innotifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 496)Test b’ rilevanza ŻEE
ĠU L 83, 27.3.1999, p. 77–79
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659
Official Journal L 083 , 27/03/1999 P. 0077 - 0079
Id-Deċiżoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 93/260/KEE u 93/195/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel irreġistrati mill-Arabja Sawdita (innotifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 496) (Test b’ rilevanza ŻEE) (1999/228/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15, 16, u 19 (ii) tagħha, Billi, b’Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/622/KEE [3], lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membi jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam ġiet stabbilita: Billi bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/5336/KE [5] stabbiliet ir-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju, id-dħul mill-ġdid u importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [6], 93/195/KEE [7], 93/197/KEE [8], kollha kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 98/594/KE [9]; Billi b’segwitu għall-missjoni ta’ l-ispezzjoni veterinarja tal-Komunità lejn l-Arabja Sawdita s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali tidher li hi taħt kontroll sodisfaċjenti tas-servizzi veterinarji u b’mod partikolari l-moviment ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel minn ċerti partijiet tat-territorju fil-bqija tal-pajjiż jidher li hu kkontrollat sewwa; Billi l-awtoritajiet veterinarji ta’ l-Arabja Sawdita ipprovdew impenn bil-miktub li jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa b’fax, b’telegramm jew b’telex lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-konferma ta’ xi mard infettuż jew li jittieħed fl-annimali tar-razza taż-żwiemel imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE, li għandu jkun innotifikat bilfors fil-pajjiż, u fi żmien xieraq ibiddlu l-vaċċinazzjoni jew l-istrateġija ta’ l-importazzjoni f’dak li jirrigwarda l-annimali tar-razza taż-żwiemel; Billi, wara stħarriġ serjoloġiku mwettaq fuq it-territorju kollu ta’ l-Arabja Sawdita, il-pajjiż suppost ikun ikkunsidrat ħieles mill-glanders u d-dourine għal ta’ l-anqas sitt xhur; l-enċefalolmeletis tal-Venezwela taż-żwiemel u l-istomatitis vessikulari qatt ma seħħew, iżda evidenza seroloġika kienet misjuba għaż-żwiemel bl-artrite virali. Billi, meta jittieħed akkont tar-riżultati ta’ l-istħarriġ hawn fuq imsemmi, partijiet ta’ l-Arabja Sawdita ilhom ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel għal aktar minn sentejn u l-vaċċinazzjoni kontra din il-marda qatt ma ġiet imwettqa fil-pajjiż matul l-aħħar tnax-il xahar u hi uffiċjalment ipprojbita; billi b’dana kollu ċerti partijiet ta’ l-Arabja Sawdita ma jistgħux ikunu ħielsa mill-marda; Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Arabja Sawdita innotifikaw lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni uffiċjali ta’ stazzjoni uffiċjali ta’ kwarantina protett-mill-insetti qrib Riyadh u l-kampjuni tal-firem tal-veterinarji uffiċjali intitolati li jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ l-esportazzjoni internazzjonali; Billi minħabba s-sitwazzjoni tas-saħħa f’ċerti partijiet ta’ l-Arabja Sawdita jidher xieraq li jkun reġjonalizzat il-pajjiż ikkonċernat, sabiex jippermetti l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel irreġistrati biss mill-parti ħielsa mit-territorju ta’ l-Arabja Sawdita ħeiels mill-marda; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja trid tkun adottata skond is-sitwazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat; billi l-każ preżenti għandu x’jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati; Billi għal kjarezza l-kodiċi tal-pajjiżi ISO suppost ikun użat għall-emendi tal-listi ta’ pajjiżi terzi; Billi d-Deċiżjoni 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 92/195/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE jridu jkunu emendati b’mod xieraq; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fil-Parti 2 ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, il-kolonna speċjali għaż-żwiemel irreġistrati, is-segwenti linja hi mdaħħla bi qbil ma’ l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO tal-pajjiżi: "SA | L-Arabja Sawdita | X | (1)" | Artikolu 2 Il-Kliem li ġej huwa miżjud ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 92/160/KEE: "L-Arabja Sawdita it-territorju kollu, bl-eċċezzjoni taż-żoni ta’ sorveljanza u protezzjoni stabbiliti bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(2) (a) tad-Direttiva 90/426/KEE, u ddelineati bil-mod segwenti: 1. Iż-Żona ta’ protezzjoni 1.1. Il-Provinċja Jizan - il-provinċja kollha, apparti mill-parti tat-tramuntana tal-post tal-kontroll f’Ash Shuqaiq fit-triq Nru. 5 u t-tramuntana tat-triq Nru. 10. 1.2. Il-Provinċja Asir - il-parti tal-provinċja ddelineata bit-triq Nru. 10 bejn Ad Darb, Abha u Kamis Mushayt għat-tramuntana, ħlief il-każini ekwestrijani fil-bażijiet ta’ l-ajru u militari, - il-parti tal-provinċja ddelineata għat-tramuntana tat-triq Nru. 15 li twassal minn Kamis Mushayt sa Jarash, Al Uftah u Dhahran Al Janoub sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Najran, - il-parti tal-provinċja ddelineata sat-tramuntana tat-triq li twassal minn Al Uftah sa Al Fayd sa Badr Al Janoub (Il-Provinċja Najran). 1.3. Il-Provinċja Najran - il-parti tal-provinċja ddelineata mit-triq minn Al Uftah (il-provinċja Asir) sa Badr Al Janoub u sa As Sabt u minn As Sebt tul il-Wadi Habunah għall-konġunzjoni mat-triq Nru. 177 bejn Najran u Riyadh għat-tramuntana minn din il-konġunzjoni bit-triq Nru. 177 li twassal lejn nofs-in-nhar sal-konġunzjoni mat-triq Nru. 15 minn Najran sa Sharourah, - il-parti tal-provinċja fin-nofs-in-nhar tat-triq Nru. 15 bejn Najran u Sharourah u l-fruntiera mal-Jemen. 2. Iż-Żona ta’ Sorveljanza 2.1. il-Provinċja Jizan - -il-parti tal-provinċja kollha apparti mill-parti tat-tramuntana tal-post tal-kontroll tat-triq f’Ash Shuqaiq fi triq Nru. 5 u t-tramuntana tat-triq Nru. 10. 2.2. Il-Provinċja Asir - il-każini ekwestrijani fil-bażijiet ta’ l-ajru u militari, - il-parti tal-provinċja bejn il-fruntiera taż-żona ta’ protezzjoni u triq Nru. 209 minn Ash Shuqaiq sal-post tal-kontroll tat-triq Muhayil fuq it-triq Nru. 211, - il-parti tal-provinċja bejn il-post tal-kontroll fuq it-triq Nru. 10 fin-nofs-in-nhar ta’ Abha, l-belt ta’ Abha u l-post tal-kontroll tat-triq Ballasmer 65 km minn Abha fuq it-triq Nru. 15 li twassal għat-tramuntana, - il-parti tal-provinċja bejn Khamis Mushayt u l-post tal-kontroll tat-triq 90 km minn Abha fuq it-triq Nru. 255 sa Samakh u l-post tal-kontroll tat-triq f’Yarah, 90 km minn Abha, fuq it-triq Nru. 10 li twassal sa Riyadh, - il-parti tal-provinċja fin-nofs-in-nhar tal-linja virtwali bejn il-post tal-kontroll tat-triq f’Yarah fuq triq Nru. 10 u Khashm Ghurab fuq it-triq Nru. 177 sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Najran. 2.3. Il-Provinċja Najran - il-parti tal-provinċja fin-nofs-in-nhar tal-linja bejn il-post tal-kontroll tat-triq f’Yarah fuq it-triq Nru. 10 u Khashm Ghurab fuq it-triq Nru. 177 sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Najran sat-triq tal-post tal-kontroll Khashm Ghurab, 80 km minn Najran, u l-punent tat-triq Nru. 175 li twassal sa Sharourah." . L- Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hi emendata kif ġej: 1. Il-lista ta’ pajjiżi terzi fil-Grupp E ta’ l-Anness I hi mibdula bis-segwenti: "L-Emirati Arab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (1) (EĠ), l-Iżrael (IL) il-Ġordan (GO), il-Kuwajt (KW), il-Lebanon (LB), il-Libja (LY), il-Marokk (MA), Malta (MT), il-Mawrizjus (MU), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdita (1) (SA), is-Sirja (SY), it-Tuniżja (TN), it-Turkija (1) (TR).". 2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II (E) hu mibdul bis-segwenti: "ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA għall-ammissjoni temporanja taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità mill-Emirati Arab Magħquda, il-Baħrejn, l-Alġerija, l-Eġittu (1), l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lebanon, il-Libja, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdita (1), is-Sirja, it-Tuniżja, it-Turkija (1) għal perijodu ta’ anqas minn 90 ġurnata.". L- Artikolu 4 Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hi emendata kif ġej: 1. Il-lista ta’ pajjiżi terzi fil-Grupp E ta’ l-Anness I hi mibdula bis-segwenti: "L-Emirati Arab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (1) (EG), l-Iżrael (IL), il-Ġordan (GO), il-Kuwajt (KW), il-Lebanon (LB), il-Libja (LY), il-Marokk (MA), Malta (MT), il-Mawrizjus (MU), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdita (1) (SA), is-Sirja (SY), ir-Tuniżja (TN), it-Turkija (1) (TR).". 2. Il-lista tal-pajjiżi terzi taħt il-Grupp E fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II hu mibdul bis-segwenti: "L-Emirati Arab Magħquda, il-Baħrejn, l-Alġerija, l-Eġittu (1), l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lebanon, il-Libja, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdita (1), is-Sirja, it-Tuniżja, it-Turkija (1).". L- Artikolu 5 Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hi emendata kif ġej: 1. Il-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta’ l-Anness I hi mibdula bis-segwenti: "L-Emirati Arab Magħquda (2) (AE), il-Baħrejn (2) (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (1) (2) (EG), l-Iżrael (IL), il-Ġordan (2) (GO), il-Kuwajt (2) (KW), il-Lebanon (2) (LB), il-Libja (2) (LY), il-Marokk (MA), Malta (MT), il-Mawrizjus (MU), l-Oman, (2) (OM), il-Qatar (2) (QA), l-Arabja Sawdita (1) (2) (SA), is-Sirja (2) (SY), it-Tuniżja (TN).". 2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II (E) hu sostitwit b’dan li ġej: "ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA għall-importazzjoni fit-territorju tal-Komunità taż-żwiemel irreġistrati mill-Emirati Arab Magħquda, il-Baħrejn, l-Alġerija, l-Eġittu (1), l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lebanon, il-Libja, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdita (1), is-Sirja u ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel irreġistrati u dawk għat-tgħammir u l-produzzjoni mill-Alġerija, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, it-Tuniżja.". L- Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42 [2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15. [3] ĠU L 296, tal-5.11.1998, p. 16. [4] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27. [5] ĠU L 287, tal-21.10.1997, p. 54. [6] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67. [7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1. [8] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16. [9] ĠU L 286, tat-23.10.1998, p. 53. --------------------------------------------------