Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0088

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 ta' l-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni ta' l-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill

    ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/03/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/88/oj

    31997R0088



    Official Journal L 017 , 21/01/1997 P. 0017 - 0027


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

    ta' l-20 ta' Jannar 1997

    dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni ta' l-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament (KE) Nru 384/96 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ġlieda kontra l-importazzjoni ta' oġġetti li huma soġġetti għad-dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1], kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 2331/96 [2],

    Wara li kkonisdrat ir-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, ta' l-14 ta' Jannar 1997, li jwessa' l-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 dwar ir-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li tiddeċiedi l-intaxxar tad-dazju fuq din l-importazzjoni reġistrata taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 [3], u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    (1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ "Ir-Regolament ta' Referenza"), il-Kunsill wessa' d-dazju anti-dumping impost mir-Regoament (KEE) Nru 2474/93 [4] fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw minn dan il-pajjiż.

    (2) Ir-Regolament ta' Referenza jistabbilixxi ċertu prinċipji u linji ta' gwida li jirregolaw l-eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-dazju ta' l-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-rota.

    (3) Dan ir-Regolament għandu jippreżenta indikazzjonijiet preċiżi lill-partijiet interessati f'dak li jirrigwarda kif is-sistema ta' l-eżenzjoni sejra tkun applicata. B'mod partikolari, għandhom ikunu stabbiliti d-disposizzjonijiet relattivi għall-mod kif l-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet essenzali tar-rota jistgħu jkunu eżentati mill-applikazzjoni tad-dazzju estiż, u kif għanda tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni [5].

    (4) F'dan ir-rigward, is-sistema ta' eżenzjoni għanda tipprevedi tlett possibilitajiet ta' eżenzjoni kondizzjonata jew definitiva ta' l-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet essenzali tar-rota mill-applikazzjoni tad-dazzju estiż.

    L-ewwel nett, l-importazzjoni diretta ta' partijiet essenzali tar-rota huma eżentati mill-pagament tad-dazzju estiż kemm-il darba jkunu dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn jew għan-nom ta', persuna li timmonta eżentata mill-Kummissjoni.

    Fit-tieni lok, l-importazzjoni ta' partijiet essenzali tar-rota għandha tkun eżentata mid-dazzju estiż kemm-il darba huma mdaħħla fl-ambitu tal-kontroll ta' l-użu partikolari u huma kkonsenjati lill-persuna li timmonta eżentata jew meta huma dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew ikkonsenjati lill-persuna f'kwantitajiet limitati. F'dan ir-rigward, huwa xieraq illi jkun użat il-mekkaniżmu ġja eżistenti tal-kontroll ta' l-użu partikolari stabbilit mir-Regolament (KEE) Nru 2913/32 tal-Kunsill u r-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 tal-Kummissjoni [6], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru. 12/97 [7]mutatis mutandis. Fejn inqas minn 300 unità kull xahar ta' kwalunkwe tip ta' partijiet essenzali tar-rota huma dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn, jew ikkonsenjati lil, persuna, tali mportazzjoni mhux sejra jkollha effett ekonomiku sinjifikattiv, u għalhekk x'aktarx illi l-effett tad-dazju mpost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 sejjer jidgħajjef. Għaldaqstant, huwa meħtieġ illi jkun preżunt illi tali importazzjonijiet ma jikkostitwixxux xi forma ta' elużjoni.

    (5) Il-Kummissjoni hija inkarigata sabiex teżamina jekk l-operazzjoni ta' l-immuntar ta' persuna eżentata taqax taht l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament bażiku"), u ghalhekk teżenta lil dik il-persuna fejn huwa ġustifikat. Huma biss dawk il-persuni li jesegwixxu operazzjonijiet ta' muntar li jistgħu jissottomettu talba għall-eżenzjoni mill-Kummissjoni.

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex teżenta persuna li jesegwixxi operazzjonijiet ta' l-immuntar tikkostitwixxi awtorizzazzjoni skond it-tifsira fl-Artikolu tar-Regolament baziku.

    F'dan ir-rigward huwa xieraq illi, f'każijiet fejn l-importazzjoni ta' partijiet essenzali tar-rota huma eżentati mid-dazju estiż b'referenza għall-muntatur eżentat jew il-klawsola de minimis, il-kondizzjonijiet ta' eżenzjoni għandhom jistabbilixxu li l-Kummisjoni għandha tassikura illi l-partijiet huma effettivament użati fl-operazzjonijiet ta' l-immuntar tal-persuna eżentata u li jsir użu tajjeb mil-limitu de minimis.

    (6) L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw illi dawk il-partijiet huma ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-muntatur eżentat jew, permezz tas-sistema ta' kontroll ta' l-użu partikolari, li huma kkonsenjati lill-muntatur eżentat jew li jissodisfaw il-klawsola de minimis.

    (7) Fir-rigward tat-talba tal-muntatur għall-eżenzjoni mill-Kummissjoni, għandu jkun hemm disposizzjonijiet preċiżi relattivi ghall-ammissibilità tat-talbiet, il-mod kif ikunu esegwiti l-eżamijiet, il-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet, re-eżaminazzjoni u t-tħassir ta' eżenzjonijiet.

    Fl-interess ta' amministrazzjoni tajba, it-talbiet għandhom jipprovdu elementi ta' prova suffiċjenti dwar l-assenza ta' l-elużjoni u jkunu meqjusa ammissibbli mill-Kummissjoni biss jekk ikunu suffiċjentement ġustifikati. Sabiex tingħata deċiżjoni bla telf ta' żmien dwar l-ammissibilità ta' talbiet debitament ġustifikata, għandhu jkun preskritt terminu sabiex tittieħed id-deċiżjoni.

    Għandu jkun stabbilit terminu li fih il-Kummissjoni normalment tkun tista tiddeċiedi dwar il-mertu tat-talba.

    Il-Kummissjoni tista' terġa' teżamina il-muntaturi eżentati sabiex tivverifika jekk il-kondizzjonijiet ta' l-eżenzjoni kienux soddisfatti, b'mod partikolari permezz ta' kontrolli każwali.

    (8) Persuni oħra illi ma jistgħux ikunu eżentati mill-Kummissjoni għax ma jesegwux operazzjonijiet ta' l-immuntar jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta' eżenzjoni kemm il-darba huma jiddikjaraw illi l-merkanzija fl-ambitu tal-kontroll ta' użu partikolari u jikkonsenjaw partijiet essenzali tar-rota lill-partijiet eżentati jew lill-titolari oħra ta' awtorizzazzjonijiet ta' użu partikolari jew fl-applikazzjoni tal-klawsola de minimis.

    Il-klijenti ta' dawk il-persuni, jekk huma muntaturi li għadhom mhumiex eżentati u jekk juża partijiet fi kwantitajiet li jaqbżu il-minimu għandhom xorta waħda jiksbu l-eżenzjoni mill-Kummissjoni.

    (9) Fil-kaz ta' persuni li ssottomettew talbiet li huma debitament ġustifikati u li għadhom pendenti, l-eżami għandu jibda minnufih.

    L-awtorizzazzjoni għandha jkolla effett retroattiv għall-persuni li għandhom talbiet pendenti. Il-ħlas tad-dazju estiż għandu jkun sospiż mhux biss fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ddikjarata għall-immissjoni libera wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Referenza iżda kif ukoll għall-importazzjoni soġġetta għal dak id-dazju stabbilit mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta' Referenza.

    (10) Il-persuni li jesegwixxu operazzjonijiet ta' l-immuntar u li ħalsu d-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru. 2474/93 għandhom ikunu eżentati minn dan ir-Regolament.

    Dawn il-persuni għandhom ikunu eżentati b'effett retroattiv.

    (11) Flimkien ma' dan ir-Regolament għandu jkun anness elenku tal-persuni li fir-rigward tagħhom inbeda eżami u elenku ta' persuni li huma eżentati mid-dazju estiż. L-elenki mibdula u dawk aġġornati sejrin ikunu ppubblikati, minn żmien għal żmien u skond il-ħtieġa, fis-Serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    (12) Fl-aħħarnett, id-disposizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping, b'mod partikolari t-tmexxija ta' l-investigazzjonijiet, il-visti ta' verifika, in-nuqqas ta' koperazzjoni, il-kunfidenzalità, u d-drittijiet ta' proċedura tal-partijiet kkonċernati, għandhom japplikaw għall-proċeduri stabbiliti minn dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

    - "partijiet ta-rota" tfisser partijiet u aċċessorji oħra tar-rota skond il-kodiċi ĊN 87149110 sa 87149990,

    - "dazju estiż" tfisser id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, kif imwessgħa mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 71/97 (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ "Ir-Regolament ta' Referenza"),

    - "partijiet essenzali tar-rota" tfisser il-partijiet tar-rota hekk kif imfisser fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Referenza,

    - "operazzjoni ta' l-immuntar" tfisser operazzjoni ta' l-immuntar jew ta' kompletar tal-partijiet essenzali tar-roti,

    - "talba" tfisser talba minn persuna li tesegwixxi operazzjonijiet ta' l-immuntar bil-għan li tikseb l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3,

    - "il-persuna eżaminata" tfisser persuna li tesegwixxi operazzjonijiet ta' l-immuntar u li nbeda eżami tagħhom skond l-Artikolu 4(5) jew l-Artikolu 11(1), u

    - "persuna eżentata" tfisser kwalsiasi persuna li fir-rigward tiegħu, l-operazzjonijiet ta' l-immuntar ma jaqgħux taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 u li huwa eżentat permezz ta' l-Artikolu 7 jew 12 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-eżenzjoni ta' l-importazzjoni mid-dazju eżentat

    1. L-importanzzjoni ta' partijiet essenzali tar-rota huma eżentati mid-dazju estiż fil-każijiet fejn:

    - huma dikjarati ghaċ-cirkolazzjoni ħielsa minn jew għan-nom ta', persuna eżentata, jew

    - huma dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond id-disposizzjonijiet dwar il-kontroll ta' l-użu partikolari fl-Artikolu 14.

    2. L-importazzjoni ta' partijiet essenzali tar-rota huma eżentati proviżorjament mill-pagament ta' dazju estiż meta huma dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn jew għan-nom ta' persuna eżaminata.

    Artikolu 3

    Talba għall-eżenzjoni

    1. It-talbiet għandhom isiru bil-miktub f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għandha tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-applikant. It-talba għandha tintbagħat fl-indirizz is-segwenti:

    Kummissjoni Ewropea,

    Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni Ekonomiċi,

    Unità I/Ċ-3,

    CORT 100 4/59,

    Rue de la Loi/Weststraat 200,

    B-1049 Brussel;

    Nru tal-Fax (32-2) 295 65 05.

    2. Il-Kummissjoni tinforma l-applikant u l-Istati Membri immedjatatment hekk kif tirċievi t-talba.

    Artikolu 4

    L-ammissibilità tat-talbiet

    1. It-talba tkun ammissibbli jekk:

    (a) hemm provi li juru illi l-applikant qiegħed juża l-partijiet essenzali tar-rota għall-produzzjoni u l-immuntar tar-roti fi kwantitajiet ‘l fuq mill-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(ċ) jew assuma obbligazzjoni kuntrattwali irrevokabbli f'dan is-sens;

    (b) tipprovdi elementi ta' prova illi juru illi l-operazzjonijiet ta' l-immuntar ma jaqgħux taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96; u

    (ċ) fi żmien 12-il xahar qabel it-talba, ma kienitx rifjutata lill-applikant l-awtorizzazzjoni ta' eżenzjoni skond l-Artikolu 7(3) jew (4) jew l-eżenzjoni ma tħassritx skond l-Artikolu 10.

    2. Jista' jkun preskritt terminu adegwat għas-sottomissjoni ta' l-informazzjoni supplimentari neċessarja għad-deċiżjoni dwar l-ammissibilità tat-talba. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tingħatax fit-terminu speċifikat, it-talba tkun meqjusa li mhijiex ammissibbli.

    3. Normalment l-ammissibbilità tat-talba debitament dokumentata skond il-paragrafi 1 u2 tkun deċiża fi żmien 45 ġurnata minn meta kienet irċevuta. L-applikant għandhu jingħata l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-konklużjonijiet fil-mertu ta' l-ammissibbilità tat-talba.

    4. Jekk it-talba mhijiex ammissibbli, din tkun imwarrba permezz ta' Deċiżjoni wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Konsultattiv.

    5. Jekk it-talba hija ammissibbli jinbeda l-eżami b'effett immedjat u l-applikant u l-Istati Membri jkunu notifikati.

    Artikolu 5

    Sospensjoni tal-pagament tad-dazji

    1. Mill-ġurnata li tkun wasslet it-talba konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Arikolu (3)(1) u sakemm tingħata d-deċiżjoni dwar il-merti skond l-Artikoli 6 u 7, il-pagament tad-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Referenza sejjer ikun sospiż fir-rigward ta' kwalunkwe importazzjoni ta' partijiet essenzali tar-rota ddikjarata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-persuna eżaminata.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jissosspendu l-pagament tad-dazju estiż kemm-il darba jipprovdu garanzija għall-pagament tad-dazju estiż fil-każ illi t-talba tkun dikjarata inammissibbli skond l-Artikolu 4(4) jew imwarrba skond l-Artikolu 7(3) jew (4).

    Artikolu 6

    L-eżami tat-talba

    1. Matul il-kors ta' l-eżami, il-Kummissjoni tista', jekk jidhrilha xieraq, titlob iżjed informazzjoni mill-applikant u/jew tesegwixxi verifiki fuq il-post. Normalment l-eżami jsir fuq perjodu ta' sitt xhur qabel ma tkun wasslet t-talba.

    2. Il-persuna eżaminata għandha tassigura illi fi kwalunkwe ħin il-partijiet essenzali li jkunu dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa huma użati f'operazzjonijiet ta' l-immuntar, jew distrutti jew ri-esportati. Għandha żżomm dokumentazzjoni dwar il-partijiet essenzali tar-rota li kienu kkonsenjati lilha – u l-użu li sar minnhom. Din id-dokumentazzjoni għandha tinżamm għall-perjodu ta' tlett snin, mill-inqas. Id-dokumentazzjoni u kwalunkwe prova jew informazzjoni addizzjonali oħra ghandhom ikunu mogħdija lill-Kummissjoni hekk kif ikunu mitluba.

    3. L-eżami dwar il-merti tat-talba normalment ikunu terminati fi żmien tnax il-xahar wara n-notifika skond l-Artikolu 4(5).

    4. Qabel ma tkun adottata deċiżjoni skond l-Artikolu 7, l-applikant ikun infurmat bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talba u jingħata l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

    Artikolu 7

    Deċiżjoni

    1. Fejn il-fatti li huma finalment deċiżi juru illi l-operazzjonijiet ta' l-immuntar ta' l-applikant ma jaqgħux fil-kuntest ta' l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, l-eżenzjoni mid-dazju estiż ta' l-applikant għandha tkun awtorizzata, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv.

    2. Id-deċiżjoni għandha effett retroattiv mid-data ta' meta waslet it-talba. Id-dejn doganali ta' l-applikant skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Referenza jkun kkonsidrat null minn dik id-data.

    3. Fejn il-kriterji ta' eżenzjoni mhumiex sodisfatti, it-talba għandha, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tkun imwarrba u s-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż imsemmi fl-Artikolu 5 imħassar.

    4. Kwalunkwe vjolazzjoni ta' l-obligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) jew kwalunkwe dikjarazzjoni falza fir-rigward ta' deċiżjoni tista' tikkostitwixxi raġuni sabiex it-talba tkun imwarrba.

    Artikolu 8

    L-obbligazzjonijiet tal-partijiet eżentati

    1. Il-partijiet eżentati għandhom jassikuraw illi f'kull ħin:

    (a) l-operazzjonijiet ta' l-immuntar ma jaqgħux taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96;

    (b) il-partijiet essenzali tar-rota kkonsenjati lilhom u li kienu eżentati mid-dazju estiż skond l-Artikolu 2 jkunu utilizzati fl-operazzjonijiet ta' l-immuntar, distrutti jre ri-esportati, jew mibjugħin mill-ġdid lill-persuna eżentata oħra.

    2. Persuna eżentata għandha żżomm id-dokumentazzjoni tal-partijiet essenzali tar-rota kkonsenjati lilha u l-użu li sar minnhom. Għandha żżomm dokumentazzjoni u provi pertinenti oħra għal mill-inqas tlett snin. Din id-dokumentazzjoni għandha tkun għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni hekk kif tkun mitluba.

    Artikolu 9

    Reviżjoni

    1. Il-Kummissjoni tista', bl-inizjattiva tagħha stess reviżjoni s-sitwazzjoni tal-persuna eżentata sabiex tivverifika illi l-operazzjonjiet ta' l-immuntar ma jaqgħux taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 384/96.

    2. Din ir-reviżjoni għandha tikkonsisti f-eżami għall-perjodu li jista' jkun inqas minn sitt xhur.

    Artikolu 10

    It-tħassir ta' eżenzjoni

    Eżenzjoni tista' tkun imħassra, wara lill-persuna eżentata ingħata l-possibbiltà sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv:

    - fejn ir-reviżjoni turi illi l-operazzjonijiet ta' l-immuntar tal-persuna eżentata huma skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96,

    - il-vjolazzjoni ta' l-obligazzjonijiet tal-persuna skond l-Artikolu 8(2), jew

    - nuqqas ta' koperazzjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.

    Artikolu 11

    Talbiet pendenti

    1. It-talbiet pendenti mniżżla fl-Anness I huma ammissibbli u l-eżamijiet skond l-Artikolu 6 huma mibdija.

    2. Id-data tal-wasla tat-talba skond it-tifsira moghtija fl-Artikolu 5(1) tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    3. Sakemm tingħata d-decizjoni dwar il-merti tat-talbiet tal-partijiet imniżżla fl-Anness I, il-pagament tad-dejn doganali tad-dazju estiż skond l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament għandu jkun sospiż b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament.

    4. Id-deċiżjonijiet skond l-Artikolu 7(2) fir-rigward tal-persuni mniżżla fl-Anness I għandhom ikollhom effett retroattiv mill-20 ta' April 1996. Id-dejn doganali tad-dazju estiż ta' l-applikant għandhom ikunu kkonsidrati nulli minn dik id-data.

    Artikolu 12

    Il-partijiet eżentati minn dan ir-Regolament

    Il-persuni mniżżla fl-Anness II huma eżentati mid-dazju estiż b'effett mill-20 ta' April 1996.

    Artikolu 13

    Disposizzjonijiet proċedurali

    Id-disposizzjonijiet relevanti fir-Regolament (KE) Nru 384/96 fir-rigward:

    - tat-tmexxija ta' l-investigazzjonijiet (Artkolu 6 (2), (3), (4) u (5)),

    - tal-visti ta' verifika (L-Artikolu 16),

    - tan-nuqqas ta' koperazzjoni (L-Artikolu 18), u

    - tal-kunfidenzalità (L-Artikolu 19),

    ghandhom japplikaw għall-eżamijiet skond dan ir-Regolament.

    Artikolu 14

    L-eżenzjoni subordinata għall-kontroll ta' l-użu partikolari

    Fejn l-importazzjoni tal-partijiet essenzali tar-rota huma ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn persuna li mhijiex il-persuna eżentata, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Referenza, għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tad-dazju estiż skond l-istruttura Tarik f-Anness III u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 291 u 304 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li għandha tkun applikabbli mutatis mutandis fejn:

    (a) il-partijiet essenzali tar-rota huma kkonsenjati lill-persuna eżentata skond l-Artikoli 7 u 12; jew

    (b) il-partijiet essenzali tar-rota huma kkonsenjati lill-persuna oħra titolari ta' l-awtorizzazzjoni skond it-tifsira mogħtija mill-Artikolu 291 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93; jew

    (ċ) dikjarazzjoni, fuq bażi mensili, ta' kwantità ta' inqas minn 300 unità kull tip ta' parti essenzali tar-rota għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-persuna li kkonsenjatha. In-numru tal-partijiet ddikjarati jew kkonsenjati lil kwalunkwe persuna għandhom ikunu kkalkulati permezz ta' referenza għan-numru ta' partijiet ddikjarati jew ikkonsenjati lil kull persuna assoċjata jew marbuta ma' arranġament ta' kumpens ma' dik il-persuna.

    Artikolu 15

    Disposizzjoni speċjali għall-persuni li qegħdin jirċievu konsenji de minimis

    1. Il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tista' tiddeċiedi, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, illi teżamina l-persuni li jiddikjaraw iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-partijiet essenzali tar-rota jew jirċievu konsenji skond l-Artikolu 14(c).

    2. Fejn hu misjub illi l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 iddikjaraw iċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew irċevew konsenji ta' kwantitajiet ta' partijiet essenzali tar-rota ‘l fuq mil-limitu preskritt fl-Artikolu 14(c), jew fejn ma kkoperawx fl-eżami, ikunu meqjusa li jaqgħu taħt id-dispozizzjoni ta' l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96. Wara li l-persuna interessata tingħata l-possibbiltà sabiex tagħti l-osservazzjonijiet tagħha, dawk il-konklużjonijiet ikunu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

    3. Fejn il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 abbużaw mill-Artikolu 14(c) sabiex jevitaw li jħallsu id-dazju estiż, jista' jintalab il-ħlas tad-dazju estiż li ma kienx intaxxat fuq il partijiet essenzali tar-rota ddikkjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn dawn il-persuni jew kkonsenjati lilhom wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 16

    Skambju ta' l-informazzjoni

    1. Kull informazzjoni dwar il-persuni li fir-rigward tagħhom inbeda eżami skond l-Artikolu 4 jew ittieħdet deċiżjoni skond l-Artikolu 7 jew 10, għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritjajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

    2. L-elenku aġġornat tal-persuni eżaminati jew eżentati sejjer ikun ippubblikat minn żmien għal żmien liema elenku sejjer ikun mibgħut lill-persuni nteressati li jitolbuħ.

    3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sejrin jibgħatu lill-Kummissjoni fi żmien xahar wara perjodu ta' tlett xhur, informazzjoni sommarja dwar il-partijiet eżentati skond il-mudell stabbilit mill-Anness IV.

    Artikolu 17

    Disposizzjonjiet dwar id-dazju doganali

    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sejrin japplikaw id-disposizzjonijiet viġenti dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 18

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament sejjer jidħol fis-seħħ fil-ġurnata li ssegwi l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Jannar 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Leon Brittan

    Viċi-President

    [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 317, tas-6.12.1996, p. 1.

    [3] ĠU L 16, tat-18.1.1997, p. 55.

    [4] ĠU L 228, tad-9.9.1993, p. 1.

    [5] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [6] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [7] ĠU L 9, tat-13.1.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    IL-PARTIJIET EŻAMINATI

    (Kodiċi addizzjonali Tarik: 8962)

    Nota:

    Il-partijiet interessati huma avvżati illi fil-futur wara li jkunu wasslu t-talbiet skond l-Artikolu 3(1) jew wara d-deċiżjoniet dwar eżamijiet pendenti skond l-Artikolu 7, elenki ġodda u aġġornati "tal-partijiet li ssottomettew it-talba tagħhom skond l-Artikolu 3(1) jew li qegħdin ikunu ezaminati skond l-Artikolu 11" sejrin ikunu ppublikati, minn zmien ghal zmien u skond il-każ, fis-Serje Ċ tal-Ġ.U. tal-K.E, jew jista' jkun miksub mill-indirizz imsemmi fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

    Isem | Belt | Pajjiz |

    Dangre Cycles | F–59770 Marly | Franza |

    Derby Cyclewerke GmbH | D–49661 Cloppenburg | Ġermanja |

    Engelbert Meyer GmbH | D–49692 Sevelten | Ġermanja |

    Fa. Alfred Fischer | D–76229 Karlsruhe | Ġermanja |

    Falter Fahrzeug-Werke GmbH & Co. KG | D–33609 Bielefeld | Ġermanja |

    Kynast AG | D–Quakenbrück | Ġermanja |

    Monark Crescent | S–432 82 Varberg | Svezja |

    Muddy Fox | Middlesex UB6 7RH | Renju Unit |

    Quantum Cycles | F–59770 Marly | Franza |

    Pantherwerke | D–37537 Bad Wildungen | Ġermanja |

    PRO-FIT Sportartikel | D–74076 Heilbronn | Ġermanja |

    Prophete GmbH | D–33378 Rheda–Wiedenbrück | Ġermanja |

    Tekno Cycles | F–93102 Montreuil Cedex | Franza |

    TNT Cycles | E–17180 Vilablareix (Girona) | Spanja |

    Winora–TME Bike Company | D–97405 Schweinfurt | Ġermanja |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    PARTIJIET EŻENTATI

    (Kodiċi addizzjonali Tarik: 8963)

    Nota:

    Il-partijiet interessati huma avvżati illi d-deċiżjonijiet futuri dwar l-eżenzjoni skond l-Artikolu 7 jew it-tħassir ta' l-eżenzjonijiet skond l-Artikolu 10, elenki ġodda u aġġornati dwar "il-partijiet eżentati skond l-Artikoli 7 u 12" sejrin ikunu ppubblikati, minn żmien għal żmien u skond il-każ, fis-Serje Ċ tal-Ġ.U. tal-Komunitajiet Ewropej, jew jista' jinkiseb mill-indirizz imsemmi fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

    Isem | Belt | Pajjiż | Data ta' Dħul |

    Batavus | NL-8440 AM Heerenveen | L-Olanda | ta' l- 20.04.1996 |

    BH Bicicletas de Alava | E-01080 Vitoria | Spanja | ta' l- 20.04.1996 |

    Cycles Mercier – France-Loire | F-42162 Andrezieux – Boutheon Cedex | Franza | ta' l- 20.04.1996 |

    Cycleurope International/Peugeot | F-10100 Romily-sur-Seine | Franza | ta' l- 20.04.1996 |

    Dawes Cycles | UK-Birmingham B11 2DG | Renju Unit | ta' l- 20.04.1996 |

    Hercules | D-90441 Nurnberg | Germanja | ta' l- 20.04.1996 |

    Micmo/Gitane | F-44270 Machecoul | Franza | ta' l- 20.04.1996 |

    Moore Large & Co. | UK-Derby DE24 9GI | Renju Unit | ta' l- 20.04.1996 |

    Promiles | F-59650 Villeneuve d'Ascq | Franza | ta' l- 20.04.1996 |

    Raleigh | UK-Nottingham NG7 2DD | Renju Unit | ta' l- 20.04.1996 |

    Tandem Group | UK-York Y01 4YU | Renju Unit | ta' l- 20.04.1996 |

    --------------------------------------------------

    ANNEX III

    STRUTTURA TARIK

    87149110 | – – – Qafas: |

    – – – – Mizbugħin, anodizzati, illustrati u/jew mogħdija bil-verniċ: |

    8714911011 | – – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina: fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714911019 | – – – – – Oħrajn |

    8714911090 | – – – – Oħrajn |

    87149130 | – – – Il-frieket ta' quddiem: |

    – – – – Miżbugħin, anodizzati, illustrati u/jew mogħdija bil-verniċ: |

    8714913011 | – – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina: fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714913019 | – – – – – Oħrajn |

    8714913090 | – – – – Oħrajn |

    87149390 | – – – Roti-sprokit ta' wara "free-wheel": |

    8714939010 | – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714939090 | – – – – Oħrajn |

    87149430 | – – – Brejkijiet ohra: |

    8714943010 | – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714943090 | – – – – Oħrajn |

    87149490 | – – – Partijiet: |

    – – – – Levers tal-brejkijiet: |

    8714949011 | – – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714949019 | – – – – – Oħrajn |

    8714949090 | – – – – Oħrajn |

    87149630 | – – – Crank-gear: |

    8714963010 | – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714963090 | – – – – Oħrajn |

    87149910 | – – – Manubriji: |

    8714991010 | – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714991090 | – – – – Oħrajn |

    87149950 | – – – Váltók: |

    8714995010 | – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina: fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714995090 | – – – – Oħrajn |

    87149990 | – – – Gerijiet derailleur: |

    – – – – Kerékegyüttes gumibelsővel, abronccsal és kerékaggyal: |

    8714999011 | – – – – – Li joriġinaw jew li huma mibgħuta miċ-Ċina fi kwantitajiet taħt it-300 unita kull xahar jew li sejrin ikunu trasferiti lill-partijiet fi kwantitajiet that it-300 unità kull xahar, jewli sejrin ikunu trasferiti lil dik il-persuna li sejra tuża l-awtorizzazzjoni jew lill-partijiet eżentati |

    8714999019 | – – – – – Oħrajn |

    8714999090 | – – – – Oħrajn |

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    Format ta' l-Informazzjoni

    IL-KONTROLL TA' L-UŻU PARTIKOLARI TAL-PARTIJIET TAR-ROTA LI JORIĠINAW MIĊ-ĊINA

    IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) NUMRU 88/97 [1]

    (Informazzjoni skond l-Artikolu 16 tar-Regolament li jidher hawn fuq)

    (għandu jkun sottomess fi żmien xahar mit-tmiem tal-kwart mis-sena in kwistjoni)

    Stat Membru: … | Sena: … Kwart: … |

    A. SOMMARJU

    - Numru ta' awtorizzazzjoni f'użu partikolari konċessi: …

    - Numru ta' awtorizzazzjoni f'użu partikolari skaduti: …

    - Numru ta' awtorizzazzjoni f'użu mħassra [2] …

    Volumi [3]tal-qafas tar-roti [4]:

    - imdaħħla taħt il-kontroll ta' l-użu parikolari: …

    - imdaħħla taħt il-kodiċi Tarik addizzjonali 8962: …

    - imdaħħla taħt il-kodiċi Tarik addizzjonali 8963: …

    B. IT-TITOLARI PRINĊIPALI TA' L-AWTORIZZAZZJONI TA' L-UŻU PARTIKOLARI

    +++++ TIFF +++++

    C. IT-TWETTIQ U INFORMAZZJONI KUMPLIMENTARI

    +++++ TIFF +++++

    D. THASSIR TA' L-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-UŻU PARTIKOLARI

    +++++ TIFF +++++

    [1] GU numru I.17, tal- 21.1.1997, p. 17.

    [2] Ara Sezzjoni D ta' din …ta' l-informazzjoni.

    [3] Unitajiet supplimentarji.

    [4] Kodici CN ex87149110.

    --------------------------------------------------

    Top