This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0847
Council Regulation (EC) No 847/96 of 6 May 1996 introducing additional conditions for year-to-year management of TACs and quotas
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti
ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2010
Official Journal L 115 , 09/05/1996 P. 0003 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, barra mid-dispożizzjonijiet mniżżlin fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li jwaqqaf sistema Komunitarja għas-sajd u l-akwakultura [3], hemm bżonn li jitniżżlu kondizzjonijiet għat-tkomplija ta' attivitajiet ta' sfruttament li għandhom itejbu l-mekkaniżmi li huma preżentament disponibbli bl-introduzzjoni tal-flessibilità xierqa minn sena għal sena fit-tmexxija tal-qabdiet totali permessi (TAC) u l-kwoti li, f'ċerti limiti, huma kumpatibbli mal-politiki ta' konservazzjoni; Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, huwa l-Kunsill li jistabbilixxi d-disponibbilatjiet tas-sajd li għandhom jigu allokati lill-Istati Membri u sabiex jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aġġustament ta' dawk id-disponibbilitajiet minn sena għal dik li tmiss; Billi hemm bżonn li l-ħażniet soġġetti għal TAC prekawzjonali jew analitiċi jiġu definiti; Billi hemm bżonn li jigu definiti, qabdiet mniżżla l-art permessi minn ħażna, għall-iskop ta' dan ir-Regolament; Billi, taħt ċertu kondizzjonijiet, it-TAC prekawzjonali u kwoti għal certu ħażniet jistgħu jiġu riveduti 'l fuq matul is-sena b'periklu negliġibbli li jiġi mnawwar il-prinċipju ta' sfruttament responsabbli u razzjonali tar-riżorsi tal-baħar; Billi huwa xieraq li l-Istati Membri jigu mħeġġa jittrasferixxu parti mill-kwoti tagħhom ta' ħażniet soġġetti għal TAC analitika minn sena għal oħra f'ċerti limiti; Billi ħażniet oħra soġġetti jew għal TAC analitka jew prekawzjonali jistgħu jkunu magħrufa li qegħdin fi stat ta' sfruttament tali li żieda fil-TAC ma tkunx deżiderabbli; Billi sajd żejjed mill-kwoti għandu jigi penalizzat; billi dan jista' jinkiseb billi jiġu imposti riduzzjonijiet xierqa fil-kwota tas-sena ta' wara fuq l-Istat Membru risponsabbli għas-sajd żejjed; billi, b'mod konformi ma' l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll applikabbli għal politika tas-sajd komuni [4], il-Kunsill għandu jadotta regoli li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista' topera tnaqqis mill-kwoti meta jkun sar sajd żejjed, billi jitqies il-grad ta' sajd żejjed, kull każ ta' sajd żejjed fis-sena ta' qabel u l-istat bijoloġiku tar-riżorsi involuti, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. TAC prekawzjonali għandhom japplikaw għal ħażniet li għalihom l-ebda valutazzjoni fuq bażi xjentifika ta' possibilitajiet ta' sajd mhi disponibbli għas-sena li fiha t-TAC jiġi ffissat; TAC analitiċi għandhom japplikaw għal każijiet l-oħra. 2. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, qabdiet permessi minn ħażna għandhom jikkonsistu, għall-Istat Membru in kwistjoni, fil-kwota allokata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, kif modifikat permezz ta': - it-tibdil magħmul fuq il-bażi ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, - il-kumpens maħsub mill-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, - il-kwantitajiet miżmuma fuq il-bażi ta' l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, u, - it-tnaqqis maħsub mill-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Meta jiġu ffissati t-TAC skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, il-Kunsill għandu jiddeċiedi: - liema ħażniet huma soġġetti għal TAC prekawzjonali u liema ħażniet huma soġġetti għal TAC analitiku, fuq il-bażi ta' parir xjentifiku dwar il-ħażniet, - il-ħażniet li għalihom l-Artikoli 3 u 4 m'għandhomx japplikaw, fuq il-bażi ta' l-istat bijoloġiku tal-ħażniet u ta' l-impenji ma' pajjiżi terzi, - il-ħażniet li għalihom ma jkunx japplika t-tnaqqis maħsub fl-Artikolu 5(2) għandhom japplikaw, fuq il-bażi ta' l-istat bijoloġiku. L-Artikolu 3 1. Meta aktar minn 75 % tat-TAC prekawzjonali tiġi utiliżżata qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena ta' l-applikazzjoni tagħha, Stat Membru bi kwota għall-ħażna li għaliha tkun ġiet ifissata t-TAC jista' jitlob żieda fit-TAC. Din it-talba, akkumpanjata bl-informazzjoni bijoloġika ta' appoġġ u indikazzjoni tal-kobor tar-reviżjoni, għandha tiġi indirizzata lill-Kummisjoni. Il-Kummissjoni, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol, għandha teżamina l-elementi kollha tat-talba bil-ħsieb li tippreżenta lill-Kunsill proposta għal emenda lir-Regolament li jiffissa TAC u kwoti jekk tinsab li hi ġustifikata. L-Istat Membru għandu jigi mgħarraf bir-riżultati ta' l-eżami. 2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu qabdiet sa 5 % iktar mill-qabdiet permessi. Iżda, dawn il-qabdiet għandhom jitqiesu li jiskorru l-qabdiet permessi f'dak illi jirrigwarda it-tnaqqis maħsub fl-Artikolu 5. 3. Meta aktar minn 75 % tal-kwota ta' ħażna soġġetta għal TAC prekawzjonali tkun ġiet utilizzata qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena ta' l-applikazzjoni tagħha, l-Istat Membru li jkun ġie allokat din il-kwota jista' jitlob il-permess tal-Kummissjoni biex jaqbad kwantitajiet addizzjonali ta' ħut ta' l-istess ħażna billi jindika l-kwantità addizzjonali meħtieġa, din il-kwantità m'għandiex taqbeż l-10 % tal-kwota xierqa. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar dawn it-talbiet fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. Il-kwantitajiet addizzjonali mogħtija skond din il-proċedura għandhom jitqiesu li jiskorru l-qabdiet permessi għall-iskopijiet tat-tnaqqis maħsub fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 4 1. L-Artikolu 3(2) u (3) għandu japplika għall-ħażniet soġġetti għal TAC analitika. 2. Għal ħażniet soġġetti għal TAC analitika, ħlief għal dawk imsemmijin fl-Artikolu 5(2), Stat Membru li għalih tkun ġiet allokata kwota rilevanti jista' jitlob lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena ta' applikazzjoni tal-kwota, biex iżomm 10 % tal-kwota tiegħu biex tiġi trasferita lis-sena li tmiss. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għandha żżid mal-kwota rilevanti l-kwantità miżmuma. L-Artikolu 5 1. Ħlief għal ħażniet msemmijin fil-paragrafu 2, il-qabdiet kollha li jiskorru l-qabdiet permessi rispettivi għandhom jitnaqqsu mill-kwoti ta' l-istess ħażna tas-sena ta' wara. 2. Għall-ħażniet msemmijin fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 2, sajd iżjed mill-qabdiet permessi għandu jwassal għal tnaqqis mill-kwota korrispondenti tas-sena ta' wara skond l-iskeda li ġejja: Is-sajd żejjed meta mqabbel mal-livelli permessi | It-Tnaqqis | L-ewwel 10 % | Sajd żejjed × 1,00 | L− 10 % ta' wara sa 20 % f'total | Sajd żejjed × 1,10 | L-20 % ta' wara sa 40 % f'total | Sajd żejjed × 1,20 | Kull sajd żejjed iktar minn 40 % | Sajd żejjed × 1,40 | Iżda, tnaqqis ekwivalenti għas-sajd żejjed × 1,00 għandu japplika f'kull każ ta' sajd żejjed relattiv ma' qabdiet permessi ekwivalenti għal, jew inqas minn, 100 tunnellata metrika. 3 % addizzjonali mill-kwantità li tinqabad iktar mill-qabdiet permessi għandha titnaqqas għal kull sena suċċessiva li fiha l-qabdiet permessi jinqabżu b'aktar minn 10 %. 3. It-tnaqqis jkun bla ħsara għall-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. L-Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1997. Iżda l-Artikolu 5 jkun japplika mill-1 ta' Jannar 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Mejju 1996. Ghall-Kunsill Il-President G. Lombardi [1] ĠU C 382, tal-31.12.1994, p. 4. [2] ĠU C 249, tal-25.9.1995, p. 84. [3] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. [4] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 2870/95 (ĠU L 301, ta' l-14.12.1995, p. 1). --------------------------------------------------