EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0287

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1991 dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità

ĠU L 144, 8.6.1991, p. 45–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/287/oj

31991L0287



Official Journal L 144 , 08/06/1991 P. 0045 - 0046
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0116
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0116


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-3 ta’ Ġunju 1991

dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità

(91/287/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-rakkomandazzjoni 84/549/KEE [4] issejjaħ għall-introduzzjoni ta’ servizzi fuq il-bażi ta’ approċċ komuni armonizzat fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet;

Billi l-Kunsill fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Ġunju, 1988 [5] dwar l-iżvilupp tas-suq komuni għal servizzi u tagħmir ta’ telekomunikazzjonijiet isejjaħ għall-promozzjoni ta’ servizzi ma’ l-Ewropa kollha skond il-ħtiġiet tas-suq;

Billi r-riżorsi offruti min-networks moderni ta’ telekomunikazzjonijiet għandhom ikunu utilizzati b’mod sħiħ għall-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Stati Membri dwar il-kompatibilità elettromanjetika [6] hija applikabbli, u għandha tingħata attenzjoni partikulari biex tkun evitata interferenza elettromanjetika ta’ dannu;

Billi s-sistemi preżenti ta’ telefon mingħajr fili użati fil-Komunità, u l-firex ta’ frekwenzi li joperaw fihom, ivarjaw ħafna u jistgħu ma jippermettux il-benefiċċji minn servizzi mifruxa ma’ l-Ewropa jew il-benefiċċju mill-ekonomiji ta’ skala assoċjati ma’ suq tassew Ewropew;

Billi l-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni (ETSI) qiegħed fil-preżent jiżviluppa l-Istandard Ewropew - tat-Telekomunikazzjonijiet (ETS) jew telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT);

Billi l-iżvilupp ta’ l-Istandard Ewropew tat-Telekomunikazzjonijiet (ITE) għandu jqis is-sigurtà ta’ l-utenti, u l-ħtieġa għal interoperabilità ma’ l-Ewropa kollha u jagħmilha possibbli għall-utenti li jkollhom servizz ibbażat fuq it-teknoloġija tad-DECT fi Stat Membru wieħed biex ikollhom aċċess għas-servizz f’kull Stat Membru ieħor, fejn xieraq;

Billi l-implimentazzjoni Ewropea tad-DECT se tipprovdi opportunità importanti biex ikunu stabbiliti faċilitajiet tassew Ewropej ta’ telefon diġitali mingħajr fili;

Billi l-ETSI għamel stima li d-DECT ikun jirrikjedi 20 MHz f’żoni ta’ densità għolja;

Billi l-Konferenza Ewropea ta’ l-Ammininistrazzjonijiet Postali u Telekomunikazzjonijiet (CEPT) irrakkomandat il-firxa ta’ frekwenza komuni Ewropea 1880-1900 MHz għad-DECT, filwaqt li rrikonoxxiet li, skond l-iżvilupp tas-sistema tad-DECT, jista’ jkun mitlub l-ispettru tal-frekwenza addizzjonali;

Billi dan għandu jitqies fil-preparazzjoni għall-Konferenza Dinjija Amministrattiva tar-Radju (WARC) ta’ l-1992;

Billi wara d-data ta’ l-allokazzjoni tal-firxa ta’ frekwenza għad-DECT, servizzi eżistenti jistgħu jibqgħu fil-firxa, sakemm ma jfixklux is-sistemi tad-DECT li jistgħu jkunu stabbiliti skond id-domanda kummerċjali;

Billi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill 91/288/KEE tat-3 ta’ Ġunju 1991 dwar l-introduzzjoni kkordinata tad-DECT fil-Komunità [7], għandha tiżgura l-implimentazzjoni tad-DECT l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tiegħu [8] għandha tippermetti l-istabbiliment bil-ħeffa ta’ speċifikazzjonijiet ta’ konformità komuni għad-DECT;

Billi l-istabbiliment tad-DECT jiddependi fuq l-allokazzjoni u d-disponibilità tal-firxa ta’ frekwenza biex wieħed jittrasmetti u jirċievi bejn stazzjonijiet b’bażi fissa u stazzjonijiet mobbli;

Billi se tkun tinħtieġ xi flessibilità biex jittieħed kont tal-ħtiġiet ta’ frekwenzi differenti fi Stati Membri differenti; ikun se jkun meħtieġ li jkun żgurat li flessibilità bħal din ma tnaqqassx il-ħeffa ta’ l-implimentazzjoni tat-teknoloġija tad-DECT skond id-domanda kummerċjali fil-Komunità;

Billi d-disponibilità progressiva tal-medda sħiħa tal-firxa ta’ frekwenza spjegata iktar ‘il fuq se tkun indispensabbli għat-twaqqif tad-DECT fuq bażi Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, is-sistema tat-telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropea mingħajr fili (DECT) għandha tfisser teknoloġija li tikkonforma ma’ l-Istandard Ewropew tat-Telekomunikazzjonijiet (ETS) għal telekomunikazzjonijiet diġitali mingħajr fili li għalihom tirreferi r-rakkomandazzjoni 91/288/KEE, u mas-sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet, kemm pubbliċi u kemm privati, li direttament jutilizzaw din it-teknoloġija.

Artikolu 2

L-Istati Membri, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni ta’ CEPT T/R 22-02 tal-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjoni Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet jallokaw il-firxa ta’ frekwenzi 1880-1900 MHz għal telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) sa l-1 ta’ Jannar, 1992.

Bi qbil mar-Rakkomandazzjoni ta’ CEPT, DECT għandha jkollha priorità qabel servizzi oħra fl-istess firxa, u tkun protetta fil-firxa allokata.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1991. Huma għandhom jgħarrfu mill-ewwel b’dan lill-Kummissjoni.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-aħħar ta’ l-1995.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ġunju, 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Bodry

[1] ĠU Ċ 187, 27.7.1990, p. 5.

[2] ĠU Ċ 19, 28.1.1991, p. 97uĠU Ċ 106, 22.4.1991, p. 78.

[3] ĠU Ċ 332, 31.12.1990, p. 172.

[4] ĠU L 298, 16.11.1984, p. 49.

[5] ĠU Ċ 257, 4.10.1988, p. 1.

[6] ĠU L 139, 23.5.1989, p. 19.

[7] Ara paġna 47 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[8] ĠU L 128, 23.5.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

Top