Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006A1128(01)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-Servizzi ta’ l-Ajru

    ĠU L 330, 28.11.2006, p. 19–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 203–211 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    Related Council decision
    Related Council decision

    22006A1128(01)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-Servizzi ta’ l-Ajru

    Official Journal L 330 , 28/11/2006 P. 0019 - 0027
    Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0203 - 0211


    20060717

    Ftehim

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-Servizzi ta' l-Ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    minn naħa waħda,

    u

    IR-REPUBBLIKA ORJENTALI TA' L-URUGWAJ (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Urugwaj")

    min-naħa l-oħra,

    (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'il-Partijiet')

    FILWAQT LI JINNUTAW li ġew iffirmati ftehimiet ta' servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Urugwaj li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea,

    FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet ta' servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi bl-ajru Komunitarji stabbiliti f'xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi.

    WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti stati terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn l-Istati terzi li jiksbu sehem ta' proprjetà fi trasportaturi bl-ajru liċenzjati konformement mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Urugwaj, li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, għandhom jinġiebu f'konformità sħiħa ma' dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj u sabiex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta' tali servizzi ta' l-ajru,

    FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi Komunitarja Ewropea t-trasportaturi bl-ajru ma jistgħux, fil-prinċipju, jikkonkludu ftehimiet li jkunu jistgħu jinċidu fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollhom bħala l-oġġett jew l-effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li, fid-dawl ta' dak li jidher hawn fuq, id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Urugwaj li (i) jeżiġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew prattiki konċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot relevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta' kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika konċertata bħal dawn; jew (iii) jiddelegaw lil trasportaturi bl-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta' miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot relevanti jistgħu jagħmlu ineffettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex xi għan tal-Komunità Ewropea li tinċidi fuq il-bilanċ bejn it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji u t-trasportaturi bl-ajru ta' l-Urugwaj, jew li tinnegozja l-emendament tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar servizzi ta' l-ajru li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku.

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "Stati Membri" għandha tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. "Stati Membri tal-LACAC" għandha tfisser l-Istati Membri tal-Kummissjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Latino-Amerikana.

    2. Ir-referenzi, f'kull ftehim elenkat fl-Anness I, magħmula għaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li jkun Parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi magħmula għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri.

    3. Ir-referenzi, f'kull ftehim elenkat fl-Anness I, magħmula għat-trasportaturi bl-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li jkun Parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi magħmula għat-trasportaturi bl-ajru jew linji ta' l-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Nomina u Limitazzjoni ta' l-Awtorizzazzjonijiet

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, relattivament għan-nomina ta' trasportatur bl-ajru mill-Istati Membri konċernati, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mill-Urugwaj, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, relattivament għan-nomina ta' trasportatur bl-ajru mill-Urugwaj, l-awtorizzazzjonijiet u permessi mogħtija mill-Istati Membri, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament.

    2. Malli tirċievi nomina mingħand Stat Membru, l-Urugwaj għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u permessi adegwati bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (i) it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit fit-territorju, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ta' l-Istat Membru nominanti u jkollu Liċenzja ta' Operazzjoni valida konformement mal-liġi Komunitarja Ewropea;

    (ii) jiġi eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika relevanti tkun identifikata biċ-ċar fin-nomina; u

    (iii) it-trasportatur bl-ajru jkun proprjetà ta', direttament jew permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, u effettivament kontrollat minn Stati Membri u/jew minn ċittadini ta' Stati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew minn ċittadini ta' tali Stati oħra.

    3. L-Urugwaj tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' trasportatur bl-ajru nnominat minn Stat Membru f'każ li:

    (i) it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru nominanti jew ma jkollux Liċenzja ta' Operazzjoni valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

    (ii) ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew

    (iii) it-trasportatur bl-ajru ma jkunx proprjetà ta', u ma jkunx effettivament kontrollat, direttament jew permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, minn Stati Membri u/jew minn ċittadini ta' Stati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew minn ċittadini tat-tali Stati oħra; jew

    (iv) l-Urugwaj turi li, billi teżerċita d-drittijiet tat-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi xi punt fi Stat Membru ieħor, il-linja ta' l-ajru tkun qed tevadi r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti mill-ftehim bilaterali bejn l-Urugwaj u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew

    (v) il-linja ta' l-ajru jkollha Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkunx hemm ftehim bilaterali ta' servizzi ta' l-ajru bejn l-Urugwaj u dak l-Istat Membru, u drittijiet tat-traffiku lejn dak l-Istat Membru jkunu ġew miċħuda lit-trasportatur bl-ajru nominat mill-Urugwaj.

    Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, l-Urugwaj ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi bl-ajru Komunitarji fuq il-bażi ta' nazzjonalità.

    4. Malli jirċievi nomina mill-Urugwaj, Stat Membru għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adegwati bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (i) it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit fit-territorju ta' l-Urugwaj; u

    (ii) l-Urugwaj ikollha u żżomm kontroll regolatorju effettiv fuq il-linja ta' l-ajru u tkun responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tagħha ta' Operatur ta' l-Ajru; u

    (iii) it-trasportatur bl-ajru jkun proprjetà ta', u effettivament kontrollat, direttament jew permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, minn Stati Membri tal-LACAC u/jew minn ċittadini ta' Stati Membri tal-LACAC, sakemm ma jkunx sar ftehim dwar dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn dak l-Istat Membru u l-Urugwaj.

    5. Stat Membru jista' jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' trasportatur bl-ajru nnominat mill-Urugwaj fejn:

    (i) it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit fil-Urugwaj; jew

    (ii) ma jkunx eżerċitat jew miżmum mill-Urugwaj kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru jew l-Urugwaj ma tkunx responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta' Operatur ta' l-Ajru; jew

    (iii) it-trasportatur bl-ajru ma jkunx proprjetà ta', u ma jkunx effettivament kontrollat, direttament jew permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, minn Stati Membri tal-LACAC u/jew minn ċittadini ta' Stati Membri tal-LACAC, sakemm ma jkunx sar ftehim dwar dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn dak l-Istat Membru u l-Urugwaj; jew

    (iv) it-trasportatur bl-ajru jkun diġà awtorizzat sabiex jopera skond ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru u Stat Membru ieħor tal-LACAC u l-Istat Membru juri li, bl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru ieħor tal-LACAC, huwa jevadi restrizzjonijiet fuq drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor.

    Artikolu 3

    Drittijiet fir-rigward tal-kontroll regolatorju

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).

    2. Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur bl-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet ta' l-Urugwaj taħt id-dispożizzjonijiet ta' sigurtà tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur bl-ajru u l-Urugwaj għandu japplika b'mod ugwali fir-rigward ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta' standards ta' sigurtà minn dak l-Istat Membru ieħor u fir-rigward ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' l-operazzjoni ta' dak it-trasportatur bl-ajru.

    Artikolu 4

    Tassazzjoni tal-karburant ta' l-avjazzjoni

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

    2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kuntrarja, xejn f'kull ftehim elenkat fl-Anness II (d) ma għandu jimpedixxi Stat Membru milli jimponi fuq bażi non-diskriminatorja taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' trasportatur bl-ajru nominat ta' l-Urugwaj li jopera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    3. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kuntrarja, xejn f'kull ftehim elenkat fl-Anness II (d) ma għandu jimpedixxi l-Urugwaj milli jimponi fuq bażi non-diskriminatorja taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' trasportatur bl-ajru nominat ta' Stat Membru li jopera bejn punt fit-territorju ta' l-Urugwaj u punt ieħor fit-territorju ta' l-Urugwaj jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor tal-LACAC.

    Artikolu 5

    Tariffi għat-trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (e).

    2. It-tariffi li jiġu imposti mit-trasportatur jew trasportaturi bl-ajru nominati mill-Urugwaj taħt ftehim elenkat fl-Anness I li jinkludi dispożizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għat-trasport kompletament fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea. Il-liġi tal-Komunità Ewropea hija applikata b'mod non-diskriminatorju.

    Artikolu 6

    Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

    1. Il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri u l-Urugwaj ma għandhomx (i) jeżiġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew prattiki konċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn impriżi ta' l-ajru fuq ir-rotot relevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta' kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika konċertata bħal dawn; jew (iii) jiddelegaw lil trasportaturi bl-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta' miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn impriżi ta' l-ajru fuq ir-rotot relevanti.

    2. Id-dispożizzjonijet elenkati fl-Anness II (f) ma għandhomx japplikaw b'mod li jkun inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 7

    Annessi ma' dan il-Ftehim

    L-Annessi ma' dan il-Ftehim jifformaw parti integranti minnu.

    Artikolu 8

    Reviżjoni jew emendament

    Il-Partijiet jistgħu, f'kull waqt, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri rispettivi interni tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet kontraenti jaqblu li japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    3. Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri u l-Urugwaj li, fil-jum tal-firma ta' dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li mhumiex ma jkunux qegħdin jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I (b). Dan il-Ftehim japplika għal kull Ftehim u arranġament bħal dawn mad-dħul fis-seħħ jew ma' l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

    Artikolu 10

    Terminazzjoni

    1. Fil-każ li jiġi terminat ftehim elenkat fl-Anness I, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li jirrelataw mal-ftehim konċernat elenkat fl-Anness I għandhom jitterminaw fl-istess waqt.

    2. Fil-każ li jiġu terminati l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I, dan il-Ftehim għandu jittermina fl-istess waqt.

    B'XIEHDA TA' DAN, il-firmatarji hawn taħt, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul f’ Montevideo duplikatament, fit-tielet jum ta' Novembru, elfejn u sitta, fil-lingwi Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. F'każ ta' diverġenza, it-test Spanjol għandu jipprevalixxi fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Ghall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapen

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Por la República Oriental del Uruguay

    Za Uruguayskou východní republiku

    For Den Østlige Republik Uruguay

    Für die Republik Östlich des Uruguay

    Uruguay Idavabariigi nimel

    Για την Ανταολική Δημοκρατία της Ουρουγουάης

    For the Oriental Republic of Uruguay

    Pour la République Orientale de l'Uruguay

    Per la Repubblica orientale dell'Uruguay

    Urugvajas Austrumu Republikas vārdā

    Urugvajaus Rytų Respublikos vardu

    Az Uruguayi Keleti Köztársaság részéről

    Għar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj

    Voor de Republiek ten oosten van de Uruguay

    W imieniu Wschodniej Republiki Urugwaju

    Pela República Oriental doUruguai

    Za Uruguajskú východnú republiku

    Za Vzhodno republiko Urugvaj

    Uruguayn itäisen tasavallan puolesta

    För Östliga Republiken Uruguay

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    20060717

    ANNESS I

    LISTA TA' FTEHIMIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TA' DAN IL-FTEHIM

    (a) Ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Urugwaj u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qegħdin jiġu applikati provviżorjament:

    - Ftehim bejn ir-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f'Montevideo nhar il- 31 ta' Awissu 1957, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Ġermanja" fl-Anness II.

    Modifikat l-aħħar permezz ta' l-Annotazzjoni Miftiehma magħmula f'Bonn fid- 9 ta' Lulju 1997,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj u l-Gvern tar-Renju tal-Belġju dwar servizzi ta' l-ajru, iffirmat f'Montevideo fil- 5 ta' Ottubru 1972, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Belġju" fl-Anness II;

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj u l-Gvern tar-Renju tad-Danimarka dwar is-servizzi ta' l-ajru, iffirmat f'Montevideo fit- 18 ta' Diċembru 1981, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Danimarka" fl-Anness II;

    - Ftehim bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar it-trasport kummerċjali bl-ajru, iffirmat f'Montevideo nhar it- 13 ta' Awwissu 1979, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Spanja" fl-Anness II.

    Modifikat l-aħħar permezz ta' l-Annotazzjoni Miftiehma ffirmata f'Madrid fil- 21 ta' Ottubru 2005,

    - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvernijiet tar-Renju ta' l-Olanda u tar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj, iffirmat fl-Aja fil- 21 ta' Novembru 1979, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Olanda" fl-Anness II;

    - Ftehim bejn ir-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj u r-Repubblika Portugiża dwar it-trasport bl-ajru, kif previst fl-Anness II għall-Memorandum ta' Ftehim iffirmat f'Liżbona nhar id- 9 ta' Settembru 1998, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Portugall" fl-Anness II;

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, kif previst fl-Anness B ma' l-Annotazzjoni Miftiehma ffirmata f'Londra nhar is- 6 ta' Frar 1998, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Renju Unit" fl-Anness II;

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj u l-Gvern tar-Renju ta' l-Iżvezja dwar is-servizzi ta' l-ajru, iffirmat f'Montevideo fit- 18 ta' Diċembru 1981, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj — Żvezja." fl-Anness II.

    (b) Ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn l-Urugwaj u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu għadhom ma' daħlux fis-seħħ u li mhumiex qegħdin jiġu applikati provviżorjament

    - Abbozz ta' Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj u l-Gvern Federali ta' l-Awtrija dwar it-trasport bl-ajru, kif previst fl-Anness B mal-Protokoll iffirmat f'Montevideo nhar it- 28 ta' Frar 1996, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Abbozz ta' Ftehim Urugwaj — Awstrija" fl-Anness II;

    - Abbozz ta' Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj, kif previst fl-Anness ma' l-Annotazzjoni Miftiehma ffirmata f'Madrid nhar il- 21 ta' Ottubru 2005, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Urugwaj — Spanja" fl-Anness II.

    --------------------------------------------------

    20060717

    ANNESS II

    LISTA TA' ARTIKOLI FIL-FTEHIMIET ELENKATI FL-ANNESS I U MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 SA 5 TA' DAN IL-FTEHIM

    (a) Nomina:

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Ġermanja,

    - L-Artikolu 3 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Urugwaj — Awstrija,

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Belġju,

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Danimarka,

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 3 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Olanda,

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Portugall,

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Urugwaj — Renju Unit,

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Żvezja;

    (b) Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Urugwaj — Ġermanja,

    - L-Artikolu 4 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Urugwaj — Awstrija,

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj — Belġju,

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Urugwaj — Danimarka,

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 4 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Urugwaj — Olanda,

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Urugwaj — Portugall,

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Urugwaj — Renju Unit,

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Urugwaj — Żvezja;

    (ċ) Sigurtà:

    - L-Anness 3 ma' l-Annotazzjoni Miftiehma ffirmata f'Bonn nhar id- 9 ta' Ġunju 1997 — kif applikata provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Urugwaj — Ġermanja,

    - L-Artikolu 17 tal-Ftehim Urugwaj — Portugall,

    - L-Artikolu 14 tal-Ftehim Urugwaj — Renju Unit;

    (d) Tassazzjoni tal-Karburant ta' l-Avjazzjoni:

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Urugwaj — Ġermanja,

    - L-Artikolu 7 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Urugwaj — Awstrija,

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Urugwaj — Belġju,

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj — Danimarka,

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 5 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Rivedut Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Urugwaj — Olanda,

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Urugwaj — Portugall,

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Urugwaj — Renju Unit,

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj — Żvezja;

    (e) Tariffi għat-Trasport fil-Komunità Ewropea:

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj — Ġermanja,

    - L-Artikolu 11 ta' l-Abbozz ta' Ftehim Urugwaj — Awstrija,

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj — Belġju,

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Urugwaj — Danimarka,

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 12 tal-Ftehim Urugwaj — Olanda,

    - L-Artikolu 16 tal-Ftehim Urugwaj — Portugall,

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Urugwaj — Renju Unit,

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Urugwaj — Żvezja;

    (f) Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni:

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj — Ġermanja,

    - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Urugwaj — Awstrija,

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj — Belġju,

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Urugwaj — Danimarka,

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Urugwaj — Spanja,

    - L-Artikolu 12 tal-Ftehim Urugwaj — Olanda,

    - L-Artikolu 16 tal-Ftehim Urugwaj — Portugall,

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Urugwaj — Żvezja.

    --------------------------------------------------

    20060717

    ANNESS III

    LISTA TA' STATI OĦRA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TA' DAN IL-FTEHIM

    (a) Ir-Repubblika ta l-Iżlanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (c) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera).

    --------------------------------------------------

    Top