This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E045
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE IV - FREE MOVEMENT OF PERSONS, SERVICES AND CAPITAL#CHAPTER 1 - WORKERS#Article 45 (ex Article 39 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IV - MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL
KAPITOLU 1 - IL-ĦADDIEMA
Artikolu 45 (ex Artikolu 39 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IV - MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL
KAPITOLU 1 - IL-ĦADDIEMA
Artikolu 45 (ex Artikolu 39 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 65–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/65 |
Artikolu 45
(ex Artikolu 39 TKE)
1. Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.
2. Dan jimplika l-abolizzjoni ta' kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.
3. Għandu jinkludi d-dritt, mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet gustifkati minħabba ordni pubbliku, sigurta’ pubblika u saħħa pubblika:
a) |
li jaċċetta offerti ta’ impjieg li jkunu saru, |
b) |
li jispostja ruħu liberament għal dan l-għan fit-territorju ta' l-Istati Membri, |
c) |
li joqgħod f'kull Stat Membru sabiex jaħdem f'impjieg skond il-liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jirregolaw l-impjieg tal-ħaddiema ta’ dak l-Istat, |
d) |
li jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru wara li jkun okkupa impjieg hemm, suġġett għal kondizzjonijiet f' regolamenti implimentattivi li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni. |
4. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal impjieg fl-amministrazzjoni pubblika.